Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0069

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 tad- 29 ta' Mejju 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/69(2)/oj

    3.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 232/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 69/2009

    tad-29 ta' Mejju 2009

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2009 tas-24 ta' April 2009 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Il-lokalità ġeografika speċifika u d-densità baxxa tal-popolazzjoni tal-Iżlanda, kif ukoll l-għamla tal-flotta tal-ajruplani li jservu r-rotot domestiċi fl-Iżlanda, jeħtieġu li r-Regolament (KE) Nru 300/2008 ma jkunx applikabbli għas-servizzi domestiċi tal-ajru fit-territorju tal-Iżlanda. Il-miżuri tas-sigurtà nazzjonali applikabbli għas-serviżżi domestiċi tal-ajru fl-Iżlanda jipprovdu livell adekwat ta' protezzjoni.

    (4)

    In vista tas-sitwazzjoni speċifika ta’ Liechtenstein li tirriżulta mill-effet miġmugħ ta’ territorju ferm żgħir, struttura ġeoġrafika speċifika, kif ukoll mill-fatt li l-ammont totali tat-traffiku tal-ajru f’Liechtenstein huwa ferm limitat, li l-ebda servizzi regolari internazzjonali tal-arju lejn u minn Liechtenstein ma huma disponibbli u li l-infrastruttura tal-avjazzjoni ċivili f’Liechtenstein tikkonsisti biss minn heliport wieħed, dan ir-Regolament m'għandux ikunu applikabbli għall-infrastruttura tal-avjazzjoni ċivili eżistenti fit-territorju ta’ Liechtenstein.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test ta' punt 66h (ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    32008 R 0300: Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    L-Artikolu 7 m'għandux japplika fir-rigward tal-Istati EFTA.

    (b)

    Kull meta l-Komunità tinnegozja ma’ pajjiż terz abbażi tal-Artikolu 20 sabiex tikkonkludi ftehim biex iġġib 'il quddiem l-għan ta' ‘sigurtà f'pass wieħed’, hija għandha timpenja ruħha biex tikseb għall-Istati EFTA offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz ikkonċernat. Min-naħa tagħhom, l-Istati EFTA għandhom jimpenjaw ruħhom biex jikkonkludu ma’ pajjiżi terzi ftehimiet li jikkorrispondi ma’ dawk tal-Komunità.

    (c)

    Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu applikabbli għas-servizzi tal-ajru domestiċi f’ajruporti fit-territorju tal-Iżlanda.

    (d)

    Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu applikabbli għall-infrastruttra eżistenti tal-avjazzjoni ċivili fir-territorju ta’ Liechtenstein.”

    2.

    It-test tal-Appendiċi 8 għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    It-testi għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Mejju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*)

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

    F'isem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 162, 25.6.2009, p. 31.

    (2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    (3)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

    (*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top