This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12008E108
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union - PART THREE: UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS - TITLE VII: COMMON RULES ON COMPETITION, TAXATION AND APPROXIMATION OF LAWS - Chapter 1: Rules on competition - Section 2: Aids granted by States - Article 108 (ex Article 88 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 2: Għajnuna mill-Istati - Artikolu 108 (ex Artikolu 88 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, p. 92–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 2: Għajnuna mill-Istati - Artikolu 108 (ex Artikolu 88 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0092 - 0092
Artikolu 108 (ex Artikolu 88 TKE) 1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma' l-Istati Membri is-sistemi kollha ta' għajnuna li jeżiżtu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta' l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq intern. 2. Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta' għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta' Stat, m’hijiex kompatibbli mas-suq intern skond l-Artikolu 107, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni. Jekk l-Istat interessat ma joqgħodx għal din id-deċiżjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew kull Stat ieħor interessat ikun jista' jippreżenta l-materja direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, b’deroga għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 258 u 259. Fuq talba ta' kull Stat Membru, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, b’vot unanimu, li miżura ta' għajnuna mogħtija jew li trid tingħata minn dak l-Istat għandha tkun ikkonsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern, b’deroga għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 107 jew tar-regolamenti previsti fl-Artikolu 109, jekk din id-deċiżjoni tkun ġustifikata b’ċirkostanzi eċċezzjonali. Jekk il-Kummissjoni diġà tkun bdiet il-proċedura preskritta fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, rigward l-għajnuna in kwistjoni, it-talba magħmula lill-Kunsill mill-Istat interessat għandha ġġib is-sospensjoni ta' dik il-proċedura sakemm il-Kunsill ikun iddeċieda l-pożizzjoni tiegħu. Madankollu, jekk il-Kunsill ma jkunx għarraf il-pożizzjoni tiegħu f’egħluq tliet xhur minn dik it-talba, għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq intern skond it-termini ta' l-Artikolu 107, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali. 4. Il-Kummissjoni tista' tadotta regolamenti dwar il-kategoriji ta' għajnuna mill-Istat li l-Kunsill ikun iddetermina skond l-Artikolu 109, li jistgħu jiġu eżentati mill-proċedura prevista fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. --------------------------------------------------