This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12012M027
Consolidated version of the Treaty on European Union#TITLE V - GENERAL PROVISIONS ON THE UNION'S EXTERNAL ACTION AND SPECIFIC PROVISIONS ON THE COMMON FOREIGN AND SECURITY POLICY#Chapter 2 - Specific provisions on the common foreign and security policy#Section 1 - Common provisions#Article 27
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet speċifiċidwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 27
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet speċifiċidwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni
Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 27
ĠU C 326, 26.10.2012, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
KAPITOLU 2
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI
TAQSIMA 1
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 27
1. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u għandu jassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill.
2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrappreżenta lill-Unjoni f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-politika estera u ta' sigurtà komuni. Huwa għandu jmexxi djalogu politiku ma' partijiet terzi f' isem l-Unjoni u għandu jesprimi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-konferenzi internazzjonali.
3. Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi assistit minn Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dan is-servizz għandu jaħdem f'koperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi ta' l-Istati Membri u għandu jkun magħmul minn uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali. L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.