Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0137

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 22, 24.1.2002, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/137(2)/oj

    22001D0137



    Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0028 - 0029


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 137/2001

    tad-9 ta' Novembru 2001

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ZEE Nru 114/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

    (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat tar-radju kopert mill-arranġament reġjonali li jikkonċerna s-servizz radjutelefoniku fil-passaġġi ta' l-ilma interni [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat marin tar-radju komunikazzjoni li hu maħsub li jiġi mwaħħal fuq bastimenti mhux SOLAS mibnija biex jaqsmu l-ibħra u li hu maħsub biex jipparteċipa fis-sistema globali ta' periklu u sigurtà marittima (GMDSS) u li mhux kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar apparat marin [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 4zg (Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XVIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

    ", kif emendat minn:

    - 32000 D 0637: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE tat-22 ta' Settembru 2000 (ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 50),

    - 32000 D 0638: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE tat-22 ta' Settembru 2000 (ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 52)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/637/KE u 2000/638/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li huma annessi mal-verżjonijiet ta' l-ilsna rispettivi f'din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2001, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 26.

    [2] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 50.

    [3] ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 52.

    [4] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top