Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0543-20090619

    Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/543/2009-06-19

    2008R0543 — MT — 19.06.2009 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2008

    tas-16 ta’ Ġunju 2008

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

    (ĠU L 157, 17.6.2008, p.46)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

      L 257

    7

    25.9.2008

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 508/2009 tal-15 ta' Ġunju 2009

      L 151

    28

    16.6.2009


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 008, 13.1.2009, p. 33  (543/08)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 037, 6.2.2009, p. 14  (543/08)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 543/2008

    tas-16 ta’ Ġunju 2008

    li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 121, punt e) tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1906/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-istandards tal-marketing għal-laħam tat-tjur ( 2 ) tħassar mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (2)

    Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KEE) Nru 1906/90 ma ġewx inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)

    B’hekk ċerti dispożizzjonijiet u obbligi meħuda jridu jiġu adottati fil-qafas ta’ regolament li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jippermetti l-kontinwità u t-tħaddim tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq u b'mod partikolari l-istandards tat-tqegħid fis-suq.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 stabbilixxa standards ta’ tqegħid fis-suq għall-bejgħ tat-tjur li l-applikazzjoni tagħhom tesiġi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’, fost l-oħrajn, il-lista tal-karkassi, partijiet ta’ karkassi u ġewwiena li japplika għalihom ir-Regolament imsemmi, il-klassifikazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma’ l-għamla, id-dehra u l-piż, it-tipi ta’ preżentazzjoni, l-indikazzjoni tad-denominazzjoni li biha l-prodotti kkonċernati għandhom jitqiegħdu fis-suq, it-tismija fakultattiva dwar il-metodu tar-refriġerazzjoni u l-mod tat-trobbija, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tat-trasport ta’ ċerti tipi ta’ laħam tat-tjur u kontrolli regolari li għandhom jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Komunità. Jeħtieġ għalhekk li jitħassar r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1538/91 ( 3 ) li jintroduċi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1906/90, u jiġi ssostitwit minn regolament ġdid.

    (5)

    Bittqegħid fis-suq ta’ klassijiet differenti ta’ tjur stabbiliti skond l-għamla u d-dehra tagħhom jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet relattivi għall-ispeċijiet, għall-età u għall-preżentazzjoni tal-karkassi, kif ukoll għall-għamla anatomika u għall-kontenut tal-biċċiet tal-karkassi. Il-valur għoli tal-prodott magħruf bħala “foie gras” u r-riskju konsegwenti ta’ prattiċi qarrieqa jagħmlu meħtieġ li jiġu speċifikati standards minimi u preċiżi ta’ tqegħid fis-suq.

    (6)

    Mhuwiex meħtieġ li jiġu applikati dawn l-istandards għal ċerti prodotti u għal ċerti preżentazzjonijiet li l-importanza tagħhom hija purament lokali jew b’xi mod ieħor limitata. Madankollu, id-denominazzjonijiet li bihom dawk il-prodotti huma mqegħdin fis-suq ma għandhomx ikunu tali li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur billi jġegħluh ifixkel dawn il-prodotti ma’ prodotti li huma soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet. Dawn iridu għalhekk ukoll ikun applikati għat-termini deskrittivi addizzjonali wżati biex jikkwalifikaw id-denominazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti.

    (7)

    Bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ jiġu ddefiniti l-kunċetti tat-tqegħid fis-suq u tal-lott fis-settur tal-laħam tat-tjur.

    (8)

    It-temperatura tal-ħżin u taż-żamma għandha importanza primarja għall-osservanza ta’ standards tal-kwalità stretti. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi speċifikata temperatura minima li fiha għandhom jiġu kkonservati t-tjur.

    (9)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment dawk rigward il-monitoraġġ u l-osservanza tiegħu, iridu jiġu applikati b’mod uniformi fit-territorju kollu tal-Komunità. Ir-regoli dettaljati adottati għal dawn l-iskopijiet għandhom ikunu wkoll uniformi. Huwa għalhekk meħtieġ, bħala konsegwenza, li jiġu speċifikati regoli komuni għal dak li għandu x’jaqsam mat-teħid ta’ kampjuni u t-tolleranza.

    (10)

    Sabiex il-konsumatur jingħata informazzjoni xierqa, ċara u oġġettiva dwar il-prodotti maħruġa għall-bejgħ u sabiex tiġi assigurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn ta’ l-aħħar fil-Komunità, jeħtieġ li jiġi żgurat li n-normi tat-tqegħid fis-suq tat-tjur iqisu kemm jista’ jkun id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/211/KEE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodtti b'imballaġġ minn qabel ( 4 ).

    (11)

    Fost l-indikazzjonijiet fakultattivi tat-tikketta, jidhru dawk dwar il-metodu tat-tkessiħ u l-mod tat-trobbija. L-indikazzjoni dwar din tal-aħħar, fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, teħtieġ li tkun subordinata fir-rigward ta’ kriterji mfissra b’attenzjoni kemm dwar il-kundizzjonijiet tat-trobbija kif ukoll il-limiti tal-kwantità għall-indikazzjoni ta’ kriterji bħall-età mal-qatla jew it-tul tal-perjodu tat-tismin u l-kontenut ta’ ċerti ingredjenti ta’ prodotti tal-ikel.

    (12)

    Meta t-trobbija fil-beraħ hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li tkun ipprovduta indikazzjoni ta’ dan lill-konsumatur fuq it-tikketta biex tkun assigurata l-informazzjoni kollha dwar il-karatteristiċi tal-prodott.

    (13)

    Huwa xieraq li Kummissjoni teżerċita kontroll permanenti tal-kompatibbiltà ta’ kull miżura nazzjonali adottata b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti mad-dritt Komunitarju, inklużi l-istandards tat-tqegħid fis-suq. Għandu jkun hemm dispożizzjoni partikolari wkoll għar-reġistrazzjoni u l-ispezzjoni regolari ta’ impriżi awtorizzati jużaw termini li jsemmu tipi partikolari ta’ biedja. Dawn l-impriżi għandhom ikunu għalhekk obbligati jżommu reġistri regolari u dettaljati għal dan il-għan.

    (14)

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jridu jkunu fil-pożizzjoni li jiddelegaw ir-responsabbiltà ta’ din l-ispezzjoni, filwaqt li titqies in-natura speċifika tagħha, lil entitajiet indipendenti kkwalifikati u approvati kif xieraq, bla ħsara għas-sorveljanza u l-prekawzjonijiet xierqa.

    (15)

    L-operaturi tal-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jitolbu li jużaw id-diċituri fakultattivi dwar il-metodi tat-tkessiħ u l-modi tat-trobbija. Jeħtieġ issir dispożizzjoni għalihom sabiex jagħmlu dan, soġġett għal ċertifikazzjoni xierqa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz interessat, u li jidher fuq lista stabbilita mill-Kummissjoni.

    (16)

    Fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni ekonomika u teknoloġika, kemm fil-livell tal-preparazzjoni tat-tjur kif ukoll fil-livell tal-kontrolli, u minħabba l-fatt li l-kontenut ta’ l-ilma huwa ta’ interess partikolari fil-bejgħ ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr, għandu jiġi ffissat il-kontenut massimu ta’ l-ilma tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u għandha tiġi ddefinita sistema ta’ monitoraġġ sew fil-biċċeriji sew fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni mingħajr ma jinkiser il-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti f’suq uniku.

    (17)

    L-assorbiment ta’ l-ilma fl-istabbiliment tal-produzzjoni għandu jiġi vverifikat u għandhom jiġu stabbiliti metodi ta’ min joqgħod fuqhom għall-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma miżjud waqt il-preparazzjoni tal-karkassi ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr mingħajr ma tkun magħmula distinzjoni bejn il-likwidu fiżjoloġiku u ilma ieħor li joriġina fil-preparazzjoni tat-tjur minħabba l-fatt li distinzjoni bħal din tiltaqa’ ma’ diffikultajiet prattiċi.

    (18)

    It-tqegħid fis-suq ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr li ma jikkonformax mingħajr indikazzjoni xierqa fuq il-pakkett għandu jkun ipprojbit. Bħala riżultat, huwa neċessarju li jiġu adottati regoli prattiċi fejn għandhom x’jaqsmu l-indikazzjonijiet li għandhom jiġu mmarkati fuq pakketti individwali u lottijiet skond id-destinazzjoni tagħhom sabiex il-kontrolli jiġu ffaċilitati u sabiex ikun żgurat li ma jiġux użati għal ħaġa oħra għajr għall-iskop maħsub tagħhom.

    (19)

    Jeħtieġ li tiġi stabbilita l-azzjoni li għandha tittieħed jekk kontroll juri irregolarità f’kunsinna, fejn il-prodotti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ tiġi stabbilita proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwimiet li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-kunsinni intra-Komunitarji.

    (20)

    F’każ ta’ tilwima, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tieħu azzjoni fuq il-post u billi tadotta miżuri xierqa għas-sitwazzjoni.

    (21)

    L-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ l-ilma tippresupponi l-ħatra ta’ laboratorji nazzjonali u Komunitarji ta’ referenza.

    (22)

    Għandha tingħata assistenza finanzjarja mill-Komunità.

    (23)

    Għandu jiġi konkluż kuntratt bejn il-Komunità Ekonomika u l-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas ta’ l-għajnuna finanzjarja.

    (24)

    Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jadottaw metodi prattiċi għall-kontroll tal-kontenut ta’ ilma ta’ tjur iffriżat u ffriżat malajr. Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak ir-Regolament, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b’dan.

    (25)

    Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Il-prodotti msemmija f’Artikolu 121(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma definiti kif ġej:

    (1)  Karkassi tat-tjur

    (a) SRIEDAK U TIĠIEĠ (Gallus domesticus)

     tiġieġ (għat-tismin): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),

     sriedak, qroqq (għat-togħlija): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata),

     ħasjien: tjur irġiel imsewwija b'mod kirurġiku qabel ma jilħqu l-maturità sesswali u maqtula ta' età minima ta’ 140 jum; wara li jiġi msewwi, il-ħasi għandu jissemmen għal talanqas 77 jum,

      poussins, coquelets: tiġieġ ta’ inqas minn 650g piż tal-karkassa (espress mingħajr l-intern, ir-ras u s-saqajn); it-tiġieġ ta’ bejn 650g u 750g jista’ jitqies “poussin” jekk l-età tal-qatla ma tkunx taqbez it-28 jum. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 12 għall-verifika ta’ din l-età tal-qatla,

     serduk ta’ età żgħira: minn razza li tbid, bil-ponta ta’ l-isternu riġida mingħajr ma tkun għal kollox ossifikata u li l-età tal-qatla hija talanqas 90 jum;

    (b) DUNDJANI (Meleagris gallopavo dom.)

     dundjani nisa u rġiel (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),

     dundjani (għat-togħlija): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata);

    (c) PAPRI (Anas platyrhynchos dom., cairina muschata), canards mulards (cairina muschata x Anas platyrhynchos)

     papri (jew ta’ età żgħira); papri (jew ta’ età żgħira) Muscovy; papri (jew ta’ età żgħira) Mulard: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),

     papri, papri Muscovy, papri Mulard: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata),

    (d) WIŻŻ (Anser anser dom.)

     wiżż nisa u rġiel (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata); is-saff ta’ xaħam madwar il-karkass ikun irqiq jew mhux oħxon wisq. ix-xaħam tal-wiżża ta’ età żgħira jista’ jkollu lewn karatteristiku ta’ dieta speċjali,

     wiżż, tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata), jkollu preżenti saff ta’ xaħam minn moderat għal oħxon madwar il-karkassa kollha;

    (e) FARGĦUNI (Numida meleagris domesticus)

     fargħuni (ta’ età żgħira): tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu flessibbli (mhux ossifikata),

     fargħuni: tjur li jkollu l-ponta ta’ l-isternu riġida (ossifikata).

    Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, varjanti tat-termini użati fil-punti a) sa e) li għandhom x’jaqsmu mas-sess għandhom jinftehmu bħala ekwivalenti għal dawn it-termini.

    (2)  Biċċiet tat-tjur

    (a) nofs: nofs karkassa, bi qtugħ mit-tul f’linja tul l-isternu u s-sinsla;

    (b) kwart: kwarti ta’ wara jew ta’ quddiem (sidra jew saqajn), b’qatgħa trasversali ta’ nofs;

    (c) kwarti tas-sieq mhux mifrudin: iż-żewġ kwarti tas-sieq magħquda ma’ parti mid-daħar, bi jew mingħajr it-taħrika;

    (d) sidra: l-isternu u l-kustilji, jew parti minnhom, mqassma fuq iż-żewġ naħat tagħhom, flimkien mal-muskolatura ta’ madwarhom. Is-sidra tista’ tiġi ppreżentata bħala sħiħa jew maqsuma fi tnejn;

    (e) sieq: il-wirk, il-qasba u l-fibula bil-muskolatura ta’ madwarhom. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;

    (f) sieq tat-tiġieġa b’biċċa mid-daħar imqabbda magħha: il-piż tad-dahar ma jaqbiżx 25 % ta’ dak tal-qatgħa sħiħa;

    (g) koxxa (il-parti ta’ fuq tas-sieq): il-wirk bil-muskolatura ta’ madwaru. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;

    (h) il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick): il-qasba u l-fibula bil-muskolatura ta’ madwarhom. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;

    (i) ġewnaħ: l-omeru, ir-radjus u l-kubitus, bil-muskolatura ta’ madwarhom. Fil-każ tal-ġwienaħ tad-dundjani, l-omeru, ir-radjus u l-kubitus jistgħu jiġu ppreżentati separatament, bil-muskolatura ta’ madwarhom. Il-ponta, inkluż l-għadam karpali, jista’ jkun tħeħħa jew ma tneħħiex. Il-qtugħ għandu jsir mill-ġogi;

    (j) ġwienaħ mhux mifruda: iż-żewġ ġwienaħ magħquda minn biċċa tad-daħar, il-piż ta’ dan ta’ l-aħħar ma għandux ikun iżjed minn 45 % tal-qatgħa;

    (k) flettt tas-sider tad-dundjan, mingħajr ġilda; is-sidra kollha jew nofsha dissussata, jiġifieri mingħajr sternu jew kustilji. Fil-każ tas-sidra tad-dundjan, il-flett tad-dundjan jista’ jinkludi biss il-muskolu pettorali ta’ taħt;

    (l) flett tas-sidra bil-klavikula: il-flett tas-sidra bla ġilda u bil-klavikula:u l-ponta qarquċija ta’ l-isternu biss, il-piż tal-klavikula u tal-qarquċa ma jaqbiżx 3 % ta’ dik il-qatgħa;

    (m) magret, maigret: flett tas-sidra tal-wiżż u tal-papri tal-punt 3), inklużi l-ġilda u x-xaħam ta’ taħt il-ġilda li jgħatti l-muskolu tas-sidra, mingħajr il-muskolu pettorali ta’ taħt;

    (n) laħam tas-saqajn tad-dundjan dissussat: koxxa jew il-biċċa t’isfel tal-koxxa (drumstick), jiġifieri mingħajr il-femora, it-tibja jew il-fibula, sħaħ, mqatta’ jew maqtugħin fi strixxi.

