Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017D1775-20220204

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1775/2022-02-04

    02017D1775 — MT — 04.02.2022 — 006.001

    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1775

    tat-28 ta' Settembru 2017

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

    (ĠU L 251 29.9.2017, p. 23)

    Emendata bi:

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/29 tad-9 ta' Jannar 2019

      L 8

    30

    10.1.2019

     M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1216 tas-17 ta' Lulju 2019

      L 192

    26

    18.7.2019

     M3

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/9 tas-7 ta’ Jannar 2020

      L 4I

    7

    8.1.2020

    ►M4

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/118 tas-27 ta’ Jannar 2020

      L 22

    55

    28.1.2020

    ►M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2208 tat-13 ta’ Diċembru 2021

      L 446

    44

    14.12.2021

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/157 tal-4 ta’ Frar 2022

      L 25I

    7

    4.2.2022

    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 047I, 20.2.2020, p.  9 (2020/118 tas-27)

    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1775

    tat-28 ta' Settembru 2017

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

    Artikolu 1

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:

    (a) 

    involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali (il-“Ftehim”);

    (b) 

    azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

    (c) 

    ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;

    (d) 

    involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:

    (i) 

    id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;

    (ii) 

    il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni (MINUSMA) u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inkluż membri tal-Grupp ta' Esperti;

    (iii) 

    il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-Force Conjointe des États du G5 Sahel (FC-G5S), il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;

    (e) 

    xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;

    (f) 

    ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;

    (g) 

    użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;

    (h) 

    faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

    Il-persuni ddeżinjati msemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati f ►M5  l-Anness I ◄ .

    2.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-transitu jkun neċessarju għall-finijiet ta' proċess ġudizzjarju.
    4.  

    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li:

    (a) 

    id-dħul jew it-transitu jkun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż;

    (b) 

    eżenzjoni li tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.

    5.  
    F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni elenkati f ►M5  l-Anness I ◄ , l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.

    ▼M5

    Artikolu 1a

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta’ persuni fiżiċi:

    (a) 

    li jkunu responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali bħal dawk l-azzjonijiet jew il-politiki msemmijin fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1;

    (b) 

    li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, inkluż billi jxekklu jew jimminaw l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew it-trasferiment tas-setgħa lill-awtoritajiet eletti; jew

    (c) 

    li jkunu assoċjati ma’ persuni fiżiċi msemmijin fil-punti (a) jew (b).

    Il-persuni ddeżinjati msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II.

    2.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  

    Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu tad-dritt internazzjonali, jiġifieri:

    (a) 

    bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) 

    bħala pajjiż ospitanti ta’ konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt il-patroċinju tagħha;

    (c) 

    taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

    (d) 

    skont it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni (il-Patt tal-Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    4.  
    Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
    5.  
    Il-Kunsill għandu jiġi debitament infurmat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
    6.  
    L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta’ attendenza għal laqgħat intergovernattivi jew laqgħat promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi ta’ politika ta’ miżuri restrittivi.
    7.  
    L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti skont il-paragrafu 1 fejn id-dħul jew it-tranżitu jkun neċessarju għall-fini ta’ proċess ġudizzjarju.
    8.  
    Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 jew 7 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm Stat Membru wieħed jew aktar ma joġġezzjonawx bil-miktub fi żmien jumejn ta’ xogħol mir-riċezzjoni tan-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
    9.  
    Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnha.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  

    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta', jew ikkontrollati b'mod dirett jew indirett minn persuni jew entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:

    (a) 

    involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim;

    (b) 

    azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

    (c) 

    ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b) ta' hawn fuq, inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;

    (d) 

    involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:

    (i) 

    id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;

    (ii) 

    il-forzi taż-żamma tal-paċi tal- MINUSMA u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inklużi membri tal-Grupp ta' esperti;

    (iii) 

    il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;

    (e) 

    xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;

    (f) 

    ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;

    (g) 

    użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;

    (h) 

    faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

    jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

    Il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati f ►M5  l-Anness I ◄ .

    2.  
    L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir direttament jew indirettament disponibbli, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet elenkati f ►M5  l-Anness I ◄ .
    3.  

    Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:

    (a) 

    neċessarji għall-ispejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni u imposti tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew

    (c) 

    maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    wara li ssir notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

    4.  

    Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:

    (a) 

    neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

    (b) 

    is-suġġett ta' garanzija jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza dment li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità ġiet inkluża f ►M5  l-Anness I ◄ , il-privileġġ jew is-sentenza ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    5.  
    Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.
    6.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità ddeżinjata milli tagħmel pagament dovut skont kuntratt magħmul qabel ma tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata, dment lil-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament mhuwiex irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jsiru jew li jiġu rċevuti tali pagamenti jew li jiġi awtorizzat, fejn adatt, ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati għal dak il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.
    7.  

    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti minn din id-Deċiżjoni;

    dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

    ▼M5

    Artikolu 2a

    1.  

    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, jew li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:

    (a) 

    jkunu responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali bħal dawk l-azzjonijiet jew il-politiki msemmijin fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1;

    (b) 

    li jxekklu jew idgħajfu t-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, inkluż billi jxekklu jew idgħajfu l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet jew it-trasferiment tas-setgħa lill-awtoritajiet eletti; jew

    (c) 

    huma assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a) jew (b),

    għandhom jiġu ffriżati.

    Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi ddeżinjati msemmijin f’dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness II.

    2.  
    L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, jew għall-benefiċċju tagħhom.
    3.  

    B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew r-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

    (a) 

    meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inkluż ħlasijiet għall-prodotti tal-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni, u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    (d) 

    neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, minn tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

    (e) 

    ser jitħallsu f’kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, jew jinħarġu minn tali kont, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

    4.  

    B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew elenkati fl-Anness II, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

    (c) 

    id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II; u

    (d) 

    ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jkunx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

    5.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II milli jagħmlu ħlas dovut taħt kuntratt jew ftehim konkluż, jew obbligazzjoni maħluqa, qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1.
    6.  

    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

    (b) 

    pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

    (c) 

    pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat;

    dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

    7.  
    B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-provvista ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi hija neċessarja għal skopijiet umanitarji, bħall-għoti jew il-faċilitazzjoni tal-għoti ta’ assistenza, inkluż provvisti mediċinali, ikel jew it-trasferiment ta’ ħaddiema umanitarji u assistenza relatata jew għall-evakwazzjonijiet mill-Mali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li tingħata skont dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

    ▼M5

    Artikolu 3

    1.  
    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness I u għandu jemendaha f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
    2.  
    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness II.

    Artikolu 4

    1.  
    Meta l-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeżinja persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew l-entità fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil dik il-persuna jew entità bl-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
    2.  
    l-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3(2), inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil dik il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp bl-opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.
    3.  
    Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

    Artikolu 5

    1.  
    L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
    2.  
    L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, il-ġeneru, l-indirizz jekk ikun magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.”;
    3.  
    L-Anness II għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fih.
    4.  
    L-Anness II għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: ismijiet u psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karti tal-identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk ikun magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: ismijiet; il-post u d-data tar-reġistrazzjoni; in-numru tar-reġistrazzjoni; u l-post tan-negozju.

