This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0020
Decision of the EEA Joint Committee No 20/2013 of 1 February 2013 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 144, 30.5.2013, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Sostituzzjoni | punt 42ed | 02/02/2013 |
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2012/226/UE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE (2), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 42ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/409/UE) fl-Anness XIII mal-Ftehim ŻEE jinbidel b’li ġej:
“32012 D 0226: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/226/UE tat-23 ta’ April 2012, dwar it-tieni sett ta’ miri komuni tas-sikurezza fir-rigward tas-sistema ferrovjarja (ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27).
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a) |
It-tabelli stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiġu supplimentati kif ġej: Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.1:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.2:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.3:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.4:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.5:
Li ġej jiżdied mat-tabella fil-punt 1.6:
|
(b) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni ma japplikawx għall-infrastruttura ferrovjarja eżistenti fit-territorju tal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2012/226/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 115, 27.4.2012, p. 27.
(2) ĠU L 189, 22.7.2010, p. 19.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.