    Għall-prodotti elenkati taħt e), g) u h) il-kliem “il-qatgħat għandhom isiru mill-ġogi” għandhom ifissru qatgħat magħmulin bejn iż-żewġ linji ta’ delimitazzjoni tal-ġogi kif muri fil-preżentazzjoni grafika fl-Anness II.

    Prodotti elenkati taħt (d) sa (k) jistgħu jiġu ppreżentati bil-ġilda jew mingħajrha. In-nuqqas ta’ ġilda fil-każ ta’ prodotti elenkati taħt d) sa (j) jew il-preżenza tal-ġilda fil-każ tal-prodott elenkat taħt k) għandhom jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

    (3)  Foie gras

    Il-fwied tal-wiżż jew ta’ papri ta’ l-ispeċi Cairina muschata jew Cairina muschata x Anas platyrachos li ġew mitmugħin b’tali mod biex jipproduċu ipertrofija ċellulari epatika grassa.

    It-tjur li minnhom jitneħħa fwied bħal dan għandhom jinfasdu għal kollox. Il-fwied għandu jkun ta’ lewn uniformi.

    Il-fwied għandu jkollu l-piż li ġej:

     il-fwied tal-papri għandu jiżen talanqas 300g netti,

     il-fwied tal-wiżż għandu jiżen talanqas 400 g netti.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) “karkassa” tfisser: il-karkassa sħiħa tat-tajra ta’ l-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) wara t-tneħħija tad-demm, tar-rix u ta’ l-imsaren; madankollu, it-tneħħija tal-kliewi hija fakultattiva; karkassa mnaddfa mill-imsaren tista’ tkun ippreżentata għall-bejgħ bil-gewwieni jew mingħajru, jiġifieri l-qalb, il-fwied, il-qanżħa u l-għonq, imdeffsa fil-ħofra addominali;

    (b) “biċċiet ta’ karkassi” tfisser laħam tat-tjur li minħabba d-daqs u l-karatteristiċi tat-tessut muskolari jkun jista’ jingħaraf bħala li nkiseb minn parti partikolari tal-karkassa;

    (c) “laħam tat-tjur ippakkjat bil-lest” tfisser: laħam tat-tjur ippreżentat skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE;

    (d) “laħam tat-tjur mhux ippakkjat bil-lest” tfisser laħam tat-tjur ippreżentat għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ma jkun ippakkjat bil-lest jew inkella ppakkjat fil-post tal-bejgħ fuq talba tax-xerrej;

    (e) “tqegħid fis-suq” tfisser iż-żamma jew il-wiri għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ, il-kunsinna jew kwalunkwe forma oħra ta’ tqegħid fis-suq;

    (f) “lott” tfisser il-laħam tat-tjur ta’ l-istess speċi u tip, l-istess klassi, l-istess metodu ta’ produzzjoni, mill-istess biċċerija jew impjant tat-tqattigħ, li jkunu jinsabu fl-istess post, li għandhom jiġu spezzjonati. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 9 u l-Annessi V u VI, lott għandu jikkonsisti biss f’pakketti ppreparati minn qabel ta’ l-istess kategorija ta’ piż nominali.

    Artikolu 3

    1.  Sabiex jitqegħdu fis-suq skond dan ir-Regolament, il-karkassi tat-tjur għandhom jiġu ppreżentati għall-bejgħ f’waħda mill-forom li ġejjin:

     l-intern parzjalment imneħħi (“effilé,”“roped”),

     bl-intern,

     mingħajr intern.

    It-terminu “mnaddfa minn ġewwa” jista’ jiġi miżjud.

    2.  Karkassi li l-intern tagħhom huwa mneħħi parzjalment huma karkassi li minnhom il-qalb, il-fwied, il-pulmun, il-qanżħa, il-ħawsla, u l-kliewi ma tneħħewx.

    3.  Għall-preżentazzjonijiet kollha tal-karkassi, jekk ir-ras ma titneħħiex, it-trakea, l-esofagu u l-ħawsla jistgħu jibqgħu fil-karkassa.

    4.  L-intern għandu jinkludi biss l-organi li ġejjin.

    Il-qalb, l-għonq, il-qanżħa u l-fwied, u l-partijiet kollha l-oħra meqjusa bħala tajbin għall-ikel mis-suq li fih il-prodott huwa maħsub għall-konsum aħħari. Il-fwied għandu jkun mingħajr il-bużżieqa tal-marrara, u l-qanżħa trid tkun mingħajr ir-rita l-ħarxa u bil-kontenut ta’ ġo fiha mneħħi. Il-qalb tista’ tkun bil-borża perikardjali jew mingħajrha. Jekk l-għonq jibqa’ magħqud mal-karkassa, ma jitqiesx bħala intern.

    Meta wieħed minn dawn l-erba’ organi ma jkunx inkluż bħas-soltu mal-karkassa għall-bejgħ, in-nuqqas tiegħu għandu jkun jidher fuq it-tikketta.

    5.  Minbarra l-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skond id-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjonijiet ulterjuri li ġejjin għandhom jintwerew fid-dokumenti kummerċjali anċillari fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1)(b) ta’ dik id-Direttiva:

    (a) il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

    (b) l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin.

    Artikolu 4

    1.  L-ismijiet li bihom jinbigħu il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 3(1)(1) tad-Direttiva 2000/13/KE, għandhom ikunu dawk numerati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-anness I, kwalifikat fil-każ ta’:

     karkassi sħaħ, b’referenza għal waħda mill-forom ta’ preżentazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(1),

     qatgħat ta’ tjur, b’referenza għall-ispeċijiet rispettivi.

    2.  L-ismijiet definiti fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu supplementati b’termini oħra sakemm dawn tal-aħħar ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali u b’mod partikolari ma jwasslux għal tfixkil ma’ prodotti oħra elenkati fl-Artikolu 1(1) u (2) jew ma’ indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.

    Artikolu 5

    1.  Prodotti għajr dawk definiti f’Artikolu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità biss b’ismijiet li ma jfixklux lill-konsumatur sa grad materjali li jippermettu tfixkil ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 1 jew b’indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11.

    2.  Minbarra l-konformità mal-liġijiet nazzjonali addottati skond id-Direttiva 2000/13/KE, it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-laħam tat-tjur maħsub għall-konsumatur aħħari għandhom isegwu r-rekwiżiti addizjonali stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 7(2).

    3.  Fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, id-data tad-durabbiltà minima għandha tinbidel bid-data “uża sa” bi qbil mc l-Artikolu 9a(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.

    4.  Fil-każ tal-laħam tat-tjur ippakkjat minn qabel, id-dettalji li ġejjin iridu jidhru wkoll fuq l-imballaġġ minn qabel jew fuq tikketta bħal ta’ din ta’ l-aħħar:

    (a) il-kategorija msemmija fl-Anness XIV, parti B, punt III 1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

    (b) fil-każ ta’ laħam tat-tjur frisk, il-prezz totali u l-prezz skond il-piż fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut;

    (c) l-istat li fih il-laħam tat-tjur jitqiegħed fis-suq, skond l-Anness XIV, parti B, punt III 2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u t-temperatura tal-ħżin rakkomandata.

    (d) in-numru ta’ approvazzjoni tal-biċċerija jew tal-post tat-tqattigħ maħruġ skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), għajr fil-każ fejn it-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond l-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament imsemmi;

    (e) fil-każ ta’ laħam tat-tjur impurtat minn pajjiżi terzi, indikazzjoni tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

    5.  Fil-każ tal-laħam tat-tjur mibjugħ mhux ippakkjat bil-lest, għajr meta t-tqattigħ u d-dissussar iseħħu fil-punt tal-bejgħ skond kif provdut mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, sakemm it-tqattigħ u d-dissussar isiru fuq talba tal-konsumtur u quddiemu, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/13/KE huwa applikabbli għall-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

    6.  B’deroga mill-Artikolu 3, paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, mhuwiex meħtieġ li l-laħam tat-tjur jiġi kklassifikat jew li jkunu indikati d-diċituri supplimentari msemmija fl-Artikoli msemmijin fil-każ ta’ kunsinni lill-impjanti tat-tqattigħ jew ta’ l-ipproċessar.

    Artikolu 6

    Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal laħam tat-tjur iffriżat kif imfisser fl-Anness XIV, parti B, punt II 3), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    It-temperatura tal-laħam tat-tjur iffriżat imsemmija minn dan ir-Regolament għandha tkun stabbli u miżmuma, fil-punti kollha fil-prodott, għal massimu ta’ xi fluttwazzjonijiet 'il fuq ta’ mhux iżjed minn 3 °C. Dawn it-tolleranzi fit-temperatura tal-prodott għandhom jitħallew skond prassi tajba tal-ħżin u t-tqassim u fit-tagħmir tal-wiri għall-bejgħ bl-imnut.

    Artikolu 7

    1.  Il-karkassi tat-tjur u qatgħat koperti minn dan ir-Regolament għandhom, sabiex jiddaħħlu fil-klassi A jew il-klassi B, jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    (a) intatti, meta titqies il-preżentazzjoni;

    (b) nodfa, ħielsa minn kull materja barranija li tidher, ħmieġ jew demm;

    (c) bla ebda riħa barranija;

    (d) bla tbajja' tad-demm li jidhru għajr dawk li huma żgħar u ma jagħtux fil-għajn;

    (e) bla għadam miksur imqabbeż ‘il barra;

    (f) bla tbenġil serju.

    Fil-każ ta’ tjur frisk, ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ffriżar minn qabel.

    2.  Sabiex jiġu kklassifikati bħala ta’ Klassi A, karkassi ta’ tjur u qatgħat għandhom barra minn hekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

    (a) huma għandhom ikunu ta’ konformazzjoni tajba. Il-laħam irid ikun impaħpaħ, is-sidra żviluppata sew, wiesgħa, twila u ħoxna, u l-koxox iridu jkunu ħoxnin. Fuq tiġieġ, papri żgħar jew papri ta’ età żgħira u dundjani għandu jkun hemm saff irqiq u regolari ta’ xaħam fuq is-sidra, id-dahar u l-koxox. Fuq sriedak, tiġieġ, papri u wiżż żgħir, saff iktar oħxon ta’ xaħam huwa permess. Fuq il-wiżż għandu jkun preżenti saff ta’ xaħam minn moderat għal oħxon fuq il-karkassi kollha,

    (b) jista’ jkun hemm xi ftit rix żgħir, pezzijiet (ponot tar-rix) u xagħar (filopjumi) fuq is-sidra, is-saqajn, id-dahar, il-ġogi tas-sieq u l-ponot tal-ġwienaħ. Fil-każ ta’ tjur, papri, dundjani u wiżż tat-togħlija jista’ jkun preżenti wkoll xi ftit fuq partijiet oħra,

    (c) xi ftit ħsara, tbenġil u tidnis tal-kulur huma permessi sakemm ikunu żgħar u ma jagħtux fil-għajn, u mhumiex preżenti fuq is-sidra jew saqajn. Il-ponta tal-ġewnaħ tista’ tkun nieqsa. Ħmura żgħira ħafna hija permessibbli fil-ponot tal-ġwienaħ u l-follikoli,

    (d) fil-każ ta’ tjur iffriżati jew iffriżati ta’ malajr ma għandu jkun hemm ebda traċċa ta’ ħruq mill-iffriżar ( 7 ) għajr dawk li huma inċidentali, żgħar u ma jagħtux fil-għajn u mhux preżenti fuq is-sidra jew saqajn.

    Artikolu 8

    1.  Deċiżjonijiet li ġejjin minn nuqqas ta’ konformità ma’ Artikoli 1 u 3 jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie kontrollat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan Artikolu.

    2.  Kampjun li huwa magħmul mill-kwantitajiet li ġejjin ta’ prodotti differenti definiti fl-Artikolu 1 għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat fil-biċċerija, impjanti ta’ qtugħ, imħażen tal-ingrossa jew tal-imnut jew f’kull stadju ieħor tat-tqegħid fis-suq jew fil-każ ta’ importazzjonijiet minn terzi pajjiżi, fiż-żmien meta jinħarġu mid-dwana.



    Daqs tal-lott

    Daqs tal-kampjun

    Għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi

    Total

    għall-Artikolu 1, punti 1) (1) u 3), u l-Artikolu 7, paragrafu 1

    1

    2

    3

    4

    100 sa 500

    30

    5

    2

    501 sa 3 200

    50

    7

    3

    > 3 200

    80

    10

    4

    (1)   Tolleranza għal kull speċi, u mhux minn speċi għall-oħra

    3.  Fil-kontroll ta’ lott tal-laħam tat-tjur ta’ klassi A, tapplika t-tolleranza totali ta’ unitajiet mhux konformi msemmija fil-kolonna 3 tat-tabella tal-paragrafu 2. Dawn l-unitajiet mhux konformi jistgħu wkoll jinkludu, meta jkun hemm flett ta’ sidra, il-fletti li fihom sa massimu ta’ 2 % ta’ qarquċa (il-ponta flessibbli ta’ l-isternu).

    Madankollu, l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 3 ta’ l-Artikolu 1 kif ukoll ta’ l-Artikolu 7(1) ma għandux jaqbeż iċ-ċifri murija fil-kolonna 4 tat-tabella fil-paragrafu 2.

    Fejn għandu x’jaqsam il-punt 3 ta’ l-Artikolu 1, kwalunkwe unità mhux konformi ma għandhiex tiġi kkunsidrata tollerabbl sakemm ma tkunx ta’ piż ta’ talanqas 240 g fil-każ ta’ fwied tal-papri u ta’ talanqas 385 g fil-każ ta’ fwied tal-wiżż.

    4.  Meta jiġi kkontrollat lott ta’ laħam tat-tjur tal-klassi B, l-għadd tollerat ta’ unitajiet mhux konformi jirdoppja.

    5.  Fejn il-lott ikkontrollat ma jitqiesx li jkun konformi, l-aġenzija ta’ sorveljanza għandha tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, sakemm tingħata prova li jkun ġie magħmul konformi ma’ Artikoli 1 sa 7.