    ▼M5

    Artikolu 5a

    1.  

    Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom taħt din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari:

    (a) 

    fir-rigward tal-Kunsill, għat-tħejjija u l-emendar tal-Annessi I u II;

    (b) 

    fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, għat-tħejjija ta’ emendi għall-Annessi I u II.

    2.  
    Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, u ma’ kundanni penali jew miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil tali persuni, biss sa fejn tali proċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Annessi I u II.
    3.  
    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli huma nominati bħala “kontrollur” fis-sens tal-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dak ir-Regolament.

    Artikolu 5b

    Ma għandha tiġi sodisfatta ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont din id-Deċiżjoni, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, jekk il-pretensjoni ssir minn:

    (a) 

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati elenkati fl-Anness II;

    (b) 

    kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’, jew f’isem, waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).

    ▼M5

    Artikolu 6

    1.  
    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew titħassar kif adatt, f’konformità mad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill tas-Sigurtà.
    2.  
    Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1a, il-paragrafu 1, u l-Artikolu 2a, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw sal-14 ta’ Diċembru 2022 u għandhom jinżammu taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

    ▼B

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    ▼M5

    ANNESS I

    ▼M1

    A.   Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)

    ▼M4

    1.    AHMOUDOU AG ASRIW (magħruf ukoll bħala: a) Amadou Ag Isriw b) Ahmedou c) Ahmadou d) Isrew e) Isereoui f) Isriou

    Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1982

    Nazzjonalità: Maljan

    Indirizz: a) Mali b) Amassine, Mali (post preċedenti)

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018

    Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Possibbilment arrestat fin-Niġer f'Ottubru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Paġna web: https://www.youtube.com/channel/UCu2efaIUosqEu1HEBs2zJIw

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Ahmoudou Ag Asriw ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għall-involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim; u talli aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella appoġġa jew iffinanzja individwi u entitajiet identifikati fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

    Ahmoudou Ag Asriw huwa kmandant għoli tal-Groupe autodéfense touareg Imghad et allies (GATIA) u f'din il-kapaċità kien involut fit-tmexxija ta' konvojs tad-droga fit-Tramuntana tal-Mali mill-inqas minn Ottubru 2016, kif ukoll fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied f'Kidal f'Lulju 2017 u April 2018.

    F'April 2018 Asriw mexxa konvoj, flimkien ma' membru tal-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA) Plateforme, u ttraffika erba' tunnellati ta' reżina tal-kannabis minn Tabankort, li għaddew minn Ammasine, reġjun tal-Kidal, lejn in-Niġer. Il-konvoj kien attakkat minn membri tal-Coordination des Mouvements de l'Azawad u aggressuri mhux identifikati min-Niġer. Tliet kumbattenti sfaw maqtula waqt il-ġlied li segwa.

    F'dan il-kuntest, motivat minn kompetizzjoni fuq il-konvojs tad-droga, Asriw kien involut f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali tal-2015. Min-naħa l-oħra, huwa probabbli ħafna li l-involviment ta' Asriw fit-traffikar tad-droga jiffinanzja l-operazzjonijiet militari tiegħu, inkluż il-ksur ta' waqfien mill-ġlied.

    ▼M1

    2.    Mahamadou AG RHISSA (magħruf ukoll bħala: Mohamed Talhandak)

    Data tat-Twelid: 1 ta' Jannar 1983

    Nazzjonalità: Mali

    Indirizz: Kidal, il-Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018

    Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Fl-1 ta' Ottubru 2017 il-forzi Franċiżi għamlu raid id-dar tiegħu, fejn arrestaw lil Ag Rhissa u sitt membri tal-familja.

    Informazzjoni oħra

    Mahamadou Ag Rhissa ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u talli aġixxa għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella appoġġa jew iffinanzja individwi u entitajiet identifikati fis-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali; u għall-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk immirati kontra persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju.

    Mahamadou Ag Rhissa, magħruf ukoll bħala Mohamed Talhandak, huwa negozjant influwenti fir-reġjun ta' Kidal u membru tal-Haut conseil pour l'unicité de l'Azawad (HCUA). Fl-2016, huwa rrappreżenta l-Coordination des mouvements de l'Azawad (CMA) matul il-laqgħat f'Bamako dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni tal-2015.

    Ag Rhissa evolva ruħu fit-traffikar tal-petrol bejn l-Alġerija u Kidal u wasal biex jikkontrolla l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali li tgħaddi mill-belt żgħira Talhnadak fuq il-fruntiera. Il-migranti xehdu dwar il-prattiki abbużivi ta' Ag Rhissa, inkluż ix-xogħol furzat, il-piena korporali u l-priġunerija. Ag Rhissa organizza u ffaċilita l-isfruttament sesswali ta' mill-inqas żewġ nisa, u ħelishom biss wara pagamenti ta' CFA 150 000 –175 000 (USD 300–350).

    Fl-1 ta' Ottubru 2017, il-forzi ta' Barkhane għamlu raids fuq żewġt idjar tiegħu fiż-żona ta' Kidal fuq suspett li kellu relazzjonijiet ma' netwerks terroristiċi. Ag Rhissa nżamm arrestat għal ftit żmien. Fl-4 ta' Novembru 2017, allegatament, ipparteċipa f'laqgħa ta' grupp armat terroristiku fiż-żona tal-fruntiera bejn il-Mali u l-Alġerija.

    Bħala rappreżentant uffiċjali tas-CMA fil-proċess ta' paċi, l-involviment ta' Ag Rhissa f'terroriżmu, kriminalità organizzata u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jagħmel ħsara lill-kredibbiltà tal-HCUA bħala sieħeb fin-negozjati.

    ▼M4

    3.    MOHAMED OUSMANE AG MOHAMEDOUNE (magħruf ukoll bħala: a) Ousmane Mahamadou b) Mohamed Ousmane)

    Titlu: Cheikh

    Data tat-twelid: 16 ta' April 1972

    Post tat-twelid: Il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Indirizz: Il-Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 20 ta' Diċembru 2018

    Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: iswed. Numru tat-telefon: +223 60 36 01 01. Lingwi mitkellma: l-Għarbi u l-Franċiż. Marki distintivi: nuċċali. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune ġie elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 skont il-paragrafi 1 u 3 tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-involviment tiegħu fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra: (i) id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali; (ii) il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MINUSMA u persunal ieħor tan-NU u dak assoċjat, inkluż membri tal-Grupp ta' esperti; (iii) il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-forzi Franċiżi.

