This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016M031
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE V - GENERAL PROVISIONS ON THE UNION'S EXTERNAL ACTION AND SPECIFIC PROVISIONS ON THE COMMON FOREIGN AND SECURITY POLICY#CHAPTER 2 - SPECIFIC PROVISIONS ON THE COMMON FOREIGN AND SECURITY POLICY#SECTION 1 - COMMON PROVISIONS#Article 31 (ex Article 23 TEU)
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
KAPITOLU 2 - DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
TAQSIMA 1 - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 31 (ex Artikolu 23 TUE)
Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
KAPITOLU 2 - DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
TAQSIMA 1 - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 31 (ex Artikolu 23 TUE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/33 |
Artikolu 31
(ex Artikolu 23 TUE)
1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fil-każijiet fejn dan il-kapitolu jipprovdi mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża.
Meta jastjeni minn xi vot, kull membru tal-Kunsill jista' jikkwalifika l-astensjoni tiegħu billi jagħmel dikjarazzjoni formali skond dan is-subparagrafu. F’dak il-każ, hu ma jkunx obligat li japplika dik id-deċiżjoni, imma għandu jaċċetta li dik id-deċiżjoni tikkommetti lill-Unjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, l-Istat Membru kkonċernat għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx toħloq kunflitt ma', jew tostakola l-azzjoni ta' l-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tiegħu. Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b'dan il-mod jirrappreżentaw mill-inqas terz ta' l-Istati Membri li jinkludu mill-inqas terz tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni, id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi adottata.
2. B' deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata:
— |
meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni abbażi ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 22(1); |
— |
meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni, fuq proposta preżentata mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà wara talba speċifika lilu mill-Kunsill Ewropew fuq inizjattiva ta' dan stess jew fuq dik tar-Rappreżentant Għoli; |
— |
meta jadotta xi deċiżjoni li timplimenta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni; |
— |
meta jinħatar rappreżentant speċjali skond l-Artikolu 33. |
Jekk membru tal-Kunsill jiddikjara li, minħabba raġunijiet vitali u indikati ta’ politika nazzjonali, hu jkollu l-intenzjoni li jopponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħudha b’maġġoranza kwalifikata, il-vot m’għandux jittieħed. Ir-Rappreżentant Għoli jfittex, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru kkonċernat, soluzzjoni aċċettabbli għal dan ta' l-aħħar. Fin-nuqqas ta' riżultat, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni b'unanimità.
3. Il-Kunsill Ewropew jista', b'mod unanimu, jadotta deċiżjoni li tipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'każijiet oħra minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2.
4. Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.
5. Għar-rigward tal-kwistjonijiet ta' proċedura, il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġġoranza tal-membri tiegħu.