    Artikolu 9

    1.  Laħam tat-tjur li huwa ppakkjat minn qabel u ffriżat jew iffriżat malajr skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/211/KE, jista’ jiġi kklassifikat skond il-kategorija tal-piż bi qbil ma’ l-Anness XIV, parti B, punt III 3) tar-Regolament (KE) 1234/2007. L-ippakkjar minn qabel jista’ jkun:

     imballaġġ minn qabel li jkun fih karkassa ta’ tajra, jew

     imballaġġ minn qabel li jesa’ qatgħa waħda jew ħafna qatgħat ta’ tjur ta’ l-istess tip u speċi, kif imfisser fl-Artikolu 1.

    2.  Il-pakketti ppreparati minn qabel kollha għandhom bi qbil mal-paragrafi 3 u 4 juru indikazzjoni tal-piż tal-prodott magħruf bħala “piż nominali” li huma meħtieġa li jkollhom.

    3.  Imballaġġ minn qabel ta’ tjur iffriżat jew iffriżat malajr jista’ jkun ikklassifikat skond il-kategoriji ta’ piż nominali kif ġej:

    (a) karkassi;

     < 1 100 gramma: klassijiet ta’ 50 gramma (1 050 - 1 000 - 950 eċċ.),

     1 100 - < 2 400 gramma: klassijiet ta’ 100 gramma (1 100 - 1 200 - 1 300 eċċ.),

     < 2 400 gramma: klassijiet ta’ 200 g (2 400 - 2 600 - 2 800 eċċ.);

    (b) biċċiet:

     < 1 100 gramma: klassijiet ta’ 50 gramma (1 050 - 1 000 - 950, eċċ.),

     ≥ 1 100 gramma: klassijiet ta’ 100 gramma (1 100 - 1 200 - 1 300 eċċ.).

    4.  L-imballaġġ minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir b’tali mod li jissodisfa ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a) il-kontenut effettiv ma għandux ikun inqas, bħala medja, mill-piż nominali,

    (b) il-proporzjon ta’ l-imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv akbar mill-iżball negattiv aċċettat u stabbilit fil-paragrafu 9 għandu jkun żgħir biżżejjed li lottijiet ta’ l-imballaġġ minn qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 10,

    (c) l-ebda imballaġġ minn qabel li jkollu żball negattiv ikbar mid-doppju ta’ l-iżball negattiv aċċettat imsemmi fil-paragrafu 9 ma għandu jitqiegħed fis-suq.

    It-tifsir ta’ piż nominali, kontenut proprju u żball negattiv stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE għandu jgħodd għal dan ir-Regolament.

    5.  Rigward ir-responsabbiltà ta’ min jippakkja jew jimporta laħam tat-tjur iffriżat jew iffriżat malajr u l-kontrolli li għandhom isiru mill-awtorijajiet kompetenti, punti 4, 5 u 6 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE japplikaw mutatis mutandis.

    6.  Il-kontrolli ta’ l-imballaġġ minn qabel għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u għandhom jinqasmu f’żewġ partijiet:

     kontroll li jkopri l-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel tal-kampjun,

     kontroll tal-medja tal-kontenut proprju ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-kampjun.

    Lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jiġi kkunsidrat aċċettabli jekk ir-riżultati taż-żewġ kontrolli jissodisfaw il-kriterji ta’ aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafi 10 u 11.

    7.  Lott għandu jkun magħmul mill-imballaġġi minn qabel ta’ l-istess piż nominali, kollha ta’ l-istess tip u ta’ l-istess produzzjoni, ippakkjati fl-istess post, li jrid jiġi spezzjonat.

    Id-daqs tal-lott għandu jkun limitat għall-kwantitajiet imsemmija hawn taħt:

     meta l-imballaġġ minn qabel jiġi kkontrollat fl-aħħar ta’ l-ippakkjar, in-numru f'kull lott għandu jkun ugwali għall-produzzjoni massima kull siegħa tal-linja ta’ l-ippakkjar, mingħajr ebda restrizzjoni fuq id-daqs tal-lott,

     f'każijiet oħra d-daqs tal-lott għandu jkun limitat għal 10 000.

    8.  Kampjun li jkun magħmul min-numri ta’ imballaġġi minn qabel li ġejjin għandu jittieħed b’mod aleatorju minn kull lott li għandu jiġi spezzjonat:



    Daqs tal-lott

    Daqs tal-kampjun

    100-500

    30

    501-3 200

    50

    > 3 200

    80

    Għal kunsinni iżgħar minn 100 imballaġġ minn qabel, it-test mhux distruttiv, kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE, fejn użat, għandu jkun 100 %.

    9.  Fil-każ ta’ qatgħat ta’ tjur ippreparati minn qabel, japplikaw l-iżbalji tolerabbli u negattivi li ġejjin:

    ▼M1



    (fi grammi)

    Piż nominali

    Żball negattiv massimu tollerat

    Karkassi

    Qatgħat

    anqas minn 1 100

    25

    25

    1 100 – < 2 400

    50

    50

    2 400 u aktar

    100

    50

    ▼B

    10.  Għall-kontrolli tal-kontenut proprju ta’ kull imballaġġ minn qabel fil-kampjun, l-inqas kontenut aċċettat għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqas l-iżball negattiv aċċettat għall-kontenut ikkonċernat mill-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel.

    L-imballaġġ minn qabel fil-kampjun li l-kontenut proprju tiegħu huwa inqas mill-kontenut minimu aċċettat għandu jitqies difettuż.

    Il-lott ta’ imballaġġ minn qabel ikkontrollat għandu jitqies aċċettabbli jekk in-numru ta’ unitajiet difettużi mhux konformi misjuba fil-kampjun ikun inqas minn jew daqs il-kriterju ta’ aċċettazzjoni fit-tabella t'hawn taħt; jiġi rrifjutat jekk l-għadd ta’ l-unitajiet mhux konformi jkun daqs jew aktar mill-kriterju tar-rifjut.



    Daqs tal-kampjun

    Numru ta’ kampjuni mhux konformi

    In-numru ta' aċċettazzjoni

    In-numru tar-rifjut

    30

    2

    3

    50

    3

    4

    80

    5

    6

    11.  Għall-kontroll tal-medja tal-kontenut proprju, lott ta’ imballaġġ minn qabel għandu jitqies aċċettabbli, jekk il-medja tal-kontenut proprju li jifforma l-kampjun huwa ikbar mill-kriterju ta’ aċċettazzjoni msemmi hawn taħt:



    Daqs tal-kampjun

    Kriterju ta’ aċċettazzjoni għall-kontenut effettiv medju

    30

    x— ≥ Qn – 0,503 s

    50

    x— ≥ Qn – 0,379 s

    80

    x— ≥ Qn – 0,295 s

    x

    =

    kontenut effettiv medju ta’ l-imballaġġ minn qabel.

    Qn

    =

    piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel

    s

    =

    devjazzjoni standard tal-kontenuti attwali ta’ l-imballaġġ minn qabel tal-lott.

    Id-devjazzjoni normali għandha tiġi kkalkulata kif stabbilit mill-punt 2.3.2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 76/211/KEE.

    12.  Sakemm id-Direttiva 80/181/KEE tal-Kunsill ( 8 ) tawtorizza l-użu ta’ indikaturi supplimentari, l-indikazzjoni tal-piż nominali ta’ l-imballaġġ minn qabel li japplika għalihom dan l-Artikolu tista’ tigi akkumpanjata minn indikaturi supplimentari.

    13.  Fil-każ tal-laħam tat-tjur li jidħol fir-Renju Unit mill-Istati Membri l-oħra, għandhom isiru kontrolli b'mod aleatorju u ma għandhomx isiru mal-fruntiera.

    Artikolu 10

    Indikazzjoni ta’ l-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ imfisser hawnhekk iżjed 'il quddiem u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness III jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE:

     tkessiħ bl-arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa.

     tkessiħ b’raxx ta’ arja: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur bl-arja kiesħa u raxx fin ta’ l-ilma.

     tkessiħ b’immersjoni: tkessiħ ta’ karkassi tat-tjur f’tankijiet ta’ l-ilma jew silġ u ilma, skond il-proċedura tal-kontrokurrent.

    Artikolu 11

    1.  Sabiex jiġu indikati t-tipi ta’ trobbija, għajr dawk organiċi jew bijoloġiċi, huma biss it-termini msemmija hawn taħt u t-termini li jikkorrispondu fl-ilsna l-oħra tal-Komunità elenkati fl-Anness IV li jistgħu jidhru fuq it-tikketta fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE (barra minn hekk, ma jistgħux jidhru jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ l-Anness V ta’ dan ir-Regolament):

    (a) “mitmugħa bi … % ta’ …”;

    (b) “imrobbija ġewwa — sistema estensiva”;

    (c) “trobbija fil-beraħ (free range)”;

    (d) “trobbija fil-beraħ tradizzjonali”;

    (e) “trobbija fil-beraħ - libertà totali”.

    Dawn it-termini jistgħu jiġu ssupplementati b’indikazzjonijiet li jsemmu l-karatteristiċi partikolari tat-tipi rispettivi ta’ trobbija.

    Meta t-trobbija fil-beraħ (punti c), d) u e)) hija indikata fuq it-tikketta għal-laħam ġej minn papri u wiżż miżmuma għall-produzzjoni tal-“foie gras”, jeħtieġ ukoll li jiġi indikat it-terminu “mill-produzzjoni tal-foie gras”.

    2.  L-indikazzjoni ta’ l-età tal-qtil jew tat-tul tal-perjodu tat-tismin għandha tkun permessa biss meta jsir użu minn wieħed mit-termini msemmija fil-paragrafu 1 u għal età ta’ mhux anqas minn dik murija fl-Anness IV (b), (ċ) jew (d). Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta’ annimali li jaqgħu fi ħdan ir-raba’ inċiż tal-punt 1 (a) ta’ l-Artikolu 1.

    3.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw bla ħsara għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru 'l hinn mill-ħtiġijiet minimi msemmija fl-Anness V u għandhom japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru kkonċernat, sakemm huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u huma konformi ma’ l-istandards komuni ta’ tqegħid fis-suq għal-laħam tat-tjur.

    4.  Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

    5.  F'kull ħin u fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jistmaw il-kompatibbiltà tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu mal-liġijiet Komunitarji u l-konformità tagħhom ma’ l-istandards komuni tat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur.

    Artikolu 12

    1.  Biċċeriji awtorizzati sabiex jużaw it-termini msemmija f’Artikolu 11 għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni speċjali. Huma għandhom iżommu rekord separat, skond it-tip ta’ trobbija:

    (a) ta’ l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi ta’ dawk it-tjur, li għandhom jiġu rreġistrati wara spezzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru;

    (b) fuq talba ta’ din l-awtorità, l-għadd tat-tjur miżmuma minn kull produttur għal kull turnround;

    (c) l-għadd u l-piż totali ħaj jew tal-karkassi ta’ dawn it-tjur imwassla u pproċessati;

    (d) i-dettalji tal-bejgħ, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja, għal minimu ta’ sitt xhur wara l-ispezzjoni.

    2.  Il-produtturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom sussegwentement jiġu spezzjonati regolarment. Għandhom iżommu rekords aġġornati, għal minimu ta’ sitt xhur wara t-twassil, ta’ l-għadd tat-tjur skond it-tip ta’ trobbija, filwaqt li juru wkoll l-għadd ta’ tjur mibjugħ, l-isem u l-indirizzi tax-xerrejja, u l-kwantitajiet u s-sors tal-provvista ta’ l-għalf.

    Barra minn dan, produtturi li jużaw sistemi tat-trobbija fil-beraħ għandhom ukoll iżommu rekords tad-data meta t-tjur ingħataw l-ewwel aċċess biex jimirħu.

    3.  Il-manifatturi u l-fornituri ta’ l-għalf għandhom iżommu rekords għal ta’ lanqas sitt xhur wara t-twassil li juru li l-kompożizzjoni ta’ l-għalf ipprovdut mill-produtturi għat-tip ta’ trobbija msemmi fl-Artikolu 11(1)(a) jikkonforma ma’ l-indikazzjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ l-għalf.

    4.  L-imqafas għandhom iżommu rekords tat-tjur tar-razez rikonoxxuti bħala li jikbru bil-mod ipprovduti lill-produtturi għat-tipi ta’ trobbija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e) għal talanqas sitt xhur wara l-ispezzjoni.

    5.  Għandhom isiru spezzjonijiet regolari fir-rigward tal-konformità ma’ Artikoli 11 u l-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu:

    (a) fil-farm: talanqas darba kull turnround,

    (b) għand il-manifattur u l-fornitur ta’ l-għalf: talanqas darba fis-sena,

    (c) fil-biċċerja: talanqas erba’ darbiet fis-sena,

    (d) fil-maqfas: talanqas darba fis-sena għall-modi ta’ trobbija msemmija fl-Artikolu 11(1)(d) u (e).

    6.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’lista tal-biċċeriji approvati irreġistrati skond il-paragrafu 1, li turi l-isem u l-indirizz tagħhom u n-numru mogħti lil kull waħda minnhom. Kull tibdil f’dik il-lista għandu jiġi ikkomunikat fil-bidu ta’ kull kwart tas-sena kalendarja lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 13

    Fil-każ ta’ sorveljanza ta’ l-indikazzjoni tat-tip ta’ trobbija użata kif imsemmi f’Artikolu 121(e)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-korpi nominati mill-Istati Membri għandhom iħarsu l-kriterji stabbiliti min-Norma Ewropea Nru En/45011 tas-26 ta’ Ġunju 1989, u b’hekk għandhom jiġu liċenzjati u sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat.

    Artikolu 14

    Laħam tat-tjur importat minn terzi pajjiżi jista’ juri indikazzjoni waħda jew aktar mhux obbligatorja li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikoli 10 jew 11 jekk ikun akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajiż ta’ oriġini li jiċċertifika l-konformità tal-prodotti in kwistjoni mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ dan ir-Regolament.

    Fuq talba minn pajjiż terz lill-Kummissjoni, għandha tiġi stabbilita lista ta’ awtoritajiet tali mill-Kummissjoni.

    Artikolu 15

    1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(5) u ta’ l-Artikolu 17(3), it-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, jista’ jitqiegħed fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VI (metodu tat-tqattir) jew dak ta’ l-Anness VIIa (metodu kimiku).

    2.  L-awtoritajiet kompetenti maħtura minn kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-biċċeriji jadottaw il-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1 u b’mod partikolari li:

     jittieħdu kampjuni għall-osservazzjoni ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma matul it-tkessiħ u l-kontenut ta’ ilma ta’ tiġieġ iffriżati u ffriżati malajr,

     ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena;

     kull lott ikun immarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus li l-marka tal-lott imsemmi trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni.