    Mohamed Ousmane Ag Mohamedoune (minn issa 'l quddiem Mohamed Ousmane) huwa s-segretarju ġenerali tal-Coalition pour le Peuple de l'Azawad (CPA), maħluqa fl-2014 bħala sottogrupp dissidenti mill-Mouvement National de Libération de l'Azawad (MNLA). Mohamed Ousmane ħa f'idejh it-tmexxija tas-CPA f'Ġunju 2015 u mill-2016 'l hawn stabbilixxa diversi bażijiet militari u punti ta' kontroll fir-reġjun ta' Timbuktu, b'mod partikolari f'Soumpi u Echel.

    Fl-2017 u l-2018, il-kap kmandant militari ta' Mohamed Ousmane, u elementi armati oħra tas-CPA, kienu involuti f'attakki fatali kontra l-forzi tas-sigurtà u l-forzi armati tal-Mali fiż-żona ta' Soumpi. Dawk l-attakki ġew rivendikati mill-Jamaat Nosrat al islam wal Muslimin (JNIM), grupp terroristiku immexxi minn Iyad Ag Ghali, elenkat fil-lista tas-sanzjonijiet kontra l-ISIL/Al-Qaida u stabbilita u miżmuma skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà 1267/1989/2253.

    Fl-2017 Mohamed Ousmane stabbilixxa wkoll u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Mohamed Ousmane organizza l-ewwel konvenzjoni tas-CME f'Tinaouker (ir-reġjun ta' Gao) fit-30 ta' April 2018, li matulha nħatar bħala kelliem tas-CME. Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali.

    Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakoli li dewmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.

    ▼C1

    4.    AHMED AG ALBACHAR (magħruf ukoll bħala: Intahmadou Ag Albachar)

    ▼M4

    Deżinjazzjoni: President tal-Kummissjoni Umanitarja tal-Bureau Regional d'Administration et Gestion de Kidal

    Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1963

    Post tat-twelid: Tin-Essako, ir-reġjun ta' Kidal, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1 63 08 4 01 001 005E

    Indirizz: Quartier Aliou, Kidal, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Ahmed Ag Albahar huwa negozjant prominenti u, sa mill-bidu tal-2018, konsulent speċjali għall-Gvernatur tar-reġjun ta' Kidal. Membru influwenti tal-Haut Conseil pour l'unité de l'Azawad (HCUA), parti mill-komunità tat-Tuareg tal-Ifoghas, Ahmed Ag Albahar huwa wkoll medjatur bejn il-Coordination des Mouvements de l'Azawad (CMA) u l-Ansar Dine (QDe.135). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-paragrafu 8(e) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli ostakola l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

    F'Jannar Ag Albachar uża l-influwenza tiegħu biex jikkontrolla u jagħżel liema proġetti umanitarji u ta' żvilupp iseħħu fir-reġjun ta' Kidal, min jimplimentahom, fejn u meta. L-ebda azzjoni umanitarja ma tista' ssir mingħajr l-għarfien u l-approvazzjoni tiegħu. Bħala l-president awtoproklamat tal-kummissjoni umanitarja, Ag Albachar huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' xogħol tal-ħaddiema umanitarji bi skambju għal flus jew servizzi. Il-kummissjoni tikkontrolla wkoll liema kumpanniji u individwi jistgħu jipparteċipaw f'offerti għal proġetti li l-NGOs jirreklamaw f'Kidal, u b'hekk tagħti lil Ag Albachar is-setgħa li jimmanipula l-azzjoni umanitarja fir-reġjun u li jagħżel min jaħdem għall-NGOs. Id-distribuzzjonijiet tal-għajnuna jistgħu jsiru biss taħt is-sorveljanza tiegħu, u b'hekk jinfluwenza min jibbenefika mid-distribuzzjonijiet.

    Barra minn hekk, Albachar juża żgħażagħ qiegħda biex jintimida u jhedded lill-NGOs, u b'hekk ixekkel serjament il-ħidma tagħhom. Il-komunità umanitarja inġenerali topera b'biża' f'Kidal, iżda speċjalment il-persunal nazzjonali li huma aktar vulnerabbli.

    Ahmed Ag Albachar huwa wkoll il-koproprjetarju tal-kumpannija tat-trasport Timitrine Voyage; waħda mill-ftit kumpanniji tat-trasport li l-NGOs huma awtorizzati jużaw f'Kidal. Ag Albachar, flimkien ma' tużżana kumpanniji oħra tat-trasport li s-sidien tagħhom huma klikka żgħira ta' persuni importanti fost it-Tuareg tal-Ifoghas, jużurpaw sehem sinifikanti ta' għajnuna umanitarja f'Kidal. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' monopolju li jżomm Ag Albachar, tagħmel il-kunsinna tal-għajnuna f'ċerti komunitajiet aktar diffiċli minn oħrajn.

    Albachar qed jimmanipula l-għajnuna umanitarja biex jissodisfa l-interessi personali tiegħu u l-interessi politiċi tal-HCUA billi jitterrorizza, jhedded l-NGOs u jikkontrolla l-operazzjonijiet tagħhom, u dan kollu jwassal għal ostakoli u tfixkil tal-għajnuna li jaffettwaw il-benefiċjarji fil-bżonn fir-reġjun ta' Kidal. Għalhekk, Ahmed Ag Albachar jostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

    L-azzjonijiet tiegħu jiksru wkoll l-artikolu 49 tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali li jorbot lill-partijiet li jirrispettaw il-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li jiggwidaw l-azzjoni umanitarja, biex jiġi evitat kwalunkwe użu ta' għajnuna umanitarja għal skopijiet politiċi, ekonomiċi jew militari, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-aġenziji umanitarji u jiggarantixxu s-sigurtà tal-persunal tagħhom. Għalhekk, Albachar jostakola jew jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    5.    HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI (magħruf ukoll bħala: a) Mohamed Ibn Alhousseyni b) Muhammad Ibn Al-Husayn c) Houka Houka)

    Titlu: Qadi

    Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1962 b) 1 ta' Jannar 1963 c) 1 ta' Jannar 1964

    Post tat-twelid: Ariaw, ir-reġjun ta' Tombouctou, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Houka Houka Ag Alhousseini nħatar minn Iyad Ag Ghaly (QDi.316) bħala l-Qadi ta' Timbuktu f'April 2012 wara l-istabbiliment tal-kalifat ġiħadista fit-Tramuntana tal-Mali.

    Houka Houka kien jaħdem mill-qrib mal-Hesbah, il-pulizija Iżlamika mmexxija minn Ahmad Al Faqi Al Mahdi, miżmum il-ħabs fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali f'The Hague sa minn Settembru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Houka Houka Ag Alhousseini qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Wara l-intervent tal-forzi Franċiżi f'Jannar 2013, Houka Houka Ag Alhousseini ġie arrestat fis-17 ta' Jannar 2014 iżda sussegwentement inħeles mill-awtoritajiet Maljani fil-15 ta' Awwissu 2014, ħelsien li kien ikkundannat mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

    Minn dakinhar ’l hawn, Houka Houka Ag Alhousseini hu bbażat f'Ariaw, fiż-żona ta' Zouéra, raħal li jinsab fil-punent ta' Timbuktu (commune ta' Essakane), fuq xatt il-lag Faguibine fid-direzzjoni tal-fruntiera Mawritana. Fis-27 ta' Settembru 2017, ġie uffiċjalment restitwit hawnhekk bħala għalliem mill-Gvernatur ta' Timbuktu, Koina Ag Ahmadou, dan wara lobbying mill-individwu ssanzjonat Mohamed Ousmane Ag Mohamidoune (MLi.003), mexxej tal-Coalition du peuple de l'Azawad (CPA), elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar Mali għal raġunijiet li jinkludu azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Fl-2017 Mohamed Ousmane waqqaf u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakli li dewwmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.

