Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012E349

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea IS-SEBA' PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 349 (ex Artikolu 299(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi, TKE)

    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 195–195 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/art_349/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/1


    TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

    IS-SEBA' PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 349

    (ex Artikolu 299(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi, TKE)

    Billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, tal-Martinique, ta' Réunion, ta' Saint Barthélemy, ta' Saint Martin, l-Azores, il-Madejra u l-Gżejjer Kanarji, li hija aktar ikkumplikata bid-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, bid-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, li l-permanenza u l-kumbinazzjoni tagħhom jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri speċifiċi bl-għan li, partikolarment, jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati presenti għal dawk ir-Reġjuni, inklużi l-politiki komuni. Meta jiġu adottati l-miżuri speċifiċi in kwistjoni mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jiddeċiedi wkoll fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

    Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jikkonċernaw b'mod partikolari oqsma bħalma huma l-politika doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika dwar l-agrikoltura u s-sajd, il-kondizzjonijiet għall-fornitura ta’ materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuniet ta' l-Istat u l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-fondi strutturali u għal programmi oriżżontali ta' l-Unjoni.

    Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu billi jieħu kont tal-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi mingħajr ma jnaqqas l-integrità u l-koerenza ta' l-ordni legali ta' l-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politika komuni.


    Top