    Artikolu 16

    1.  Għandhom isiru kontrolli regolari skond l-indikazzjonijiet li jidhru fl-Anness IX fuq l-assorbiment ta’ l-ilma jew kontrolli skond l-Anness V fil-biċċeriji, talanqas darba f’kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat.

    Fejn dawn il-kontrolli juru li l-ammont ta’ ilma assorbit huwa iktar mill-volum totali ta’ ilma permess taħt it-termini tar-Regolament, jingħata kas ta’ l-ilma assorbit mill-karkassi matul il-fażijiet ta’ l-ipproċessar li mhumiex soġġetti għall-kontrolli, u fejn, fi kwalunkwe każ, l-ammont ta’ ilma assorbit huwa akbar mill-istandards imsemmija fil-punt 10 ta’ l-Anness IX, jew il-punt 7 ta’ l-Anness VI, l-aġġustamenti tekniċi neċessarji għas-sistema tal-preparazzjoni għandhom isiru immedjatament mill-biċċerija.

    2.  Fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, u fi kwalunkwe każ, talanqas darba kull xahrejn, il-kontrolli fuq il-kontenut ta’ ilma fuq tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr imsemmija fl-Artikolu 15(1), isiru permezz ta’ kkampjunar, għal kull biċċerija, skond l-indikazzjonijiet ta’ l-Annessi VI jew VII, magħżula mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-karkassi li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.

    3.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom isiru minn jew taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetneti jistgħu, fil-każijiet speċifiċi, jagħmlu aktar riġorużi għal biċċerja partikolari d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, u partikolarment l-indikazzjonijiet ta’ l-Anness IX, punti 1 u 10, u tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta jidher meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kontenut totali ta’ l-ilma permess skond dan ir-Regolament.

    F'kull każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn lott tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr jitqies mhux konformi ma’ dan ir-Regolament, ikomplu jeżaminaw bil-frekwenza minima ta’ kontrolli li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 biss wara li tliet kontrolli suċċessivi skond l-Annessi V jew VII, li għandhom isiru permezz ta’ teħid ta’ kampjuni minn tlitt ijiem differenti ta’ produzzjoni fi żmien massimu ta’ erba’ ġimgħat, ikunu taw riżultati negattivi. L-ispejjeż ta’ dawn il-verifiki għandhom jitħallsu mill-biċċerija kkonċernata.

    4.  Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul il-perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti f'dawn l-Annessi għandhom jirriżultaw fl-applikazzjoni mill-ġdid ta’ verifiki kif imsemmi fil-paragrafu 1.

    5.  Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 2 huwa iżjed mil-limiti ammissibbli, il-lott ikkonċernat għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. F'dak il-każ, madankollu, il-biċċerija kkonċernata tista’ titlob li titwettaq kontro-analiżi f'laboratorju ta’ referenza ta’ Stat Membru, bl-użu ta’ metodu li għandu jintgħażel mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. L-ispejjeż ta’ din il-kontro-analiżi għandhom isiru mid-detentur tal-lott.

    6.  Fejn, jekk ikun hemm bżonn wara kontro-analiżi bħal din, il-lott imsemmi jitqies li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jħallu lott bħal dan jitqiegħed fis-suq kif inhu, fi ħdan il-Komunità, biss taħt il-kundizzjoni li sew l-imballaġġ individwali sew dak bl-ingrossa tal-karakassi kkonċernati jiġi mmarkat mill-biċċerija taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti bi strixxa jew tikketta li jkollha fuqha għallinqas waħda mill-indikazzjonijet elenkati fl-Anness X b’ittri ħomor kbar.

    Il-lott imsmemi fl-ewwel inċiż jibqa’ taħt il-kontroll ta’ l-awtorità kompetenti sakemm jiġi ttrattat konformi għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu prezenti jew jekk ikun hemm dispożizzjonijiet mod ieħor. Jekk jiġi ċċertifikat lill-awtorità kompetenti li l-lott imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi esportat, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex iżżomm il-lott imsemmi milli jitqiegħed fis-suq fi ħdan il-Komunità.

    L-indikazzjonijiet ipprovduti fl-ewwel inċiż ikunu mmarkati f’post li jispikka b’tali mod li jkunu viżibbli faċilment, li jkunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru. Ma għandhomx ikunu moħbija, mgħottija jew imfixkla minn materjal ieħor miktuba jew minn stampi. L-ittri għandhom ikunu għoljin talanqas 1 ċm fuq l-imballaġġ individwali u 2 ċm fuq l-imballaġġ ta’ kwantità.

    Artikolu 17

    1.  L-Istat Membru destinatarju jista’ meta jkunu jeżistu raġunijiet serji biex jiġu ssusspettati irregolaritajiet, iwettaq kontrolli mhux diskriminatorji, bl-ikkampjunar, ta’ tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr, sabiex jivverifika li lott jaqbel mal-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 15 u 16.

    2.  Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu fil-post tad-destinazzjoni tal-prodotti jew f’post ieħor xieraq, dejjem sakemm, fil-każ aħħari, it-trasport tal-prodotti jixxekkel mill-inqas, il-post magħżul ma jkunx qiegħed fuq il-fruntiera, u l-prodotti jkunu jistgħu jaslu b’mod normali fid-destinazzjoni tagħhom darba li jkun ittieħed il-kampjun ix-xieraq. Madankollu l-prodotti kkonċernati ma għandhomx jinbigħu lill-konsumatur aħħari sakemm ir-riżultat tal-kontrolli ma jkunx disponibbli.

    Kontrolli bħal dawn għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr sabiex ma jdewmux bla raġuni t-tqegħid tagħhom fuq is-suq, jew jikkawżaw dewmien li jista’ jħassar il-kwalità tagħhom.

    Ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti u r-raġunijiet għaliex ikunu saru għandhom jiġu nnotifikati mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara li jkunu ttieħdu l-kampjuni lill-kunsinnatur, lid-destinatarju jew lir-rappreżentant tagħhom. Id-deċiżjoniiet meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità komeptenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ.

    Jekk il-kunsinnatur jew ir-rappreżentant tiegħu jitlob hekk, id-deċiżjonijiet u r-raġunijiet imsemmija għandhom jiġu mgħoddija lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u tal-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.

    3.  Jekk ir-riżultat tal-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 jaqbeż il-limiti ammissibbli, id-detentur tal-grupp ikkonċernat jista’ jitlob li kontro-analiżi titwettaq f'wieħed mil-laboratorji ta’ referenza elenkati fl-Anness XI, u jintuża l-istess metodu bħal fl-eżami inizjali. L-ispejjeż li jiġġarrbu minħabba din il-kontro-analiżi jitħallsu mid-detentur tal-lott. Il-kompiti u l-kompetenzi tal-laboratorji ta’ referenza hemm ipprovdut għalihom fl-Anness XII.

    4.  Jekk, wara li jsir kontroll skond id dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 u, jekk ikun mitlub, wara kontro-analiżi, jinstab li t-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tapplika l-proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 16(6).

    5.  Fil-każijiet li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ mingħajr dewmien. L-awtoritajiet ta’ l-aħħar għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel Stat Membru bix-xorta tal-kontrolli mwettqa, id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għal deċiżjonijiet bħal dawn.

    Fejn il-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 3 juru irregolaritajiet ripetuti, jew fejn kontrolli bħal dawn, fl-opinjoni ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ, ikunu qegħdin isiru mingħajr ġustifikazzjoni biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

    Sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament jew fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru destinatarju, u meqjusa n-natura ta’ l-infrazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’:

     tibgħat missjoni ta’ esperti fl-istabbiliment ikkonċernat, u flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, twettaq spezzjonijiet fuq il-post, jew

     titlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ biex jintensifika t-teħid ta’ kampjuni tal-prodotti ta’ l-istabbiliment ikkonċernat u jekk ikun hemm bżonn tapplika sanzjonijiet skond l-Artikolu 194 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    Il-Kummsssjoni għandha tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha. L-Istati Membri li ssir spezzjoni fit-territorji tagħhom għandhom jagħtu lill-esperti l-għajnuna kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

    Sakemm jaslu l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru ta’ dispaċċ għandu, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni, isaħħaħ il-kontrolli fuq prodotti li jkunu ġejjin mill-istabbiliment imsemmi.

    Fejn dawn il-miżuri jittieħdu biex jitrattaw l-irregolaritajiet ripetuti min-naħa ta’ l-istabbiliment, il-Kummissjoni għandha tiddebita kwalunkwe spiża kkawżata mill-applikazzjoni ta’ l-inċiżi tat-tielet subparagrafu lill-istabbiliment involut.

    Artikolu 18

    1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil-laboratorju nazzjonali ta’ referenza rispettiv mingħajr dewmien bir-riżultati tal-kontrolli msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 li huma wettqu jew li twettqu taħt ir-responsabbbiltà tagħhom.

    ▼M2

    Qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għandhom jgħaddu r-riżultati tal-kontrolli msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-formola stabbilita fl-Anness XIIa għal dan ir-Regolament. Ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat ta' Ġestjoni għall-istħarriġ skont l-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    ▼B

    2.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri prattiċi għall-kontrolli li għalihom hemm ipprovdut f'dan l-Artikolu f'kull fażi tat-tqegħid fis-suq, inklużi l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fiż-żmien tar-rilaxx mid-dwana skond l-Annessi VI u VII. Għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Kull tibdil ta’ dawn il-miżuri għandu jiġi kkomunikat minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    Artikolu 19

    Kumitat ta’ esperti fil-monitoraġġ tal-kontenut ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur għandu jaġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għall-ativitajiet tal-kontroll tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u minn laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Il-kompiti tal-kumitat u tal-laboratorji ta’ referenza, kif ukoll l-istruttura organizattiva tal-kumitat huma stabbiliti fl-Anness XII.

    Għajnuna finanzjarja għandha titħallas lil-laboratorju ta’ referenza skond it-termini tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità, u l-laboratorju.

    Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura għandu jkun awtorizzat jiffirma l-kuntratt f'isem il-Kummissjoni.

    Artikolu 20

    1.  Il-qatgħat tat-tjur friski, ffriżati jew iffriżati malajr li ġejjin jistgħu jitqiegħdu fis-suq permezz ta’ negozju jew kummerċ fi ħdan il-Komunità biss jekk il-kontenut ta’ ilma ma jkunx jaqbeż il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati, stabbiliti bil-metodu ta’ analiżi deskritt fl-Anness VIII (metodu kimiku):

    (a) flett tas-sidra tat-tiġieġa, bil-klavikula jew mingħajrha, mingħajr ġilda;

    (b) sidra tat-tiġieġa, bil-ġilda;

    (c) koxox (parti ta’ fuq) tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn/koxox, saqajn/koxox b'porzjon mid-dahar, robbi (kwarti) tas-saqajn, bil-ġilda;

    (d) flett tas-sidra tad-dundjan, mingħajr ġilda;

    (e) sidra tad-dundjan, bil-ġilda;

    (f) koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn, bil-ġilda;

    (g) laħam tas-saqajn tad-dundjan disssusat u mingħajr ġilda.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-biċċeriji u l-impjanti ta’ qtugħ sew jekk parti mill-biċċeriji sew jekk le, jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, u b'mod partikolari li:

    (a) l-kontrolli regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-biċċeriji skond l-Artikolu 16(1) jiġu estiżi wkoll għall-karkassi tat-tiġieġ u d-dundjani maħsuba għall-produzzjoni ta’ qatgħat friski, ffriżati u ffriżati malajr elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu talanqas darba kull perjodu ta’ xogħol ta’ tmien sigħat. Madankollu, fil-każ tat-tkessiħ bl-arja tal-karkassi tad-dundjani, m'għandhomx għalfejn jitwettqu verifiki regolari ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma. Il-valuri tal-limitu stabbiliti fl-Anness IX(10) għandhom japplikaw wkoll għall-karkassi tad-dundjani;

    (b) ir-riżultati tal-kontrolli jiġu rrekordjati u miżmuma għal perjodu ta’ sena;

    (c) kull lott għandu jiġi mmarkat b’tali mod li d-data tal-produzzjoni tiegħu tista’ tiġi identifikata, meqjus illi l-marka tal-lott trid tidher fuq ir-reġistru tal-produzzjoni.

    Fejn, fil-każ ta’ tkessiħ bl-arja tat-tiġieġ, ir-riżultati tal-kontrolli msemmija fil-punt a) u fil-paragrafi 3 juru konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Annessi VI sa IX matul perjodu ta’ sitt xhur, il-frekwenza tal-verifiki msemmija fil-punt a) tista’ titnaqqas għal darba fix-xahar. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji pprovduti fl-Annessi VI sa IX għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki skond il-frekwenza pprovduta fil-punt a).

    3.  Talanqas darba kull tliet xhur, għandhom isiru, permezz ta’ kkampjunar, il-verifiki fuq l-assorbiment ta’ l-ilma tal-qatgħat iffrizati jew iffriżati malajr imsemmija fil-paragrafu 1, għal kull impjant tat-tqattigħ li jipproduċi dawn il-qatgħat, skond l-indikazzjonijiet ipprovduti fl-Anness VIII. Dawn il-kontrolli ma għandhomx isiru għall-qatgħat li għalihom tkun mogħtija prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li huma maħsuba esklussivament għall-esportazzjoni.

    Meta impjant tal-qtugħ josserva l-kriterji msemmija fl-Anness VIII tul perjodu ta’ sena, il-frekwenza tal-kontrolli titnaqqas għal kontrol kull sitt xhur. Kull nuqqas li jitħarsu l-kriterji għandu jirriżulta fl-applikazzjoni mill-ġdid tal-verifiki kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

    4.  L-Artikolu 16, paragrafi 3 sa 6, u l-Artikoli 17 u 18 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-qatgħat tat-tjur li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 21

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1538/91 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.

    Riferenzi għar-Regolament imħassar u għar-Regolament (KEE) Nru 1906/90 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness XIII.

    Artikolu 22

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Ismijiet tal-karkassi sħaħ



     

    bg

    es

    cs

    da

    de

    et

    el

    en

    fr

    it

    lv

    1.

    Пиле, бройлер

    Pollo (de carne)

    Kuře, brojler

    Kylling, slagtekylling

    Hähnchen

    Masthuhn

    Tibud, broiler

    Κοτόπουλο

    Πετετνοί και κότες (κρεατοπαραγωγής)

    Chicken, broiler

    Poulet (de chair)

    Pollo, ‘Broiler

    Cālis, broilers

    2.

    Петел, кокошка

    Gallo, gallina

    Kohout, slepice, drůbež na pečení, nebo vaření

    Hane, høne, suppehøne

    Suppenhuhn

    Kuked, kanad, hautamiseks või keetmiseks mõeldud kodulinnud

    Πετεινοί και κότες (για βράοιμο)

    Cock, hen, casserole, or boiling fowl

    Coq, poule (à bouillir)

    Gallo, gallina

    Pollame da brodo

    Gailis, vista, sautēta vai vārīta mājputnu gaļa

    3.