    Houka Houka u Mohamed Ousmane kienu strumentali għas-suċċess ta' xulxin, fejn dan tal-aħħar iffaċilita l-laqgħat mal-uffiċjali tal-gvern, u l-ieħor qeda rwol ewlieni fl-espansjoni tal-influwenza ta' Ousmane fuq ir-reġjun ta' Timbuktu. Houka Houka pparteċipa f'ħafna mil-laqgħat tal-komunità organizzati minn Mohamed Ousmane mill-2017 'l hawm, u kkontribwixxa għall-fama l-kredibilità ta' Ousmane fir-reġjun, kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-fondazzjoni tal-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME), li għaliha ta l-kunsens tiegħu.

    Iż-żona ta' influwenza ta' Houka Houka reċentement espandiet aktar lejn il-lvant, lejn ir-reġjun ta' Ber (fortizza tal-Għarab ta' Bérabich li tinsab 50 kilometru lejn il-lvant ta' Timbuktu), u t-Tramuntana ta' Timbuktu. Għalkemm mhuwiex minn nisel il-Qadi u li beda biss fl-2012, Houka Houka kien kapaċi jestendi l-awtorità tiegħu bħala Qadi u l-kapaċità tiegħu li jżomm is-sigurtà pubblika f'ċerti żoni bl-użu ta' assi ta' Al-Furqan u bil-biża' li din l-organizzazzjoni terroristika tinstiga fir-reġjun ta' Timbuktu permezz ta' attakki kumplessi kontra l-forzi tad-difiża u tas-sigurtà internazzjonali u tal-Mali u qtil immirat.

    Għalhekk, permezz tal-appoġġ tiegħu għal Mohamed Ousmane u l-ostaklu tiegħu tal-Ftehim, Houka Houka Ag Alhousseini jhedded l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà fil-Mali b'mod ġenerali.

    6.    MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA (magħruf ukoll bħala: a) Yoro Ould Daha b) Yoro Ould Daya c) Sidi Amar Ould Daha d) Yoro)

    Deżinjazzjoni: Viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao

    Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1978

    Post tat-twelid: Djebock, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 11262/1547

    Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mahri Sidi Amar Ben Daha huwa mexxej tal-komunità Għarbija ta' Lehmar ta' Gao u l-kap tal-persunal militari tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arabe de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme).

    Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Mahri Sidi Amar Ben Daha qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Ben Daha kien uffiċjal għoli tal-pulizija Iżlamika li topera f'Gao meta l-Mouvement pour l'unité et le jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QD.134) ikkontrolla l-belt minn Ġunju 2012 sa Jannar 2013. Ben Daha bħalissa hu viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao.

    Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblokk ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-Membru Parlamentari Mohamed Ould Mataly.

    Mill-14 sat-18 ta' Novembru 2018, għexieren ta' ġellieda tal-MAA-Plateforme flimkien ma' dawk tal-fazzjonijiet tas-CMFPR ostakolaw il-konsultazzjonijiet reġjonali. Fuq struzzjoni u bil-parteċipazzjoni ta' Ben Daha, mill-inqas sitt trakkijiet pick-up mill-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA-Plateforme) tqiegħdu quddiem is-sede tal-gvernatur ta' Gao u fil-viċinanzi tagħha. Fil-post ġew osservati wkoll żewġ vetturi MOC attribwiti lill-MAA-Plateforme.

    Fis-17 ta' Novembru 2018, seħħ inċident bejn elementi armati li mblukkaw l-aċċess għas-sede tal-gvernatur u pattulja FAMa li kienet għaddejja miż-żona, iżda li ġie diffuż qabel ma seta' jeskala u jikkostitwixxi ksur tal-waqfien mill-ġlied. Fit-18 ta' Novembru 2018, total ta' tnax-il vettura u elementi armati neħħew l-imblukkar tas-sede tal-gvernatur wara l-aħħar ċiklu ta' negozjati mal-gvernatur ta' Gao.

    Fit-30 ta' Novembru 2018, Ben Daha organizza laqgħa bejn l-Għarab f'Tinfanda biex jiddiskutu s-sigurtà u r-ristrutturazzjoni amministrattiva. Il-laqgħa kienet tinkludi wkoll l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001) li Ben Daha jappoġġa u jiddefendi.

    Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ben Daha ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni. Barra minn hekk, Ben Daha jappoġġa individwu identifikat bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-involviment tiegħu fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied u f'attività kriminali organizzata.

    7.    MOHAMED BEN AHMED MAHRI (magħruf ukoll bħala: a) Mohammed Rougi b) Mohamed Ould Ahmed Deya c) Mohamed Ould Mahri Ahmed Daya d) Mohamed Rougie e) Mohamed Rouggy f) Mohamed Rouji)

    Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1979

    Post tat-twelid: Tabankort, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru tal-passaport: a) AA00272627 b) AA0263957

    Indirizz: Bamako, il-Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mohamed Ben Ahmed Mahri huwa negozjant mill-komunità Għarbija ta' Lehmar fir-reġjun ta' Gao li qabel ikkollabora mal-Mouvement pour l'unicité et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QDe.134). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Mohamed Ben Ahmed Mahri qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(c) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli aġixxa għal, jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', jew talli b'mod ieħor appoġġa jew iffinanzja, individwi u entitajiet identifikati fil-paragrafi 8(a) u (b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

    Bejn Diċembru 2017 u April 2018, Mohamed Ben Ahmed Mahri kellu l-kmand ta' operazzjoni ta' traffikar ta' aktar minn 10 tunnellati ta' kannabis Marokkina, li nġarru fi trakkijiet għat-tkessiħ u għaddew mill-Mauritania, il-Mali, il-Burkina Faso u n-Niġer. Fil-lejl ta' bejn it-13 u l-14 ta' Ġunju 2018 ġiet ikkonfiskata kwart tal-kunsinna f'Niamey, filwaqt li grupp rivali kien allegatament seraq it-tliet kwarti li kien fadal matul il-lejl ta' bejn it-12 u t-13 ta' April 2018.

