This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016M032
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE V - GENERAL PROVISIONS ON THE UNION'S EXTERNAL ACTION AND SPECIFIC PROVISIONS ON THE COMMON FOREIGN AND SECURITY POLICY#CHAPTER 2 - SPECIFIC PROVISIONS ON THE COMMON FOREIGN AND SECURITY POLICY#SECTION 1 - COMMON PROVISIONS#Article 32 (ex Article 16 TEU)
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
KAPITOLU 2 - DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
TAQSIMA 1 - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 32 (ex Artikolu 16 TUE)
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
KAPITOLU 2 - DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
TAQSIMA 1 - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 32 (ex Artikolu 16 TUE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/34 |
Artikolu 32
(ex Artikolu 16 TUE)
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' xulxin fi ħdan il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill dwar kull materja ta’ politika estera u ta’ sigurtà ta’ interess ġenerali bil-ħsieb li jiddefinixxu approċċ komuni. Qabel ma jieħu azzjoni fix-xena internazzjonali jew jintrabat b'xi obbligu li jista' jolqot l-interessi ta' l-Unjoni, kull Stat Membru għandu jikkonsulta ma' l-oħrajn fi ħdan il-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, permezz tal-konverġenza ta' l-azzjonijiet tagħhom, li l-Unjoni tkun kapaċi li tasserixxi l-interessi u l-valuri tagħha fix-xena internazzjonali. L-Istati Membri għandhom juru solidarjetà bejniethom.
Meta l-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill ikun iddefinixxa approċċ komuni ta' l-Unjoni fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-Kunsill.
Il-missjonijiet diplomatiċi ta' l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jikkoperaw bejniethom u għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-approċċ komuni.