    Петел (угоен, скопен)

    Capón

    Kapoun

    Kapun

    Kapaun

    Kohikukk

    Καπόνια

    Capon

    Chapon

    Cappone

    Kapauns

    4.

    Ярка, петле

    Polluelo

    Kuřátko, kohoutek

    Poussin, Coquelet

    Stubenküken

    Kana- ja kukepojad

    Νεοσσός, πετεινάρι

    Poussin, Coquelet

    Poussin, coquelet

    Galletto

    Cālītis

    5.

    Млад петел

    Gallo joven

    Mladý kohout

    Unghane

    Junger Hahn

    Noor kukk

    Πετεινάρι

    Young cock

    Jeune coq

    Giovane gallo

    Jauns gailis

    1.

    (Млада) пуйка

    Pavo (joven)

    (Mladá) krůta

    (Mini) kalkun

    (Junge) Pute, (Junger) Truthahn

    (Noor) kalkun

    (Νεαροί) γάλοι και γαλοπούλες

    (Young) turkey

    Dindonneau, (jeune) dinde

    (Giovane) tacchino

    (Jauns) tītars

    2.

    Пуйка

    Pavo

    Krůta

    Avlskalkun

    Pute, Truthahn

    Kalkun

    Γάλοι και γαλοπούλες

    Turkey

    Dinde (à bouillir)

    Tacchino/a

    Tītars

    1.

    (Млада) патица, пате (млада) мускусна патица, (млад) мюлар

    Pato (joven o anadino), pato de Barbaria (joven), pato cruzado (joven)

    (Mladá) kachna, kachnê, (mladá) Pižmová kachna, (mladá) kachna Mulard

    (Ung) and (Ung) berberiand

    (Ung) mulardand

    Frühmastente, Jungente, (Junge) Barbarieente (Junge Mulardente)

    (Noor) part, pardipoeg. (noor) muskuspart, (noor) mullard

    (Νεαρές) πάπιες ή παπάκια, (νεαρές) πάπιες Βαρβαρίας, (νεαρές) παπιες mulard

    (Young) duck, duckling, (Young) Muscovy duck (Young) Mulard duck

    (Jeune) canard, caneton, (jeune) canard de Barbarie, (jeune) canard mulard

    (Giovane) anatra

    (Giovane) Anatra muta

    (Giovane) Anatra ‘mulard

    (Jauna) pīle, pīlēns, (jauna) muskuspīle, (Jauna) Mulard pīle

    2.

    Патица, мускусна патица, мюлар

    Pato, pato de Barbaria, pato cruzado

    Kachna, Pižmová kachna, kachna Mulard

    Avlsand

    Avlsberberiand

    Avlsmulardand

    Ente, Barbarieente

    Mulardente

    Part, muskuspart, mullard

    Πάτιες, πάτιες Βαρβαρίας πάτιες mulard

    Duck, Muscovy duck, Mulard duck

    Canard, canard de Barbarie (à bouillir), canard mulard (à bouillir)

    Anatra Anatra muta Anatra ‘mulard

    Pīle, muskuspīle, Mulard pīle

    1.

    (Млада) гъска, гъсе

    Oca (joven), ansarón

    Mladá husa, house

    (Ung) gås

    Frühmastgans, (Junge) Gans, Jungmastgans

    (Noor) hani, hanepoeg

    (Νεαρές) χήνες ή χηνάκια

    (Young) goose, gosling

    (Jeune) oie ou oison

    (Giovane) oca

    (Jauna) zoss, zoslēns

    2.

    Гъска

    Oca

    Husa

    Avlsgås

    Gans

    Hani

    Χήνες

    Goose

    Oie

    Oca

    Zoss

    1.

    (Млада) токачка

    Pintada (joven)

    Mladá perlička

    (Ung) perlehøne

    (Junges) Perlhuhn

    (Noor) pärlkana

    (Νεαρές) φραγκόκοτες

    (Young) guinea fowl

    (Jeune) pintade Pintadeau

    (Giovane) faraona

    (Jauna) pērļu vistiņa

    2.

    Токачка

    Pintada

    Perlička

    Avlsperlehøne

    Perlhuhn

    Pärlkana

    Φραγκόκοτες

    Guinea fowl

    Pintade

    Faraona

    Pērļu vistiņa



     

    lt

    hu

    mt

    nl

    pl

    pt

    ro

    sk

    sl

    fi

    sv

    1.

    Viščiukas broileris

    Brojler csirke, pecsenyecsirke

    Fellus, brojler

    Kuiken, braadkuiken

    Kurczę, broiler

    Frango

    Pui de carne, broiler

    Kurča, brojler

    Pitovni piščanec – brojler

    Broileri

    Kyckling, slaktkyckling (broiler)

    2.

    Gaidys, višta, skirti troškinti arba virti

    Kakas és tyúk

    (főznivaló baromfi)

    Serduk, tiġieġa

    (tal-brodu)

    Haan, hen soep- of stoofkip

    Kura rosołowa

    Galo, galinha

    Cocoș, găină sau carne de pasăre pentru fiert

    Kohút, sliepka

    Petelin, kokoš, perutnina za pečenje ali kuhanje

    Kukko, kana

    Tupp, höna, gryt-, eller kokhöna

    3.

    Kaplūnas

    Kappan

    Ħasi

    Kapoen

    Kapłon

    Capão

    Clapon

    Kapún

    Kopun

    Chapon (syöttökukko)

    Kapun

    4.

    Viščiukas

    Minicsirke

    Għattuqa, coquelet

    Piepkuiken

    Kurczątko

    Franguitos

    Pui tineri

    Kurčiatko

    Mlad piščanec, mlad petelin

    (kokelet)

    Kananpoika, kukonpoika

    Poussin, Coquelet

    5.

    Gaidžiukas

    Fiatal kakas

    Serduk żgħir fl-eta

    Jonge haan

    Młody kogut

    Galo jovem

    Cocoș tânăr

    Mladý kohút

    Mlad petelin

    Nuori kukko

    Ung tupp

    1.

    Kalakučiukas

    Pecsenyepulyka, gigantpulyka, növendék pulyka

    Dundjan (żgħir fl-eta)

    (Jonge) kalkoen

    (Młody) indyk

    Peru

    Curcan (tânăr)

    Mladá morka

    (Mlada) pura

    (Nuori) kalkkuna

    (Ung) kalkon

    2.

    Kalakutas

    Pulyka

    Dundjan

    Kalkoen

    Indyk

    Peru adulto

    Curcan

    Morka

    Pura

    Kalkkuna

    Kalkon

    1.

    Ančiukai, muskusinės anties ančiukai, mulardinės anties ančiukai

    Pecsenyekacsa, Pecsenye pézsmakacsa, Pecsenye mulard-kacsa

    Papra (żgħira fl-eta), papra żgħira (fellus ta’ papra) muskovy (żgħira fl-eta), papra mulard

    (Jonge) eend, (Jonge) Barbarijse eend (Jonge) „Mulard”-eend

    (Młoda) kaczka tuczona, (Młoda) kaczka piżmova, (Młoda) kaczka mulard

    Pato, Pato Barbary, Pato Mulard

    Rață (tânără), rață (tânără) din specia Cairina moschata, rață (tânără) Mulard

    (Mladá kačica), káča, (Mladá) pižmová kačica, (Mladý) mulard

    (Mlada) raca, račka, (mlada) muškatna raca, (mlada) mulard raca

    (Nuori) ankka, (Nuori) myskiankka

    (Ung) anka, ankunge (ung) mulardand (ung) myskand

    2.

    Antis, muskusinė antis, mulardinė antis

    Kacsa, Pézsma kacsa, Mulard kacsa

    Papra, papra muscovy, papra mulard

    Eend Barbarijse eend „Mulard”-eend

    Kaczka, Kaczka piżmowa, Kaczka mulard

    Pato adulto, pato adulto Barbary, pato adulto Mulard

    Rață, rață din specia Cairina moschata, rață Mulard

    Kačica, Pyžmová kačica, Mulard

    Raca, muškatna raca, mulard raca

    Ankka, myskiankka

    Anka, mulardand, myskand

    1.

    Žąsiukas

    Fiatal liba, pecsenye liba

    Wiżża (żgħira fl-eta), fellusa ta’ wiżża

    (Jonge) gans

    Młoda gęś

    Ganso

    Gâscă (tânără)

    (Mladá) hus, húsa

    (Mlada) gos, goska

    (Nuori) hanhi

    (Ung) gås, gåsunge

    2.

    Žąsis

    Liba

    Wiżża

    Gans

    Gęś

    Ganso adulto

    Gâscă

    Hus

    Gos

    Hanhi

    Gås

    1.

    Perlinių vištų viščiukai

    Pecsenyegyöngyös

    Farghuna

    (żgħira fl-eta)

    (Jonge) parelhoen

    (Młoda)

    perliczka

    Pintada

    Bibilică adultă

    (Mladá) perlička

    (Mlada) pegatka

    (Nuori) helmikana

    (Ung) pärlhöna

    2.

    Perlinės vištos

    Gyöngytyúk

    Fargħuna

    Parelhoen

    Perlica

    Pintada adulta

    Bibilică

    Perlička

    Pegatka

    Helmikana

    Pärlhöna

    Ismijiet ta’ qtugħ



     

    bg

    es

    cs

    da

    de

    et

    el

    en

    fr

    it

    lv

    a)

    Половинка

    Medio

    Půlka

    Halvt

    Hälfte oder Halbes

    Pool

    Μισά

    Half

    Demi ou moitié

    Metà

    Puse

    b)

    Четвъртинка

    Charto

    Čtvrtka

    Kvart

    (Vorder-, Hinter-)Viertel

    Veerand

    Τεταρτημόριο

    Quarter

    Quart

    Quarto

    Ceturdaļa

    c)

    Неразделени четвъртинки с бутчетата

    Cuartos traseros unidos

    Neoddělená zadní čtvrtka

    Sammenhængende lårstykker

    Hinterviertel am Stück

    Lahtilõikamata koivad

    Αδιαχώριστα τεταρτημόρια ποδιών

    Unseparated leg quarters

    Quarts postérieurs non séparés

    Cosciotto

    Nesadalītas kāju ceturdaļas

    d)

    Гърди, бяло месо или филе с кост

    Pechuga

    Prsa

    Bryst

    Brust, halbe Brust, halbierte Brust

    Rind

    Στήθος

    Breast

    Poitrine, blanc ou filet sur os

    Petto con osso

    Krūtiņa

    e)

    Бутче

    Muslo y contramuslo

    Stehno

    Helt lår

    Schenkel, Keule

    Koib

    Πόδι

    Leg

    Cuisse

    Coscia

    Kāja

    f)

    Бутче с част от гърба, прикрепен към него

    Charto trasero de pollo

    Stehno kuřete s částí zad

    Kyllingelår med en del af ryggen

    Hähnchenschenkel mit Rückenstück, Hühnerkeule mit Rückenstück

    Koib koos seljaosaga

    Πόδι από κοτόπουλο με ένα κομμάτι της ράχης

    Chicken leg with a portion of the back

    Cuisse de poulet avec une portion du dos

    Coscetta

    Cāļa kāja ar muguras daļu

    g)

    Бедро

    Contramuslo

    Horní stehno

    Overlår

    Oberschenkel, Oberkeule

    Reis

    Μηρός (μπούτι)

    Thigh

    Haut de cuisse

    Sovraccoscia

    Šķiņkis

    h)

    Подбедрица

    Muslo

    Dolní stehno

    (palička)

    Underlår

    Unterschenkel, Unterkeule

    Sääretükk

    Κνήμη

    Drumstick

    Pilon

    Fuso

    Stilbs

    i)

    Крило

    Ala

    Křídlo

    Vinge

    Flügel

    Tiib

    Φτερούγα

    Wing

    Aile

    Ala

    Spārns

    j)

    Неразделени крила

    Alas unidas

    Neoddělená křídla

    Sammenhængende vinger

    Beide Flügel, ungetrennt

    Lahtilõikamata tiivad

    Αδιαχώριστες φτερούγες

    Unseparated wings

    Ailes non séparées

    Ali non separate

    Nesadalīti spārni

    k)

    Филе от гърдите, бяло месо

    Filete de pechuga

    Prsní řízek

    Brystfilet

    Brustfilet, Filet aus der Brust, Filet

    Rinnafilee

    Φιλέτο στήθους

    Breast fillet

    Filet de poitrine, blanc, filet, noix

    Filetto, fesa (tacchino)

    Krūtiņas fileja

    l)

    Филе от гърдите с „ядеца“

    Filete de pechuga con clavícula

    Filety z prsou

    (Klíční kost s chrupavkou prsní kosti včetně svaloviny v přirozené souvislosti, klíč. kost a chrupavka max. 3 % z cel. hmotnosti)

    Brystfilet med ønskeben

    Brustfilet mit Schlüsselbein

    Rinnafilee koos harkluuga

    Φιλέτο στήθους με κλειδοκόκαλο

    Breast fillet with wishbone

    Filet de poitrine avec clavicule

    Petto (con forcella), fesa (con forcella)

    Krūtiņas fileja ar krūšukaulu

    m)

    Нетлъсто филе

    Magret, maigret

    Magret, maigret

    (filety z prsou kachen a hus s kůží a podkožním tukem pokrývajícím prsní sval, bez hlubokého svalu prsního)

    Magret, maigret

    Magret, Maigret

    Rinnaliha

    („magret” või „maigret”)

    Maigret, magret

    Magret, maigret

    Magret, maigret

    Magret, maigret

    Pīles krūtiņa

    n)

    Oбезкостен пуешки бут

    Carne de muslo y contramuslo de pavo deshuesada

    U vykostěných krůtích stehen

    Udbenet kød af hele kalkunlår

    Entbeintes Fleisch von Putenschenkeln

    Kalkuni konditustatud koivaliha

    Κρέας ποδιού γαλοπούλας χωρίς κόκαλο

    Deboned turkey leg meat

    Cuisse désossée de dinde

    Carne di coscia di tacchino disossata

    Atkaulotai tītara kāju gaļai



     

    lt

    hu

    mt

    nl

    pl

    pt

    ro

    sk

    sl

    fi

    sv

    a)

    Pusė

    Fél baromfi

    Nofs

    Helft

    Połówka

    Metade

    Jumătăți

    Polená hydina

    Polovica

    Puolikas

    Halva

    b)

    Ketvirtis

    Negyed baromfi

    Kwart

    Kwart

    Ćwiartka

    Quarto

    Sferturi

    Štvrťka hydiny

    Četrt

    Neljännes

    Kvart

    c)