    F'Diċembru 2017, Mohamed Ben Ahmed Mahri kien f'Niamey ma' ċittadin Maljan biex iħejji l-operazzjoni. Dan tal-aħħar ġie arrestat f'Niamey wara li wasal bl-ajru mill-Marokk ma' żewġ ċittadini Marokkini u żewġ ċittadini Alġerini fil-15 u s-16 ta' April 2018 biex jipprova jirkupra l-kannabis misruqa. Tlieta mill-assoċjati tiegħu ġew ukoll arrestati, inkluż ċittadin Marokkin li ġie kkundannat fil-Marokk fl-2014 għal ħames xhur ħabs għat-traffikar tad-drogi.

    Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkmanda t-traffikar tar-raża tal-kannabis lejn in-Niġer direttament mit-Tramuntana tal-Mali, bl-użu ta' konvojs immexxija minn membri tal-Groupe d'autodéfense des Touaregs Imgħad et leurs allies (GATIA), inkluż l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001). Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkumpensa lil Asriw għall-użu ta' dawn il-konvojs. Dawn il-konvojs spiss joħolqu kunflitti ma' kompetituri assoċjati mal-Coordinament des Mouvements de l'Azawaad (CMA).

    Bl-użu tal-gwadanni finanzjarji tiegħu mit-traffikar tan-narkotiċi, Mohamed Ben Ahmed Mahri jagħti l-appoġġ tiegħu lil gruppi armati terroristiċi, b'mod partikolari l-entità ssanzjonata Al-Mourabitoun (QD.141), billi jipprova jxaħħam lill-uffiċjali biex jeħilsu lill-ġellieda arrestati u jiffaċilita lill-ġellieda jintegraw fil-Mouvement Arabe pour l'Azawad (MAA) Plateforme.

    Għalhekk, permezz tad-dħul mill-kriminalità organizzata, Mohamed Ben Ahmed Mahri jappoġġa individwu identifikat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2007) bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali, flimkien ma' grupp terroristiku identifikat skont ir-riżoluzzjoni 1267.

    8.    MOHAMED OULD MATALY

    Deżinjazzjoni: Membru Parlamentari

    Data tat-twelid: 1958

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru tal-passaport: D9011156

    Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mohamed Ould Mataly huwa dak li qabel kien is-Sindku ta' Bourem u Membru Parlamentari attwali għall-kostitwenza ta' Bourem, parti mir-Rassamblement pour le Mali (RPM, il-partit politiku tal-President Ibrahim Boubacar Keita). Huwa ġej mill-komunità Għarbija ta' Lehmar u huwa membru influwenti tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arabe de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblukkar ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-membru parlamentari Mohamed Ould Mataly.

    L-assoċjat qrib tiegħu Mahri Sidi Amar Ben Daha, magħruf ukoll bħala Yuro Ould Daha, li jgħix fil-proprjetà tiegħu f'Gao, ipparteċipa fl-imblukkar tal-post tal-konsultazzjoni fl-uffiċċju tal-Gvernatur matul dan il-perijodu.

    Barra minn hekk, fit-12 ta' Lulju 2016 Ould Mataly kien ukoll wieħed mill-instigaturi ta' dimostrazzjonijiet ostili għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ould Mataly ostakola u dewwem l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni.

    Fl-aħħar nett, Ould Mataly talab il-ħelsien ta' membri tal-komunità tiegħu maqbuda f'operazzjonijiet ta' kontra t-terroriżmu. Permezz tal-involviment tiegħu fil-kriminalità organizzata u l-assoċjazzjoni ma' gruppi terroristiċi armati, Mohamed Ould Mataly jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    ▼M1

    B.   Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1

    ▼C1

    1.    AHMED AG ALBACHAR (magħruf ukoll bħala: Intahmadou Ag Albachar)

    ▼M4

    Deżinjazzjoni: President tal-Kummissjoni Umanitarja tal-Bureau Regional d'Administration et Gestion de Kidal

    Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1963

    Post tat-twelid: Tin-Essako, ir-reġjun ta' Kidal, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1 63 08 4 01 001 005E

    Indirizz: Quartier Aliou, Kidal, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Ahmed Ag Albahar huwa negozjant prominenti u, sa mill-bidu tal-2018, konsulent speċjali għall-Gvernatur tar-reġjun ta' Kidal. Membru influwenti tal-Haut Conseil pour l'unité de l'Azawad (HCUA), parti mill-komunità tat-Tuareg tal-Ifoghas, Ahmed Ag Albahar huwa wkoll medjatur bejn il-Coordination des Mouvements de l'Azawad (CMA) u l-Ansar Dine (QDe.135). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; u l-paragrafu 8(e) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli ostakola l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

    F'Jannar Ag Albachar uża l-influwenza tiegħu biex jikkontrolla u jagħżel liema proġetti umanitarji u ta' żvilupp iseħħu fir-reġjun ta' Kidal, min jimplimentahom, fejn u meta. L-ebda azzjoni umanitarja ma tista' ssir mingħajr l-għarfien u l-approvazzjoni tiegħu. Bħala l-president awtoproklamat tal-kummissjoni umanitarja, Ag Albachar huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' xogħol tal-ħaddiema umanitarji bi skambju għal flus jew servizzi. Il-kummissjoni tikkontrolla wkoll liema kumpanniji u individwi jistgħu jipparteċipaw f'offerti għal proġetti li l-NGOs jirreklamaw f'Kidal, u b'hekk tagħti lil Ag Albachar is-setgħa li jimmanipula l-azzjoni umanitarja fir-reġjun u jagħżel lil min jaħdem għall-NGOs. Id-distribuzzjonijiet tal-għajnuna jistgħu jsiru biss taħt is-sorveljanza tiegħu, u b'hekk dan jinfluwenza min jibbenefika mid-distribuzzjonijiet.

    Barra minn hekk, Albachar juża żgħażagħ qiegħda biex jintimida u jhedded lill-NGOs, u b'hekk ixekkel serjament il-ħidma tagħhom. Il-komunità umanitarja inġenerali topera b'biża' f'Kidal, iżda speċjalment il-persunal nazzjonali li huwa aktar vulnerabbli.

    Ahmed Ag Albachar huwa wkoll il-koproprjetarju tal-kumpanija tat-trasport Timitrine Voyage; waħda mill-ftit kumpanniji tat-trasport li l-NGOs huma awtorizzati jużaw f'Kidal. Ag Albachar, flimkien ma' tużżana kumpanniji oħra tat-trasport li s-sidien tagħhom huma klikka żgħira ta' persuni importanti fost it-Tuareg tal-Ifoghas, jużurpaw sehem sinifikanti ta' għajnuna umanitarja f'Kidal. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta' monopolju li jżomm Ag Albachar, tagħmel il-kunsinna tal-għajnuna f'ċerti komunitajiet aktar diffiċli minn oħrajn.

    Albachar qed jimmanipula l-għajnuna umanitarja biex jissodisfa l-interessi personali tiegħu u l-interessi politiċi tal-HCUA billi jitterrorizza, jhedded l-NGOs u jikkontrolla l-operazzjonijiet tagħhom, u dan kollu jwassal għal ostaklu u tfixkil tal-għajnuna b'effett fuq il-benefiċjarji fil-bżonn fir-reġjun ta' Kidal. Għalhekk, Ahmed Ag Albachar jostakola l-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess għall-għajnuna umanitarja, jew id-distribuzzjoni tagħha fil-Mali.

