Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1518-20180814

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 tal- 14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1518/2018-08-14

02015R1518 — MT — 14.08.2018 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1518

tal-14 ta' Settembru 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 239 15.9.2015, p. 69)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/676 tad-29 ta' April 2016

  L 116

31

30.4.2016

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1598 tat-22 ta' Settembru 2017

  L 245

1

23.9.2017

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1121 tal-10 ta' Awwissu 2018

  L 204

33

13.8.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1518

tal-14 ta' Settembru 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009



Artikolu 1

1.  Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u /jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha skont il-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u /jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li jori[ina fl-Istati Uniti tal-Amerka, li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209829 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009129 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009929 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194329 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194629 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194729 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201129 ), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201529 ), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201729 ), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909212 ), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001029 , 3826001039 , 3826001049 , 3826001099 ), u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009019 ).

2.  Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu ta' ammont fiss kif ġej:



Kumpanija

Rata ta' dazju AD EUR għal kull tunnellata netta

Kodiċi TARIC addizzjonali

Archer Daniels Midland Company, Decatur

68,6

A933

Cargill Inc., Wayzata

0

A934

Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

70,6

A935

Imperium Renewables Inc., Seattle

76,5

A936

Peter Cremer North America LP, Cincinnati

198,0

A937

World Energy Alternatives LLC, Boston

82,7

A939

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

115,6

Ara l-Anness I

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

172,2

A999

Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

3.  F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jiġi aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħu bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 1 ), l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fil-paragrafu 2 jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

4.  L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

5.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

▼M2

6.  Fejn xi parti mill-Istati Uniti tal-Amerka tipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

(a) ma esportatx il-merkanzija deskritta fil-paragrafu 1 li toriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka matul il-perjodu ta' investigazzjoni (l-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008);

(b) ma tiġix minn esportatur jew minn produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c) li effettivament esportat il-merkanzija kkonċernata jew daħlet f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li tesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,

il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I biex tattribwixxi lil dik il-parti d-dazju applikabbli għall-produtturi li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri EUR 115,6 għal kull tunnellata.

▼B

Artikolu 2

▼M1

1.  Id-dazju antidumping definittiv applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li attwalment huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209821 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009121 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009921 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194321 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194621 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194721 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201121 ), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201521 ), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201721 ), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909210 ), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001020 , 3826001030 , 3826001040 , 3826001089 ) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009011 ), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:



Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kanada

BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Kanada

B107

DSM Nutritional Products Kanada Inc, Dartmouth, Nova Scotia, Kanada

C114

Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

B108

Id-dazju li għandu jiġi estiż ikun dak stabbilit għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1, paragrafu 2, li huwa dazju antidumping definittiv ta' EUR 172,2 kull tunnellata netta.

Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

▼B

2.  F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jkun aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

3.  L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 1 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju kif imposta mill-Artikolu 1, il-paragrafu 1, applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 3

1.  Id-dazju antidumping definittiv kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209830 ), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009130 ), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009930 ), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194330 ), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194630 ), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194730 ), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201130 ), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201530 ), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201730 ), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909220 ), u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009030 ).

Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

2.  F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jkun aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

3.  L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 4

1.  It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Rue de la loi 170, CHAR 04/034

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-TDI-INFORMATION@ec.europa.eu

2.  Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b'deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 599/2009, mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.




ANNESS I



Isem il-Kumpanija

Belt

Kodiċi addizzjonali TARIC

American Made Fuels, Inc.

Canton

A940

AG Processing Inc.

Omaha

A942

Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

Birmingham

A940

Arkansas SoyEnergy Group

DeWitt

A940

Arlington Energy, LLC

Mansfield

A940

Athens Biodiesel, LLC

Athens

A940

Beacon Energy

Cleburne

A940

Biodiesel of Texas, Inc.

Denton

A940

BioDiesel One Ltd

Southington

A940

Buffalo Biodiesel, Inc

Tonawanda

A940

BullDog BioDiesel

Ellenwood

A940

Carbon Neutral Solutions, LLC

Mauldin

A940

Central Iowa Energy, LLC

Newton

A940

Chesapeake Custom Chemical Corp.

Ridgeway

A940

Community Fuels

Stockton

A940

Delta BioFuels, Inc.

Natchez

A940

Diamond Biofuels

Mazon

A940

Direct Fuels

Euless

A940

Eagle Creek Fuel Services, LLC

Baltimore

A940

Earl Fisher Bio Fuels

Chester

A940

East Fork Biodiesel, LLC

Algona

A940

ECO Solutions, LLC

Chatsworth

A940

Ecogy Biofuels, LLC

Tulsa

A940

ED & F Man Biofuels Inc.