    Neatskirti kojų ketvirčiai

    Összefüggő (egész) combnegyedek

    Il-kwarti ta’ wara tas-saqajn, mhux separati

    Niet-gescheiden achterkwarten

    Ćwiartka tylna w całości

    Quartos da coxa não separados

    Sferturi posterioare neseparate

    Neoddelené hydinové stehná

    Neločene četrti nog

    Takaneljännes

    Bakdelspart

    d)

    Krūtinėlė

    Mell

    Sidra

    Borst

    Pierś, połówka piersi

    Peito

    Piept

    Prsia

    Prsi

    Rinta

    Bröst

    e)

    Koja

    Comb

    Koxxa

    Hele poot, hele dij

    Noga

    Perna inteira

    Pulpă

    Hydinové stehno

    Bedro

    Koipireisi

    Klubba

    f)

    Viščiuko koja su neatskirta nugaros dalimi

    Csirkecomb a hát egy részével

    Koxxa tat-tiġieġa b’porzjon tad-dahar

    Poot/dij met rugdeel (bout)

    Noga kurczęca z częścią grzbietu

    Perna inteira de frango com uma porção do dorso

    Pulpă de pui cu o porțiune din spate atașată

    Kuracie stehno s panvou

    Piščančja bedra z delom hrbta

    Koipireisi, jossa selkäosa

    Kycklingklubba med del av ryggben

    g)

    Šlaunelė

    Felsőcomb

    Il-biċċa ta’ fuq tal-koxxa

    Bovenpoot, bovendij

    Udo

    Coxa

    Pulpă superioară

    Horné hydinové stehno

    Stegno

    Reisi

    Lår

    h)

    Blauzdelė

    Alsócomb

    Il-biċċa t’isfel tal-koxxa

    (drumstick)

    Onderpoot, onderdij

    (Drumstick)

    Podudzie

    Perna

    Pulpă inferioară

    Dolné hydinové stehno

    Krača

    Koipi

    Ben

    i)

    Sparnas

    Szárny

    Ġewnaħ

    Vleugel

    Skrzydło

    Asa

    Aripi

    Hydinové krídelko

    Peruti

    Siipi

    Vinge

    j)

    Neatskirti sparnai

    Összefüggő (egész) szárnyak

    Ġwienaħ mhux separati

    Niet-gescheiden vleugels

    Skrzydła w całości

    Asas não separadas

    Aripi neseparate

    Neoddelené hydinové krídla

    Neločene peruti

    Siivet kiinni toisissaan

    Sammanhängande vingar

    k)

    Krūtinėlės filė

    Mellfilé

    Flett tas-sidra

    Borstfilet

    Filet z piersi

    Carne de peito

    Piept dezosat

    Hydinový rezeň

    Prsni file

    Rintafilee

    Bröstfilé

    l)

    Krūtinėlės filė su raktikauliu ir krūtinkauliu

    Mellfilé szegycsonttal

    Flett tas-sidra bil-wishbone

    Borstfilet met vorkbeen

    Filet z piersi z obojczykiem

    Carne de peito com fúrcula

    Piept dezosat cu osul iadeș

    Hydinový rezeň s kosťou

    Prsni file s prsno kostjo

    Rintafilee solisluineen

    Bröstfilé med nyckelben

    m)

    Krūtinėlės filė be kiliojo raumens

    (magret)

    Bőrös libamell-filé, (maigret)

    Magret, maigret

    Magret

    Magret

    Magret, maigret

    Tacâm de pasăre, spinări de pasăre

    Magret

    Magret

    Magret, maigret

    Magret, maigret

    n)

    Kalakuto kojų mėsa be kaulų

    Kicsontozott pulykacomb

    Laħam tas-saqajn tad-dundjan dissussat

    Vlees van hele poten/hele dijen van kalkoenen, zonder been

    Pozbawione kości mięso z nogi indyka

    Carne desossada da perna inteira de peru

    Pulpă dezosată de curcan

    Vykostené morčacie stehno

    Puranje bedro brez kosti

    Kalkkunan luuton koipi-reisiliha

    Urbenat kalkonkött av klubba




    ANNESS II

    Qatgħa li tifred il-koxxa/sieq mid-daħar

     delineazzjoni tal-ġoga tal-ġenb

      image

    Qatgħa li tifred il-koxxa mid-drumstick

     delineazzjoni tal-ġoga ta’ l-irkobba

      image




    ANNESS III

    Metodi ta’ tkessiħ



     

    bg

    es

    cs

    da

    de

    et

    el

    en

    fr

    it

    lv

    1.

    Въздушно охлаждане

    Refrigeración por aire

    Vzduchem (Chlazení vzduchem)

    Luftkøling

    Luftkühlung

    Ōhkjahutus

    Ψύξη με αέρα

    Air chilling

    Refroidissement à l'air

    Raffreddamento ad aria

    Dzesēšana ar gaisu

    2.

    Въздушно-душово охлаждане

    Refrigeración por aspersión ventilada

    Vychlazeným proudem vzduchu s postřikem

    Luftspraykøling

    Luft-Sprühkühlung

    Ōhkpiserdusjahutus

    Ψύξη με ψεκασμό

    Air spray chilling

    Refroidissement par aspersion ventilée

    Raffreddamento per aspersione e ventilazione

    Dzesēšana ar izsmidzinātu gaisu

    3.

    Охлаждане чрез потапяне

    Refrigeración por immersión

    Ve vodní lázni ponořením

    Neddypningskøling

    Gegenstrom-Tauchkühlung

    Sukeljahutus

    Ψύξη με βύθιση

    Immersion chilling

    Refroidissement par immersion

    Raffreddamento per immersione

    Dzesēšana iegremdējot



     

    lt

    hu

    mt

    nl

    pl

    pt

    ro

    sk

    sl

    fi

    sv

    1.

    Atšaldymas ore

    Levegős hűtés

    Tkessih bl-arja

    Luchtkoeling

    Owiewowa

    Refrigeração por ventilação

    Refrigerare în aer

    Chladené vzduchom

    Zračno hlajenje

    Ilmajäähdytys

    Luftkylning

    2.

    Atšaldymas pučiant orą

    Permetezéses hűtés

    Tkessih b'air spray

    Lucht-sproeikoeling

    Owiewowo-natryskowa

    Refrigeração por aspersão e ventilação

    Refrigerare prin dușare cu aer

    Chladené sprejovaním

    Hlajenje s pršenjem

    Ilmasprayjäähdytys

    Evaporativ kylning

    3.

    Atšaldymas panardinant

    Bemerítéses hűtés

    Tkessiħ b’immersjoni

    Dompelkoeling

    Zanurzeniowa

    Refrigeração por imersão

    Refrigerare prin imersiune

    Chladené vo vode

    Hlajenje s potapljanjem

    Vesijäähdytys

    Vattenkylning

    ▼C1




    ANNESS IV

    Modi ta’ trobbija



     

    bg

    es

    cs

    da

    de

    et

    el

    en

    fr

    it

    lv

    a)

    Хранен с … % …

    гъска, хранена с овес

    Alimentado con … % de …

    Oca engordada con avena

    Krmena z … % (čím) …

    Husa krmená ovsem

    Fodret med … % …

    Havrefodret gås

    Gefüttert mit … % …

    Hafermastgans

    Söödetud …, mis sisaldab … % …

    Kaeraga toidetud hani

    Έχει τραφεί με … % …

    Χήνα που παχαίνεται με βρώμη

    Fed with … % of …

    Oats fed goose

    Alimenté avec … % de …

    Oie nourrie à l'avoine

    Alimentato con il … % di …

    Oca ingrassata con avena

    Baroti ar … % …

    ar auzām barotas zosis

    b)

    Екстензивно закрито

    (отгледан на закрито)

    Sistema extensivo en gallinero

    Extenzivní v hale

    Ekstensivt staldopdræt

    (skrabe …)

    Extensive Bodenhaltung

    Ekstensiivne seespidamine

    (lindlas pidamine)

    Εκτατικής εκτροφής

    Extensive indoor

    (barnreared)

    Élevé à l'intérieur:

    système extensif

    Estensivo al coperto

    Turēšana galvenokārt telpās

    (“Audzēti kūtī”)

    c)

    Свободен начин на отглеждане

    Gallinero con salida libre

    Volný výběh

    Fritgående

    Freilandhaltung

    Vabapidamine

    Ελεύθερης βοσκής

    Free range

    Sortant à l'extérieur

    All'aperto

    Brīvā turēšana

    d)

    Традиционен свободен начин на отглеждане

    Granja al aire libre

    Tradiční volný výběh

    Frilands …

    Bäuerliche Freilandhaltung

    Traditsiooniline vabapidamine

    Παραδοσιακής ελεύθερης βοσκής

    Traditional free range

    Fermier-élevé en plein air

    Rurale all'aperto

    Tradicionālā brīvā turēšana

    e)

    Свободен начин на отглеждане – пълна свобода

    Granja de cría en libertad

    Volný výběh – úplná volnost

    Frilands … opdrættet i fuld frihed

    Bäuerliche Freilandhaltung

    Unbegrenzter Auslauf

    Täieliku liikumisvabadusega traditsiooniline vabapidamine

    Απεριόριστης ελεύθερης βοσκής

    Free-range — total freedom

    Fermier-élevé en liberté

    Rurale in libertà

    Brīvā turēšana – pilnīgā brīvībā



     

    lt

    hu

    mt

    nl

    pl

    pt

    ro

    sk

    sl

    fi

    sv

    a)

    Lesinta … % …

    Avižomis penėtos žąsys

    … %-ban …-val/vel etetve

    Zabbal etetett liba

    Mitmugħa bi … % ta’ …

    Wiżża mitmugħa bil-ħafur

    Gevoed met … % …

    Met haver vetgemeste gans

    Żywione z udziałem … % …

    tucz owsiany (gęsi)

    Alimentado com … % de …

    Ganso engordado com aveia

    Furajate cu … % de …

    Gâște furajate cu ovăz

    Kŕmené … % …

    husi kŕmené ovsom

    Krmljeno z … %

    gos, krmljena z ovsom

    Ruokittu rehulla, joka sisältää … %

    Kauralla ruokittu hanhi

    Utfodrad med … % …

    Havreutfodrad gås

    b)

    Ekstensyvus paukščių auginimas patalpose

    (tvartuose)

    Istállóban külterjesen tartott

    Imrobbija ġewwa: sistema estensiva

    Scharrel … binnengehouden

    Ekstensywny chów ściółkowy

    Produção extensiva em interior

    Crescute în spații închise – sistem extensiv

    Chované na hlbokej podstielke (chov v hale)

    Ekstenzivna zaprta reja

    Laajaperäinen sisäkasvatus

    Extensivt uppfödd inomhus

    c)

    Laisvai auginami paukščiai

    Szabadtartás

    Trobbija fil-beraħ

    (free range)

    Scharrel … met uitloop

    Chów wybiegowy

    Produção em semiliberdade

    Creștere liberă

    Výbehový chov (chov v exteriéri)

    Prosta reja

    Vapaa laidun

    Tillgång till utomhusvistelse

    d)

    Tradiciškai laisvai auginami paukščiai

    Hagyományos szabadtartás

    Trobbija fil-beraħ tradizzjonali

    Boerenscharrel … met uitloop

    Hoeve … met uitloop

    Tradycyjny chów wybiegowy

    Produção ao ar livre

    Creștere liberă tradițională

    Chované navol'no

    Tradicionalna prosta reja

    Vapaa laidun – perinteinen kasvatustapa

    Traditionell utomhusvistelse

    e)

    Visiškoje laisvėje auginami paukščiai

    Teljes szabadtartás

    Trobbija fil-beraħ – libertà totali

    Boerenscharrel … met vrije uitloop

    Hoeve … met vrije uitloop

    Chów wybiegowy bez ograniczeń

    Produção em liberdade

    Creștere liberă totală

    Úplne vol'ný chov

    Prosta reja – neomejen izpust

    Vapaa laidun – täydellinen liikkumavapaus

    Uppfödd i full frihet

    ▼B




    ANNESS V

    Id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 huma kif ġej:

    a) Mitmugħa bi … % ta’ …

    Referenza għall-ingredjenti partikolari ta’ l-ikel li ġej tista’ ssir biss fejn:

     fil-każ ta’ ċereali, huma jiġġustifikaw għallinqas 65 % tal-piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul l-ikbar parti tal-perjodu tat-tismin, li jista’ jinkludi mhux iżjed minn 15 % ta’ prodotti sekondarji ta’ ċereali; iżda, meta ssir referenza għal ċereali speċifiku wieħed, huwa għandu jiġġustifika għallinqas 35 % tal-formula tal-ikel użata, u għallinqas 50 % fil-każ ta’ qamħirrum,

     fil-każ ta’ legumi jew ħaxix aħdar huma jiġġustifikaw għallinqas 5 % f’piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu tat-tismin,

     fil-każ ta’ prodotti tal-ħalib, huma jiġġustifikaw għallinqas 5 % f’piż tal-formula ta’ ikel mogħtija matul il-fażi tal-aħħar.