    L-azzjonijiet tiegħu jiksru wkoll l-artikolu 49 tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali li jorbot lill-partijiet li jirrispettaw il-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza li jiggwidaw l-azzjoni umanitarja, biex jiġi evitat kwalunkwe użu ta' għajnuna umanitarja għal skopijiet politiċi, ekonomiċi jew militari, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-aġenziji umanitarji u jiggarantixxu s-sigurtà tal-persunal tagħhom. Għalhekk, Albachar jostakola jew jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    2.    HOUKA HOUKA AG ALHOUSSEINI (magħruf ukoll bħala: a) Mohamed Ibn Alhousseyni b) Muhammad Ibn Al-Husayn c) Houka Houka)

    Titlu: Qadi

    Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1962 b) 1 ta' Jannar 1963 c) 1 ta' Jannar 1964

    Post tat-twelid: Ariaw, ir-reġjun ta' Tombouctou, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Houka Houka Ag Alhousseini nħatar minn Iyad Ag Ghaly (QDi.316) bħala l-Qadi ta' Timbuktu f'April 2012 wara l-istabbiliment tal-kalifat ġiħadista fit-Tramuntana tal-Mali.

    Houka Houka kien jaħdem mill-qrib mal-Hesbah, il-pulizija Iżlamika mmexxija minn Ahmad Al Faqi Al Mahdi, miżmum il-ħabs fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali f'The Hague sa minn Settembru 2016. Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Houka Houka Ag Alhousseini qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Wara l-intervent tal-forzi Franċiżi f'Jannar 2013, Houka Houka Ag Alhousseini ġie arrestat fis-17 ta' Jannar 2014 iżda sussegwentement inħeles mill-awtoritajiet Maljani fil-15 ta' Awwissu 2014, ħelsien li kien ikkundannat mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.

    Minn dakinhar 'l hawn, Houka Houka Ag Alhousseini hu bbażat f'Ariaw, fiż-żona ta' Zouéra, raħal li jinsab fil-punent ta' Timbuktu (commune ta' Essakane), fuq xatt il-lag Faguibine fid-direzzjoni tal-fruntiera Mawritana. Fis-27 ta' Settembru 2017, ġie uffiċjalment restitwit hawnhekk bħala għalliem mill-Gvernatur ta' Timbuktu, Koina Ag Ahmadou, dan wara lobbying mill-individwu ssanzjonat Mohamed Ousmane Ag Mohamidoune (MLi.003), mexxej tal-Coalition du peuple de l'Azawad (CPA), elenkat fl-20 ta' Diċembru 2018 mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar Mali għal raġunijiet li jinkludu azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Fl-2017 Mohamed Ousmane waqqaf u ppresieda alleanza usa' ta' sottogruppi dissidenti, il-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME). Matul il-konvenzjoni ta' stabbiliment tagħha, is-CME heddet bil-miftuħ fi stqarrija uffiċjali l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Is-CME kienet involuta wkoll f'ostakoli li dewwmu l-implimentazzjoni tal-Ftehim, billi għamlet pressjoni fuq il-gvern tal-Mali u l-komunità internazzjonali bil-għan li timponi s-CME fil-mekkaniżmi differenti stabbiliti mill-Ftehim.

    Houka Houka u Mohamed Ousmane kienu strumentali għas-suċċess ta' xulxin, fejn dan tal-aħħar iffaċilita l-laqgħat mal-uffiċjali tal-gvern, u l-ieħor qeda rwol ewlieni fl-espansjoni tal-influwenza ta' Ousmane fuq ir-reġjun ta' Timbuktu. Houka Houka pparteċipa f'ħafna mill-laqgħat tal-komunità organizzati minn Mohamed Ousmane mill-2017 'l hawm, u kkontribwixxa għall-fama l-kredibilità ta' Ousmane fir-reġjun, kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-fondazzjoni tal-Coalition des Mouvements de l'Entente (CME), li għaliha ta l-barka tiegħu.

    Iż-żona ta' influwenza ta' Houka Houka dan l-aħħar espandiet aktar lejn il-lvant, lejn ir-reġjun ta' Ber (fortizza tal-Għarab ta' Bérabich li tinsab 50 kilometru lejn il-lvant ta' Timbuktu), u t-Tramuntana ta' Timbuktu. Għalkemm mhuwiex minn nisel il-Qadi u li beda biss fl-2012, Houka Houka kien kapaċi jestendi l-awtorità tiegħu bħala Qadi u l-kapaċità tiegħu li jżomm is-sigurtà pubblika f'ċerti żoni bl-użu ta' assi ta' Al-Furqan u bil-biża' li din l-organizzazzjoni terroristika tinstiga fir-reġjun ta' Timbuktu permezz ta' attakki kumplessi kontra l-forzi tad-difiża u tas-sigurtà internazzjonali u tal-Mali u qtil immirat.

    Għalhekk, permezz tal-appoġġ tiegħu għal Mohamed Ousmane u l-ostakolu tiegħu tal-Ftehim, Houka Houka Ag Alhousseini jhedded l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll il-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà fil-Mali b'mod ġenerali.

    3.    MAHRI SIDI AMAR BEN DAHA (magħruf ukoll bħala: a) Yoro Ould Daha b) Yoro Ould Daya c) Sidi Amar Ould Daha d) Yoro)

    Deżinjazzjoni: Viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao

    Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1978

    Post tat-twelid: Djebock, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 11262/1547

    Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mahri Sidi Amar Ben Daha huwa mexxej tal-komunità Għarbija ta' Lehmar ta' Gao u l-kap tal-persunal militari tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arad de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme).

    Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Mahri Sidi Amar Ben Daha qed jiġi elenkat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Ben Daha kien uffiċjal għoli tal-pulizija Iżlamika li topera f'Gao meta l-Mouvement pour l'unité et le jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QD.134) ikkontrolla l-belt minn Ġunju 2012 sa Jannar 2013. Ben Daha bħalissa hu viċi kap tal-persunal tal-koordinazzjoni reġjonali tal-Mécanisme opérationnel de coordination (MOC) f'Gao.

    Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblokk ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-Membru Parlamentari Mohamed Ould Mataly.

    Mill-14 sat-18 ta' Novembru 2018, għexieren ta' ġellieda tal-MAA-Plateforme flimkien ma' dawk tal-fazzjonijiet tas-CMFPR ostakolaw il-konsultazzjonijiet reġjonali. Fuq struzzjoni u bil-parteċipazzjoni ta' Ben Daha, mill-inqas sitt trakkijiet pick-up mill-Mouvement Arabe de l'Azawad (MAA-Plateforme) tqiegħdu quddiem is-sede tal-gvernatur ta' Gao u fil-viċinanzi tagħha. Fil-post ġew osservati wkoll żewġ vetturi MOC attribwiti lill-MAA-Plateforme.

