EUR-Lex Πρόσβαση στο δίκαιο της Ευρωπαϊκής Ένωσης

Επιστροφή στην αρχική σελίδα του EUR-Lex

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 12008E016

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI - Artikolu 16 (ex Artikolu 286 TKE)

ĠU C 115, 9.5.2008, σ. 55 έως 55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Νομικό καθεστώς του εγγράφου Ισχύει

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2008/art_16/oj

12008E016

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI - Artikolu 16 (ex Artikolu 286 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0055 - 0055


Artikolu 16

(ex Artikolu 286 TKE)

1. Kull persuna għandha jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali li tirrigwardaha.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġisltattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni, kif ukoll mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni, u mal-moviment liberu ta' din id-data. Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

Ir-regoli adottati abbażi ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

Επάνω