    It-terminu “wiżża mitmugħa l-ħafur” jista’ iżda jintuża meta l-wiżż huma mitmugħa matul il-fażi tal-aħħar ta’ tliet ġimgħat mhux inqas minn 500 g ta’ ħafur kuljum.

    b) Mrobbija ġewwa - sistema estensiva

    Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:

    i) ir-rata tal-irjus għal kull metru kwadru ta’ spazju ta’ paviment ma jkunx iżjed fil-każ ta’:

     għat-tiġieġ, sriedak ta’ età żgħira, ħasjien: 15-il tajra iżda mhuax aktar minn 25 kg piż ħaj,

     għall-papri, l-fargħuni u d-dundjani, 25 kg ta’ piż ħaj,

     għall-wiżż: 15 kg ta’ piż ħaj,

    ii) jekk l-għasafar huma maqtula ta’ dawn l-etajiet:

     tiġieġ: 56 jum jew aktar,

     dundjani: 70 jum jew aktar,

     wiżż, 112-il jum jew aktar,

     papri Peking: 49 jum jew aktar,

     papri Muscovy: 70 jum jew aktar għan-nisa, 84 jum jew aktar għall-irġiel,

     papri Mulard nisa: 65 jum jew aktar,

     fargħuni. 82 jum jew aktar,

     wiżż ta’ età żgħira (flieles tal-wiżż): 60 jum jew aktar,

     sriedak (ta’ età żgħira) 90 jum jew aktar,

     ħasjien: 140 jum jew aktar.

    c) Trobbija fil-beraħ (Free range)

    Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:

    i) jekk ir-rata tal-irjus fil-gallinar u l-età tal-qatla huma skond il-limiti ffissati taħt (b), għajr għal tiġieġ, li għalihom ir-rata ta’ ħażna tista’ tiżdied għal 13, iżda mhux iżjed minn 27,5 kg piż ħaj għal kull metru kwadru, u għall-ħasjien, li għalihom ir-rata ta’ l-irjus ma tistax taqbeż 7,5 l-metru kwadry u mhux aktar minn 27,5 kg ta’ piż ħaj kull metru kwadru,

    ii) għallinqas matul nofs ħajjithom l-għasafar kellhom aċċess kontinwu matul il-jum għal ġirjiet fil-beraħ fi spazji primarjament koperti b’veġetazzjoni ta’ mhux anqas minn:

     1 m għal kull tiġieġa jew fargħuna,

     2 m għal kull papra jew għal kull ħasi,

     4 m2 għal kull dundjan jew wiżża,

    Fil-każ tal-fargħuni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ talanqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),

    iii) Jekk il-formola ta’ l-għalf użata fil-fażi tat-tismin ikun fiha talanqas 70 % ta’ ċereali,

    iv) jekk il-gallinar tat-tjur huwa pprovdut bi bwejbiet ta’ tul kombinat talanqas ekwivalenti għal 4 m għal kull 100 m2 tal-wiċċ tal-gallinar.

    d) Trobbija fil-beraħ tradizzjonali

    Dan it-terminu jista’ jintuża biss meta:

    i) ir-rata tal-irjus f’kull metru kwadru ta’ paviment ma tkunx iżjed:

     għat-tiġieġ: 12-il tajra iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj, Madankollu, fil-każ ta’ gallinari mobbli ta’ mhux iżjed minn 150 m2 ta’ spazju ta’ paviment u li jibqgħu miftuħa bil-lejl, ir-rata tal-irjus tista’ tiżdied għal 20, iżda mhux iżjed minn 40 kg piż ħaj għal kull m2,

     għall-ħasjien: 6,25 tajra (12 sa 91 jum) iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,

     għall-papri Muscovy u Peking, 8 irġiel iżda mhuax aktar minn 35 kg piż ħaj, 10 nisa iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj,

     għall-papri Mulard: 8 tajriet iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,

     għall-fargħuni:: 13-il tajra iżda mhux aktar minn 25 kg piż ħaj,

     għad-dundjani: 6,25 tajra (10 sa 7 ġimgħat) iżda mhux aktar minn 35 kg piż ħaj,

     għall-wiżż: 5 tajriet (10 sa 6 ġimgħat), 3 itjur tul l-aħħar 3 ġimgħat tat-tismin jekk jitrabbew fl-għeluq, iżda mhux aktar minn 30 kg piż ħaj,

    ii) il-medda totali tal-gallinari li tista’ tiġi użata fi kwalunkwe sit waħdieni ta’ trobbija ma tistax taqbeż 1 600 m2,

    iii) kull gallinar ikun fih aktar sa:

     4 800 tiġieġa,

     5 200 fargħun,

     4 000 papra Muscovy jew Peking nisa, 3 200 papri Muscovy jew Peking irġiel jew 3 200 papra Mulard,

     2 500 ħasi, wiżż u dundjan,

    iv) il-gallinar ikun fih bwejbiet għall-ħruġ ta’ tul kombinat li jkun għallinqas ekwivalenti għal 4m għal kull 100 m2 tal-paviment,

    v) hemm aċċess kontinwu bi nhar għal spazji fil-beraħ, għallinqas mill-età ta’:

     sitt ġimgħat fil-każ ta’ tiġieġ, u ħasi,

     tmien ġimgħat fil-każ ta’ papri, wiżż, fargħuni u dundjani.

    vi) il-ġirjiet fil-beraħ jikkonsistu fi spazju fil-biċċa l-kbira kopert b’veġetazzjoni li tammonta għal talanqas:

     2 m2 għal kull tiġieġa, papra Muscovy jew Peking, jew fargħuna,

     3 m2 għal kull papra Mulard,

     4 m2 kull ħasi mit-92 jum (2 m2 sa 91 jum),

     6 m2 kull dundjan,

     10 m2 kull wiżża.

    Fil-każ tal-fargħuni, il-ġirjiet fil-beraħ jistgħu jiġu mibdula b’perċa ta’ wiċċ tal-paviment li jkun għallinqas id-doppju ta’ dak tal-gallinar u għoli ta’ mill inqas 2 m. Ikunu disponibbli pereċ ta’ talanqas 10 ċm fit-tul għal kull għasfur (gallinar u perċa),

    vii) l-għasafar imsemmna huma ta’ razza magħrufa bħala li tikber bil-mod,

    viii) il-formula ta’ ikel użata fil-fażi tat-tismin fiha għall-inqas 70 % taċ-ċereali,

    ix) l-età minima fil-qatla hija:

     81 jum għat-tiġieġ,

     150 jum għall-ħasjien,

     49 jum għal papri Peking,

     70 jum għal papri nisa Muscovy,

     84 jum għal papri irġiel Muscovy,

     92 jum għal papri Mulard,

     94 jum għall-fargħuni,

     140 jum għal dundjani (irġeil u nisa) u l-wiżż għax-xiwi kummerċjali mibjugħa sħaħ,

     98 jum għad-dundjani nisa maħsuba għat-tqattigħ,

     126 jum għad-dundjani irġiel maħsuba għat-tqattigħ,

     95 jum għal wiżż maħsub għall-produzzjoni ta’ foie gras u “magret”,

     60 jum għall-wiżż ta’ età żgħira (flieles).

    x) iż-żmien ta’ l-għeluq ta’ l-aħħar ma jaqbiżx:

     għat-tiġieġ ta’ aktar minn 90 jum: 15-il jum,

     4 ġimgħat għall-ħasjien,

     għall-wiżż u l-papri mulard ta’ aktar minn 70 jum, maħsuba għall-produzzjoni ta’ foie gras u magret 4 ġimgħat.

    e) Trobbija fil-beraħ — libertà totali”.

    L-użu ta’ dan it-terminu għandu jeħtieġ il-konformità mal-kriterji stipulati f’(d), ħlief li t-tjur għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal ġirjiet fil-beraħ fi spazju mhux limitat.

    F’każ ta’ restrizzjoni, u inkluż f’każ ta’ restrizzjoni veterinarja, meħuda abbażi tad-dritt Komunitarju sabiex titħares is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, bil-għan li jiġi ristrett l-aċċess tat-tjur għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, it-tjur imrobbija skond il-modi tal-produzzjoni deskritti fl-ewwel inċiż, punti c), d) u e), minbarra l-fargħuni mrobbija fil-guvi, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq b’referenza partikolari għall-mod tat-trobbija tul ir-restrizzjoni iżda fl-ebda każ lil hinn minn tnax-il xahar.




    ANNESS VI

    KEJL TAT-TELF TA’ L-ILMA MAT-TIDWIB

    (Test tat-taqtir)

    1.   Is-suġġett u l-ambitu

    Dan il-metodu għandu jintuża sabiex jistabbilixxi l-ammont ta’ ilma mitluf mit-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr matul it-tidwib. Jekk dan it-telf f’taqtir, espress bħala perċentwal skond il-piż tal-karkassa (inkluż l-intern li jista’ jittiekel miżmum fil-pakkett) jaqbeż il-limitu tal-valur stabbilit fil-paragrafu 7, jitqies li l-ilma żejjed ġie assorbit matul l-ipproċessar.

    2.   Definizzjoni

    It-telf f’taqtir stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-piż totali tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel.

    3.   Il-prinċipju

    Il-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr, inkluż l-intern li jista’ jittiekel preżenti, għandha titħalla ddub taħt kundizzjonijiet ikkontrollati li jħallu li jiġi kkalkulat l-piż ta’ l-ilma mitluf.

    4.   Apparat

    4.1. Miżien li kapaċi jiżen sa 5 kg bi preċiżjoni sa talanqas 1 g.

    4.2. Boroż tal-plastik kbar biżżejjed biex iżommu l-karkassa u li għandhom mezzi b’saħħithom għat-twaħħil tal-borża.

    4.3. Banju ta’ l-ilma b’kontroll termostatiku b’tagħmnir li jkun jista’ jesa’ l-karakassi kif deskritt fil-punti 5.5 u 5.6. Il-banju ta’ l-ilma għandu jkun fih volum ta’ ilma ta’ mhux anqas minn tmien darbiet dak tat-tjur li għandhom jiġu kkontrollati u għandu jkun kapaċi jżomm l-ilma f’temperatura ta’ 42 ± 2 °C.

    4.4. Karta filtru jew srievet tal-karta li jassorbu oħrajn.

    5.   Teknika

    5.1. Għoxrin karkassa għandhom jitneħħew b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata. Sakemm kull waħda tkun tista’ tiġi ttestjata kif deskritt f’ 5.2 sa 5.11, għandhom jinżammu f’temperatura mhux aktar għolja minn – 18 °C.

    5.2. Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M0.

    5.3. Neħħi l-karakkasa, kif ukoll jekk hemm bżonn kull intern li jittiekel mibjugħ magħha, mill-pakket ta’ barra. Nixxef u iżen u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M1.

    5.4. Il-piż tal-karkassa ffriżata u l-intern li jista’ jittiekel għandhom jiġu kkalkulati permezz tat-tnaqqis ta’ M1 minn M0.

    5.5. Il-karkassa, inkluż l-intern li jista’ jittiekel, għandhom jitqiegħdu f’borża b’saħħitha, reżistenti għall-ilma bil-kavità abdominali tħares lejn in-naħa ta’ isfel magħluq tal-borża. Il-borża għandha tkun twila biżżejjed sabiex tiżgura li tista’ tiġi mwaħħla sew meta tkun fil-banju ta’ l-ilma iżda ma għandhiex tkun wiesgħa tant li tħalli l-karkassa tiċċaqqlaq mill-pożizzjoni vertikali.

    5.6. Il-parti tal-borża li żżomm il-karkassa u l-intern li jista’ jittiekel għandha titgħaddas għal kollox fil-banju ta’ l-ilma u għandha tibqa’ miftuħa, b’hekk tħalli kemm jista’ jkun arja taħrab. Għandha tinżamm vertikali, jekk meħtieġ b’vireg ta’ gwida jew billi jitpoġġew piżijiet żejda fil-borża, b’tali mod li l-ilma mill-banju ma jkunx jista’ jidħol fiha. Il-boroż individwali ma għandhomx imissu ma’ xulxin.

    5.7. Il-borża għandha titħalla fil-banju ta’ l-ilma, miżmuma f’temperatura kostanti ta’ 42 ± 2 °C il-ħin kollu, b’moviment kontinwu tal-borża jew aġitazzjoni kontinwa ta’ l-ilma, sakemm iċ-ċentru termali tal-karkassa (l-iktar parti fonda tal-muskolu tas-sidra viċin ta’ l-isternu, f’tiġieġ mingħajr l-organi interjuri, jew in-nofs ta’ l-organi interjuri f’tiġieġ bl-organi) jilħaq talanqas 4 °C, imkejla f’żewġ karkassi magħżula b’mod każwali. Il karkassi m’għandhomx jibqgħu fil-banju għal iktar milli meħtieġ sabiex jilħqu 4 °C. Il-perjodu meħtieġ għall-immersjoni, għall-karkassi miżmuma fi – 18 °C huwa ta’:



    Kategorija tal-piż (g)

    Piż tal-karkassa + intern (g)

    Ħin indikattiv ta’ l-immersjoni f’minuti

    Tiġieġ mingħajr intern

    Tiġieġ bl-intern

    < 800

    < 825

    77

    92

    850

    825 — 874

    82

    97

    900

    875 — 924

    85

    100

    950

    925 — 974

    88

    103

    1 000

    975 — 1 024

    92

    107

    1 050

    1 025 — 1 074

    95

    110

    1 100

    1 075 — 1 149

    98

    113

    1 200

    1 150 — 1 249

    105

    120

    1 300

    1 250 — 1 349

    111

    126

    1 400

    1 350 — 1 449

    118

    133

    Minn hemm ’il quddiem, tkun meħtieġa żieda ta’ seba’ minuti għal kull 100 g żejda kompluta jew mhux kompluta. Jekk il-perjodu ta’ immersjoni suġġerit jinqabeż mingħajr ma tintlaħaq temperatura ta’ + 4 °C, fiż-żewġ karkassi li huma kkontrollati, il-proċess ta’ tidwib tas-silġ għandu jitkompla sakemm jilħqu temperatura ta’ + 4 °C fiċ-ċentru termali.

    5.8. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitneħħew mill-banju ta’ l-ilma; il-qiegħ tal-borża għandu jiġi mtaqqab sabiex iħalli kwalunkwe ilma prodott mit-tidwib tas-silġ jissaffa. Il-borża u l-kontenut tagħha għandhom jitħallew iqattru għal siegħa f’temperatura ambjentali ta’ bejn it + 18 °C u l- + 25 °C.

    5.9. Il-karkassa bis-silġ imniżżel għandha titneħħa mill-borża u l-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel (jekk preżenti) għandu jitneħħa mill-kavità abdominali. Il-karkassa għandha titnixxef minn ġewwa u minn barra b’karti filtru jew srievet tal-karti. Il-borża li żżomm l-intern li jista’ jittiekel għandha tiġi mtaqqba u, ladarba l-ilma li jista’ jkun preżenti jissaffa, il-borża u l-intern li jista’ jittiekel bis-silġ imniżżel għandhom ukoll jiġu mnixxfa bl-akbar attenzjoni.

    5.10. Il-piż totali tal-karkassa bis-silġ imniżżel, tal-intern li jista’ jittiekel u tal-pakkett għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M2.

    5.11. Il-piż totali tal-pakkett li jżomm l-intern li jista’ jittiekel għandu jiġi stabbilit sa l-eqreb gramma; b’hekk jinkiseb M3.

    6.   Il-kalkolu tar-riżultat

    L-ammont ta’ ilma mitluf permezz tal-karkassa bis-silġ imniżżel bħala perċentwali skond il-piż tal-karkassa ffriżata jew iffriżata malajr (inkluż l-intern li jista’ jittiekel) għandu jiġi mogħti skond:

    ((M0 – M1 – M2)/(M0 – M1 – M3)) × 100

    7.   L-evalwazzjoni tar-riżultat

    Jekk it-telfa medja ta’ l-ilma malli jinżel is-silġ għall-20 karkassa fil-kampjun taqbeż il-perċentwal mogħti hawn taħt, l-ammont ta’ ilma assorbit matul l-ipproċessar jiġi meqjus li jaqbeż il-valur tal-limitu.