    Fis-17 ta' Novembru 2018, seħħ inċident bejn elementi armati li mblukkaw l-aċċess għas-sede tal-gvernatur u pattulja FAMa li kienet għaddejja miż-żona, iżda li ġie diffuż qabel ma seta' jeskala u jikkostitwixxi ksur tal-waqfien mill-ġlied. Fit-18 ta' Novembru 2018, total ta' tnax-il vettura u elementi armati neħħew l-imblukkar tas-sede tal-gvernatur wara l-aħħar ċiklu ta' negozjati mal-gvernatur ta' Gao.

    Fit-30 ta' Novembru 2018, Ben Daha organizza laqgħa bejn l-Għarab f'Tinfanda biex jiddiskutu s-sigurtà u r-ristrutturazzjoni amministrattiva. Il-laqgħa kienet tinkludi wkoll l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001) li Ben Daha jappoġġa u jiddefendi.

    Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ben Daha ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni. Barra minn hekk, Ben Daha jappoġġa individwu identifikat bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-involviment tiegħu fil-ksur tal-waqfien mill-ġlied u f'attività kriminali organizzata.

    4.    MOHAMED BEN AHMED MAHRI (magħruf ukoll bħala: a) Mohammed Rougi b) Mohamed Ould Ahmed Deya c) Mohamed Ould Mahri Ahmed Daya d) Mohamed Rougie e) Mohamed Rouggy f) Mohamed Rouji)

    Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1979

    Post tat-twelid: Tabankort, il-Mali

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru tal-passaport: a) AA00272627 b) AA0263957

    Indirizz: Bamako, il-Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mohamed Ben Ahmed Mahri huwa negozjant mill-komunità Għarbija ta' Lehmar fir-reġjun ta' Gao li qabel ikkollabora mal-Mouvement pour l'unicité et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO) (QDe.134). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Mohamed Ben Ahmed Mahri qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(c) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) talli aġixxa għal, jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', jew talli b'mod ieħor appoġġa jew iffinanzja, individwi u entitajiet identifikati fil-paragrafi 8(a) u (b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar ta' proprjetà kulturali.

    Bejn Diċembru 2017 u April 2018, Mohamed Ben Ahmed Mahri kkmanda operazzjoni ta' traffikar ta' aktar minn 10 tunnellati ta' kannabis Marokkina, li nġarru fi trakkijiet għat-tkessiħ u għaddew mill-Mauritania, il-Mali, Burkina Faso u n-Niġer. Fil-lejl ta' bejn it-13 u l-14 ta' Ġunju 2018 ġie kkonfiskat kwart tal-kunsinna f'Niamey, filwaqt li grupp rivali kien allegatament seraq it-tliet kwarti li kien fadal matul il-lejl ta' bejn it-12 u t-13 ta' April 2018.

    F'Diċembru 2017, Mohamed Ben Ahmed Mahri kien f'Niamey ma' ċittadin Maljan biex jipprepara l-operazzjoni. Dan tal-aħħar ġie arrestat f'Niamey wara li wasal bl-ajru mill-Marokk ma' żewġ ċittadini Marokkini u żewġ ċittadini Alġerini fil-15 u s-16 ta' April 2018 biex jipprova jirkupra l-kannabis misruqa. Tlieta mill-assoċjati tiegħu ġew ukoll arrestati, inkluż ċittadin Marokkin li ġie kkundannat fil-Marokk fl-2014 għal ħames xhur ħabs għat-traffikar tad-drogi.

    Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkmanda t-traffikar tar-raża tal-kannabis lejn in-Niġer direttament mit-Tramuntana tal-Mali, bl-użu ta' konvojs immexxija minn membri tal-Groupe d'autodéfense des Touaregs Imgħad et leurs allies (GATIA), inkluż l-individwu ssanzjonat Ahmoudou Ag Asriw (MLi.001). Mohamed Ben Ahmed Mahri jikkumpensa lil Asriw għall-użu ta' dawn il-konvojs. Dawn il-konvojs spiss joħolqu kunflitti ma' kompetituri assoċjati mal-Coordinament des Mouvements de l'Azawaad (CMA).

    Bl-użu tal-gwadanni finanzjarji tiegħu mit-traffikar tan-narkotiċi, Mohamed Ben Ahmed Mahri jagħti l-appoġġ tiegħu lil gruppi armati terroristiċi, b'mod partikolari l-entità ssanzjonata Al-Mourabitoun (QD.141), billi jipprova jxaħħam lill-uffiċjali biex jeħilsu lill-ġellieda arrestati u jiffaċilita lill-ġellieda jintegraw fil-Mouvement Arabe pour l'Azawad (MAA) Plateforme.

    Għalhekk, permezz tad-dħul mill-kriminalità organizzata, Mohamed Ben Ahmed Mahri jappoġġa individwu identifikat skont il-paragrafu 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2007) bħala li jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali, flimkien ma' grupp terroristiku identifikat skont ir-riżoluzzjoni 1267.

    5.    MOHAMED OULD MATALY

    Deżinjazzjoni: Membru Parlamentari

    Data tat-twelid: 1958

    Nazzjonalità: Maljan

    Nru tal-passaport: D9011156

    Indirizz: Golf Rue 708 Door 345, Gao, Mali

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 10 ta' Lulju 2019 (emendata fid-19 ta' Diċembru 2019)

    Informazzjoni oħra: Mohamed Ould Mataly huwa dak li qabel kien is-Sindku ta' Bourem u Membru Parlamentari attwali għall-kostitwenza ta' Bourem, parti mir-Rassamblement pour le Mali (RPM, il-partit politiku tal-President Ibrahim Boubacar Keita). Huwa ġej mill-komunità Għarbija ta' Lehmar u huwa membru influwenti tal-fergħa favur il-gvern tal-Mouvement Arabe de l'Azawaad (MAA), assoċjat mal-koalizzjoni tal-Plateforme des mouvements du 14 juin 2014 d'Alger (Plateforme). Elenkat skont il-paragrafi 1 sa 3 tar-Riżoluzzjoni 2374 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

    Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU:

    https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals agħfas hawn

    Informazzjoni oħra

    Ahmed Ag Albachar qed jiġi elenkat skont il-paragrafi 8(b) tar-riżoluzzjoni 2374 (2017) għal azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Fit-12 ta' Novembru 2018, il-Plateforme f'Bamako ddikjarat li ma tipparteċipax fil-konsultazzjonijiet reġjonali li jmiss, skedati li jsiru mit-13 sas-17 ta' Novembru skont il-pjan direzzjonali ta' Marzu 2018 maqbul mill-partijiet kollha għall-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni f'Marzu 2018. L-għada, f'Gao, saret laqgħa ta' koordinazzjoni mill-kap tal-persunal militari tal-komponent ta' Ganda Koy tal-Coordination des mouvements et fronts patriotiques de résistance (CMFPR)-Plateforme, ma' rappreżentanti tal-MAA-Plateforme, biex iwaqqfu l-konsultazzjonijiet milli jsiru. L-imblukkar ġie kkoordinat mat-tmexxija tal-Plateforme f'Bamako, il-MAA-Plateforme, kif ukoll mal-membru parlamentari Mohamed Ould Mataly.

