Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 22005D0203

    Id-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kunsill Konġunt Unjoni Ewropea-Messiku tal- 21 ta' Frar 2005 li tintroduċi corrigendum fid-Deċiżjoni Nru 3/2004 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku

    ĠU L 66, 12.3.2005., 27—27. o. (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006., 204—204. o. (MT)

    A dokumentum hatályossági állapota Hatályos

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/203/oj

    Kapcsolódó nemzetközi megállapodás

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    204


    ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2005 TAL-KUNSILL KONĠUNT UNJONI EWROPEA-MESSIKU

    tal-21 ta' Frar 2005

    li tintroduċi corrigendum fid-Deċiżjoni Nru 3/2004 tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku

    (2005/203/KE)

    IL-KUNSILL KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussel fit-8 ta’ Diċembru 1997, u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 3/2004 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u (2) tiegħu,

    Billi:

    Huwa neċessarju li jiġi introdott corrigendum fir-rigward tad-dħul fis-seħħ taż-żewġ kwoti tariffarji Komunitarji inklużi fid-Deċiżjoni Nru 3/2004,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-kliem li ġej għandu jiddaħħal taħt il-kwoti tariffarji inklużi fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni Nru 3/2004:

    “Din il-kwota ser tkun miftuħa mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 u mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja minn hemm 'il quddiem, sa kemm il-kwota tibqa’ applikabbli”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ wara skambju ta’ notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri legali neċessarji. Id-data tad-dħul fis-seħħ għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Istati Uniti Messikani.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Frar 2005.

    Għall-Kunsill Konġunt

    Il-President

    L. E. DERBEZ


    (1)  ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 45.

    (2)  ĠU L 293, tas-16.9.2004, p. 15.


    Az oldal tetejére