New Orleans

A940

Freedom Biofuels, Inc.

Madison

A940

Fuel & Lube, LLC

Richmond

A940

Fuel Bio

Elizabeth

A940

FUMPA Bio Fuels

Redwood Falls

A940

Galveston Bay Biodiesel, LP (BioSelect Fuels)

Houston

A940

Geo Green Fuels, LLC

Houston

A940

Georgia Biofuels Corp.

Loganville

A940

Green River Biodiesel, Inc.

Moundville

A940

Griffin Industries, Inc.

Cold Spring

A940

High Plains Bioenergy

Guymon

A940

Huish Detergents, Inc.

Salt Lake City

A940

Incobrasa Industries, Ltd.

Gilman

A940

Independence Renewable Energy Corp.

Perdue Hill

A940

Indiana Flex Fuels

LaPorte

A940

Innovation Fuels, Inc.

Newark

A940

Iowa Renewable Energy, LLC

Washington

A940

Johann Haltermann Ltd.

Houston

A940

Lake Erie Biofuels, LLC

Erie

A940

Leland Organic Corporation

Leland

A940

Louis Dreyfus Agricultural Industries, LLC

Wilton

A940

Louis Dreyfus Claypool Holdings LLC

Claypool

A940

Memphis Biofuels, LLC

Memphis

A942

Middle Georgia Biofuels

East Dublin

A940

Middletown Biofuels, LLC

Blairsville

A940

Musket Corporation

Oklahoma City

A940

New Fuel Company

Dallas

A940

North Mississippi Biodiesel

New Albany

A940

Northern Biodiesel, Inc.

Ontario

A940

Northwest Missouri Biofuels, LLC

St. Joseph

A940

Nova Biofuels Clinton County, LLC

Clinton

A940

Nova Biosource

Senaca

A940

Organic Fuels, Ltd

Houston

A940

▼M3

Organic Technologies

Coshocton (Ohio)

C482

▼B

Owensboro Grain Company LLC

Owensboro

A940

Paseo Cargill Energy, LLC

Kansas City

A940

Peach State Labs, Inc.

Rome

A940

Perihelion Global, Inc.

Opp

A940

Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

Philadelphia

A940

Pinnacle Biofuels, Inc.

Crossett

A940

PK Biodiesel

Woodstock

A940

Pleasant Valley Biofuels, LLC

American Falls

A940

RBF Port Neches LLC

Houston

A940

Red Birch Energy, Inc.

Bassett

A940

Red River Biodiesel Ltd.

New Boston

A940

REG Ralston, LLC

Ralston

A940

Renewable Energy Products, LLC

Santa Fe Springs

A940

Riksch BioFuels LLC

Crawfordsville

A940

Safe Renewable Corp.

Conroe

A940

Sanimax Energy Inc.

DeForest

A940

Scott Petroleum

Itta Bena

A942

Seminole Biodiesel

Bainbridge

A940

Soy Solutions

Milford

A940

SoyMor Biodiesel, LLC

Albert Lea

A940

Sunshine BioFuels, LLC

Camilla

A940

TPA Inc.

Warren

A940

Trafigura AG

Stamford

A940

U.S. Biofuels, Inc.

Rome

A940

United Oil Company

Pittsbourgh

A940

Valco Bioenergy

Harlingen

A940

Vanguard Synfuels, LLC

Pollock

A940

Vinmar Overseas, Ltd

Houston

A938

Vitol Inc.

Houston

A940

Walsh Bio Diesel, LLC

Mauston

A940

Western Dubque Biodiesel, LLC

Farley

A940

Western Iowa Energy, LLC

Wall Lake

A940

Western Petroleum Company

Eden Prairie

A940




ANNESS II

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(4) u fl-Artikolu 2(3) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

 L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

 Id-dikjarazzjoni li ġejja:

 
“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew iż-żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew minn trattament idriku ta' oriġini mhux mill-fossili, komunemnt magħruf bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fi [pajjiż/i kkonċernat/i]. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”




ANNESS III

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 3(3) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

 L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

 Id-dikjarazzjoni li ġejja:

 
“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew iż-żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew minn trattament idriku ta' oriġini mhux mill-fossili, komunemnt magħruf bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fl-Istati Uniti tal-Amerka. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

Top