This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E289
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 2 - LEGAL ACTS OF THE UNION, ADOPTION PROCEDURES AND OTHER PROVISIONS#SECTION 1 - THE LEGAL ACTS OF THE UNION#Article 289
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 2 - ATTI LEGALI TA' L-UNJONI, PROĊEDURI TA' ADOZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
TAQSIMA 1 - L-ATTI LEGALI TA' L-UNJONI
Artikolu 289
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 2 - ATTI LEGALI TA' L-UNJONI, PROĊEDURI TA' ADOZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
TAQSIMA 1 - L-ATTI LEGALI TA' L-UNJONI
Artikolu 289
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 172–172
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/172 |
Artikolu 289
1. Il-proċedura leġislattiva ordinarja tikkonsisti fl-adozzjoni ta' regolament, direttiva jew deċiżjoni b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni. Din il-proċedura tiġi definita fl-Artikolu 294.
2. Fil-każijiet speċifiċi previsti mit-Trattati, l-adozzjoni ta' Regolament, Direttiva jew Deċiżjoni mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill jew mill-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew għandha tikkostitwixxi l-proċedura leġislattiva speċjali.
3. L-atti legali adottati bil-proċedura leġislattiva jikkostitwixxu atti leġislattivi.
4. Fil-każijiet speċifiċi previsti mit-Trattati, l-atti leġislattivi jistgħu jiġu adottati fuq inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri jew tal-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment.