Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0885

    Id-Deċiżjoni Nru 30/2004 tal-Kumitat Konġunt stabbilita skond il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika tat- 2 ta' Diċembru 2004 relatata nal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness settorjoli dwar it-tagħmir tat-telekomunikozzjoni

    ĠU L 374, 22.12.2004, p. 73–74 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 112–113 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/885/oj

    14.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    112


    ID-DEĊIŻJONI Nru 30/2004 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILITA SKOND IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

    tat-2 ta' Diċembru 2004

    relatata nal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt l-Anness settorjoli dwar it-tagħmir tat-telekomunikozzjoni

    (2004/885/KE)

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14.

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni sabiex jelenka Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità skond l-Anness Settorjali.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fit-Tehmiża A huwa miżjud ma' l-elenku tal-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità f'Sezzjoni V ta' l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir ta' Telekomunikazzjoni.

    2.

    L-għan speċifiku ta' l-elenkar, f'termini ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikat fit-Tehmiża A ġie miftiehem bejn il-Partijiet u ser jinżamm minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, ser tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati jaġixxu f'isem il-Partijiet sabiex jiġi emendat il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni ser tkun effettiva mid-data ta' l-aħħar waħda minn dawn il-firem.

    Iffirmata f'Washington fis-26 ta' Novembru 2004.

    F'isem l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    James C. SANFORD

    Iffirmata fi Brussell fit-2 ta' Diċembru 2004.

    F'isem il-Komunità Ewropea

    Joanna KIOUSSI


    TEHMIŻA A

    Il-Korp tal-KE għall-Valutazzjoni tal-Konformità miżjud ma' l-elenku tal-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fis-Sezzjoni V ta' l-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir ta' Telekomunikazzjoni.

    AmericanTCB, Inc.

    6731 Whittier Avenue, Suite C110

    McLean, Virginia 22101

    Tel: 703847 4700

    Fax: 703847 6888


    Top