    L-assoċjat qrib tiegħu Mahri Sidi Amar Ben Daha, magħruf ukoll bħala Yuro Ould Daha, li jgħix fil-proprjetà tiegħu f'Gao, ipparteċipa fl-imblukkar tal-post tal-konsultazzjoni fl-uffiċċju tal-Gvernatur matul dan il-perijodu.

    Barra minn hekk, fit-12 ta' Lulju 2016 Ould Mataly kien ukoll wieħed mill-instigaturi ta' dimostrazzjonijiet ostili għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    Għalhekk, billi effettivament waqqaf id-diskussjonijiet dwar dispożizzjonijiet ewlenin tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni relatati mar-riforma tal-istruttura territorjali tat-Tramuntana tal-Mali, Ould Mataly ostakola u dewwem l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi u Rikonċiljazzjoni.

    Fl-aħħar nett, Ould Mataly talab il-ħelsien ta' membri tal-komunità tiegħu maqbuda f'operazzjonijiet ta' kontra t-terroriżmu. Permezz tal-involviment tiegħu fil-kriminalità organizzata u l-assoċjazzjoni ma' gruppi terroristiċi armati, Mohamed Ould Mataly jhedded l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    ▼M5

    ANNESS II

    A. 

    Lista ta’ persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1a, paragrafu 1

    ▼M6

    Isem

    Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    DIAW, Malick

    Post tat-twelid: Ségou

    Data tat-twelid: 2 ta' Diċembru 1979

    Nazzjonalità: Mali

    Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13/08/2018

    Ġeneru: raġel

    Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni), Kurunell

    Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO

    Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta' Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta' stat tat-18 ta' Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné.

    Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.

    Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-Tranżazzjoni, bħala l-President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020.

    Ma sar l-ebda progress sinifikanti mis-CNT fuq il-"missjonijiet" imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta' Ottubru 2020 u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher min-nuqqas tas-CNT li japprova l-abbozz tal-liġi elettorali. Dan ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b'hekk għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

    L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni.

    Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.

    4.2.2022

    2.

    WAGUÉ, Ismaël

    Post tat-twelid: Bamako

    Data tat-twelid: 2. 3. 1975

    Nazzjonalità: Mali

    Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023

    Ġeneru: raġel

    Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Kurunell Maġġur

    Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO

    Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta' stat ta' Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u Malick Diaw.

    Fid-19 ta' Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (CNSP).

    Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali.

    Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-gvern ta' Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f'Ottubru 2021, huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l'accord, CSA), u għalhekk ukoll tal-implimentazzjoni tal-Ftehim kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta' Tranżizzjoni.

    L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni.

    Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Mali, kif ukoll talli ostakola u dgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali.

    4.2.2022

    3.

    MAÏGA, Choguel

    Post tat-twelid: Tabango, Gao, il-Mali

    Data tat-twelid: 31 ta' Diċembru 1958

    Nazzjonalità: Mali

    Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku Nru DA0004473, maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa

    Ġeneru: raġel

    Pożizzjoni: Prim Ministru

    Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO

    Bħala Prim Ministru minn Ġunju 2021, Choguel Maïga jmexxi l-Gvern ta' Tranżizzjoni tal-Mali stabbilit wara l-kolp ta' stat tal-24 ta' Mejju 2021.

    Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, f'Ġunju 2021 huwa ħabbar l-organizzazzjoni tal-"Assises nationales de la refondation" (ANR) bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

    Kif imħabbar minn Choguel Maïga nnifsu, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin.

    L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż il-Prim Ministru Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prim Ministru, Choguel Maïga huwa direttament responsabbli għall-posponiment tal-elezzjonijiet previsti fil-Karta ta' Tranżizzjoni, u għalhekk qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

    4.2.2022

    4.

    MAÏGA, Ibrahim Ikassa

    Post tat-twelid: Tondibi, reġjun ta' Gao, il-Mali

    Data tat-twelid: 05. 2. 1971

    Nazzjonalità: Mali

    Numru tal-passaport: Passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali

    Ġeneru: raġel

    Pożizzjoni: Ministru għar-Rifondazzjoni

    Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO

    Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita.

    Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-"Assises nationales de la Refondation" (ANR), imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maiga.

    Għall-kuntrarju tal-iskeda għar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

    Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin.

    L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għar-Rifondazzjoni, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

    4.2.2022

    5.

    DIARRA, Adama Ben

    Magħruf ukoll bħala Ben Le Cerveau

    Post tat-twelid: Kati, il-Mali

    Nazzjonalità: Mali

    Numru tal-passaport: Passaport Diplomatiku maħruġ mill-Mali, viża ta' Schengen maħruġa

    Ġeneru: raġel

    Pożizzjoni: Membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-Tranżizzjoni)

    Indirizz: Koulouba – Présidence de la République. 00223 BAMAKO

    Adama Ben Diarra, magħruf bħala Camarade Ben Le Cerveau, huwa wieħed mill-mexxejja żgħażagħ tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin-Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni fit-twaqqigħ tal-President Keita. Adama Ben Diarra huwa wkoll il-mexxej ta' Yéréwolo, li hija l-organizzazzjoni prinċipali li tappoġġa lill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni, u membru tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (CNT) mit-3 ta' Diċembru 2021.

    Adama Ben Diarra kien qed jippromwovi u jappoġġa b'mod attiv l-estensjoni tat-Tranżizzjoni waqt manifestazzjonijiet politiċi u fuq in-networks soċjali, filwaqt li ddikjara li l-estensjoni ta' ħames snin tal-perijodu ta' tranżizzjoni deċiż mill-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni wara l-"Assises nationales de la Refondation" (ANR) kienet aspirazzjoni profonda tal-poplu ta' Mali.

    Għall-kuntrarju tal-iskeda tar-riformi u l-elezzjonijiet preċedentement maqbula mal-ECOWAS f'konformità mal-Karta ta' Tranżizzjoni, dawn l-ANR ġew imħabbra mill-Gvern ta' Tranżizzjoni bħala proċess ta' qabel ir-riforma u prekondizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta' Frar 2022.

    4.2.2022”

    Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u l-elezzjonijiet ġew posposti. L-ANR, li eventwalment saru f'Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta' Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta' żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2025, biex b'hekk it-Tranżizzjoni tkun tista' tibqa' fil-poter għal aktar minn ħames snin.

    L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni (inkluż Adama Ben Diarra) f'Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-Tranżizzjoni. L-ECOWAS enfasizzat li l-Awtoritajiet ta' Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-Tranżizzjoni u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi.

    Għaldaqstant Adama Ben Diarra qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b'mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti.

    ▼M5

    B. 

    Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2a, paragrafu 1

    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

    Top