    Il-perċentwali huma fil-każ ta’:

     tkessiħ bl-arja 1,5 %,

     tkessiħ b’raxx ta’ arja (air spray): 3,3 %,

     tkessiħ b’immersjoni: 5,1 %.




    ANNESS VII

    KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA FIT-TIĠIEĠ

    (Test kimiku)

    1.   Is-suġġett u l-ambitu

    Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi kkalkolat il-kontenut totali ta’ ilma tat-tiġieġ iffriżat jew iffriżat malajr. Il-metodu għandu jinvolvi l-kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u l-protejini tal-kampjuni mill-karkassa omoġenizzata tat-tajra. Il-kontenut totali ta’ l-ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli indikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-presenża ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.

    2.   Definizzjonijiet

    “Karkassa”: il-karkassa tat-tajra bl-għadam, il-qarquċ u kwalunkwe intern addizzjonali.

    “Intern”: fwied, qalb, qanżħa u għonq.

    3.   Il-prinċipju

    Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.

    L-akbar kontenut totali ta’ ilma permessibbli tal-karkassa għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ l-protejini tal-karkassa, li jista’ jiġi mqabbel mal-kontenut ta’ ilma fiżjoloġiku.

    4.   Apparat u reaġenti

    4.1. Miżien għall-użin tal-karkassa u l-kisi, kapaċi jiżen bi preċiżjoni sa talanqas 1g.

    4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-karkassi f’biċċiet ta’ qies xieraq għall-magna ta’ l-ikkapuljat.

    4.3. Magna ta’ l-ikkapuljat u blender heavy-duty li kapaċi li jomoġeniżżaw biċċiet tat-tjur iffriżati jew iffriżati malajr.

    Nota:

    Ebda magna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduġi taħlita omoġena li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksub minn magna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm.

    4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma.

    4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini.

    5.   proċedura

    5.1. Seba’ karkassi għandhom jittieħdu b’mod aleatorju mill-kwantità ta’ tjur li għandha tiġi kkontrollata u f’kull każ għandhom jinżammu ffriżati sa ma tibda l-analiżi skond 5.2 sa 5.6.

    Tista’ tiġi mwettqa jew bħala analiżi ta’ kull waħda mis-seba’ karkassi, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mis-seba’ karkassi.

    5.2. Il-preparazzjoni għandha tibda fi żmien dik is-siegħa mit-tneħħija tal-karkassi mill-friża.

    5.3. 

    a) Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Kull karkassa għandha tintiżen u jitneħħielha kwalunkwe materjal tal-kisi. Wara l-qtugħ tal-karkassa f’biċċiet iżgħar, kwalunkwe materjal tal-kisi madwar il-ġewwieni li għandu. Għandu jiġi kkalkulat il-piż totali tal-karkassa, inkluż l-intern u s-silġ ta’ mal-karkassa, stabbilit sa l-inqas gramma wara li jitnaqqas il-piż ta’ kull materjal ta’ l-ippakkjar.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tas-seba’ karkassi, ippreparati skond 5.3 a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti P7.

    5.4. 

    a) Il-karkassa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1, għandha tiġi kkappuljata mill-magna ta’ l-ikkappuljat speċifikata taħt il-punt 4.3 (u, jekk meħtieġ, imħallta wkoll permezz tal-magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jkun jista' jittieħed kampjun rappresentattiv ta’ karkassa.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, is-seba’ karkassi li l-piż tagħhom huwa P7 għandhom jiġu kkapuljati f'magna ta’ l-ikkapuljat kf speċifikat taħt il-punt 4.3 (u, fejn meħtieġ, imħallta ukoll permezz ta’ magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappresentattivi tal-seba’ karkassi. Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6.

    5.5. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għhall-kontenut ta’ ilma.

    5.6. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b%” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25.

    6.   Kalkoli tar-riżultat

    6.1. 

    a) Il-piż ta’ l-ilma (W) f'kull karkassa għandu jingħata b'aP1 / 100, u l-piż tal-protejina (RP) b’ aP1 / 100, li t-tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi. Għandhom jiġu stabbiliti t-totali tal-piżijiet ta’ l-ilma (W7) u l-piżijiet tal-protejina (RP7) fis-seba’ karkassi analizzati.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju ta’ l-ilma u l-protejina miż-żewġ kampjuni għandu jiġi stabbilit biex jagħti a % u b % rispettivament. Il-piż ta’ l-ilma (W 7) fil-ħames qatgħat għandu jingħata b’ aP7 / 100, u l-piż tal-protejina (RP7) b’ bP7/100, li tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi.

    6.2. Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u protejina (RPA) għandu jiġi kkalkulat billi W7 u RP7 jiġu diviżi rispettivament, b’sebgħa.

    6.3. Il-kontenut teoriku fiżjoloġiku ta’ l-ilma, esperess fi grammi u kkalkulat b’dan il-metodu, jista' jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-formula li ġejja:

     għat-tiġieġ: 3,53 × RPA + 23.

    6.4. 

    a) Tkessiħ bl-arja

    Jekk il-kontenut minimu ta’ ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % ( 9 ), l-ogħla limitu permess għall-volum totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

     għat-tiġieġ: WG = 3,65 × RPA + 42.

    b) Tkessiħ b’raxx ta’ arja:

    Jekk il-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 4,5 % (9) , l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

     għat-tiġieġ: WG = 3,79 × RPA + 42.

    ċ) Tkessiħ b’immersjoni

    Jekk il-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 7 % (9) , l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali ta’ l-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza):

     għat-tiġieġ: WG = 3.93 × RPA + 42.

    6.5. Jekk il-kontenut medju ta’ l-ilma (WA) tas-seba’ karkassi kif ikkalkulat taħt 6.2 ma jaqbiżx il-valur mogħti f’6.4 (WG), il-kwantità tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha tiġi meqjusa ta’ livell.




    ANNESS VIII

    KALKOLU TAL-KONTENUT TOTALI TA’ ILMA F'QATGĦAT TAT-TJUR

    (Test kimiku)

    1.   Is-suġġett u l-ambitu

    Dan il-metodu għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kontenut totali ta’ ilma f'ċerti qatgħat tat-tjur. Dan il-metodu għandu jinvolvi l-metodu ta’ kalkolu tal-kontenut ta’ ilma u protejini tal-kampjuni mill-qatgħat omoġenizzati tat-tjur. Il-kontenut totali ta’ ilma kif stabbilit għandu jitqabbel mal-valur tal-limitu mogħti permezz tal-formoli ndikati fil-paragrafu 6.4, biex jiġi stabbilit jekk l-ilma żejjed ġiex imneħħi jew le waqt l-ipproċessar. Jekk l-analista jissusspetta l-preżenza ta’ xi sustanza li tista' tfixkel l-istima, għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha li jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa meħtieġa.

    2.   Definizzjonijiet u proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni

    Id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 1, punt 2) għandhom japplikaw għall-qatgħat tat-tjur imsemmija fl-Artikolu 20. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu ta’ l-anqas kif ġej:

     Sidra tat-tiġieġa: nofs sidra;

     Flett tas-sidra tat-tiġieġa: nofs is-sidra dissussata, mingħajr ġilda,

     Sidra tad-dundjan, fiett tas-sidra tad-dundjan u koxxa dissussata tad-dundjan: porzjonijiet ta’ madwar 100 g,

     Qatgħat oħrajn: kif iddefiniti fl-Artikolu 1, punt 2):

    Fil-każ ta’ prodotti fi kwantità ffriżati jew iffriżati malajr (qatgħat mhux ippakkjati individwalment) il-pakketti l-kbar li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jistgħu jinżammu f'0 °C sakemm il-qatgħat individwali jistgħu jitneħħew.

    3.   Il-prinċipju

    Il-kontenut ta’ l-ilma u l-protejini għandu jiġi stabbilit skond il-metodi ta’ l-ISO (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni) rikonoxxuti jew metodi oħra jew analiżi approvati mill-Kunsill.

    L-ogħla kontenut totali ta’ ilma permissibbli f'qatgħat tat-tjur għandu jiġi stmat mill-kontenut ta’ proteini tal-qatgħat, li jista' jkollu x'jaqsam mal-kontenut fisjoloġiku ta’ l-ilma.

    4.   Apparat u reaġenti

    4.1. Miżien biex jintiżnu l-qatgħat u l-ippakkjar, li jkun kapaċi jiżen bi preċiżjoni ta’ talanqas 1 g.

    4.2. Mannara jew serrieq tal-laħam għall-qtugħ tal-qatgħat fid-daqs xieraq għall-magna ta’ l-ikkappuljat.

    4.3. Magni ta’ l-ikkappuljat li jifilħu għall-istrapazz u magni li jħalltu li jkunu kapaċi jomoġenizzaw qatgħat tat-tjur jew partijiet minnhom.

    Nota:

    Ebda makna ta’ l-ikkappuljat speċjali ma għandha tkun rakkomandata. Għandha jkollha saħħa biżżejjed biex tagħmel ikkappuljat wkoll laħam iffriżat jew iffriżat malajr u għadam biex tipproduċi taħlita omoġenea li tkun tikkorrispondi ma’ dik miksuba minn makna ta’ l-ikkappuljat li jkollha t-toqob b'dijametru ta’ 4 mm.

    4.4. Apparat kif speċifikat fl-ISO 1442, biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma.

    4.5. Apparat kif speċifikat fl-ISO 937, għall-kalkolu tal-kontenut tal-protejini.

    5.   Proċedura

    5.1. Għandhom jittieħdu ħames qatgħat b'mod każwali mill-kwantità ta’ qatgħat tat-tjur li għandhom jiġu verifikati u f'kull każ miżmuma ffriżati jew imkessħin skond il-każ sakemm jingħata bidu għall-analiżi skond il-punti 5.2 sa 5.6.

    Kampjuni minn prodotti fi kwantità ffriżati jew ffriżati malajr li jirreferi għalihom il-punt 2 għandhom jinżammu f'0 °C sakemm jingħata bidu għall-analiżi.

    Dan jista' jsir jew bħala analiżi ta’ kull waħda mill-ħames qatgħat, jew bħala analiżi ta’ kampjun magħmul mill-ħames qatgħat.

    5.2. It-tħejjija għandha tinbeda f'dik is-siegħa wara li l-qatgħat jitneħħew mill-friża jew mill-friġġ.

    5.3. 

    a) Il-parti ta’ barra tal-pakkett għandha tintmesaħ biex jitneħħa s-silġ u l-ilma ta’ fuq barra. Kull qatgħa għandha tintiżen u titneħħa mill-materjal ta’ l-ippakkjar. Wara li l-qatgħat jinqatgħu fi bċejjeċ iżgħar, il-piż tal-qatgħa tat-tjur għandu jkun stabbilit sa l-inqas gramma wara li jitnaqqas il-piż ta’ xi materjal ta’ l-ippakkjar imneħħi biex jagħti P1.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-piż totali tal-ħames qatgħat, imħejjija skond 5.3(a), għandu jiġi stabbilit biex jagħti P5.

    5.4. 

    a) Il-qatgħa sħiħa li l-piż tagħha huwa P1, għandha tiġi kkapuljata mill-magna ta’ l-ikkappuljat speċifikata taħt il-punt 4.3 (u, jekk meħtieġ, imħallta wkoll permezz tal-magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jkun jista' jittieħed kampjun rappresentattiv ta’ kull qatgħa.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-ħames qatgħat li l-piż tagħhom huwa P5 għandhom jiġu kkapuljati f'magna ta’ l-ikkapuljat kf speċifikat taħt il-punt 4.3 (u, fejn meħtieġ, imħallta ukoll permezz ta’ magna li tħallat) biex jinkiseb materjal omoġenu li minnu jistgħu jittieħdu żewġ kampjuni rappresentattivi tal-ħames qatgħat.

    Iż-żewġ kampjuni għandhom jiġu analizzati kif imfisser fil-punti 5.5 u 5.6.

    5.5. Għandu jittieħed kampjun tal-materjal omoġenizzat u dan għandu jiġi wżat minnufih biex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ ilma skond l-ISO 1442 biex jagħti “%” għall-kontenut ta’ ilma.

    5.6. Għandu jittieħed kampjun ta’ materjal omoġenizzat ukoll u għandu jintuża immedjatament biex jistabbilixxi l-kontenut ta’ nitroġenu skond l-ISO 937. Il-kontenut ta’ nitroġenu għandu jiġi mibdul f'kontenut ta’ protejina mhux ipproċessata “b %” billi jiġi mmultiplikat bil-figura 6,25.

    6.   Kalkoli tar-riżultat

    6.1. 

    a) Il-piż ta’ l-ilma (W) f'kull qatgħa għandu jingħata b'aP1/100 u l-piż tal-proteina (RP) b'bP1/100, li t-tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi.

    Għandu jiġi stabbilit it-total tal-piżijiet ta’ l-ilma (W5) u tal-piżijiet tal-proteina (RP5) fil-ħames qatgħat analizzati.

    b) Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju ta’ ilma u protejina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. Il-piż ta’ l-ilma (W5) fil-ħames qatgħat għandu jingħata b'aP5/100, u l-piż tal-protejina (RP5) b’bP5/100, li tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi.

    6.2. Il-piż medju ta’ l-ilma (WA) u tal-protejina (RPA) għandu jiġi kkalkolat billi W5 u RP5 jiġu diviżi b'ħamsa rispettivament.

    6.3. Il-proporzjon tal-medja fiżjoloġika W/RP kif stabbilit b'dan il-metodu huwa kif ġej:

     flett tas-sidra u sidra tat-tiġieġ: 3,19 ± 0,12,

     saqajn u robbi (kwarti) tas-saqajn tat-tiġieġ: 3,78 ± 0,19,

     flett tas-sidra u sidra tad-dundjan: 3,05 ± 0,15,

     koxxa tad-dundjan: 3,58 ± 0,15,

     koxxa tad-dundjan dissussata: 3,65 ± 0,17.

    6.4. Jekk jiġi previst li l-kontenut minimu ta’ l-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat assorbit matul it-tħejjija jkun jammonta għal 2 %, 4 % jew 6 % ( 10 ) skond it-tip ta’ prodotti u l-metodi ta’ tkessiħ applikati, l-ogħla proporzjon ta’ W/RP permissibbli kif stabbilit b'dan il-metodu għandu jkun kif ġej:



     

    Tkessiħ bl-arja

    Tkessiħ b’raxx ta’ arja:

    Tkessiħ b’immersjoni:

    Flett tas-sidra tat-tiġieġa, mingħajr ġilda

    3,40

    3,40

    3,40

    Sidra tat-tiġieġa, bil-ġilda

    3,40

    3,50

    3,60

    (ċ) koxox tat-tiġieġ, drumsticks, saqajn, saqajn b'porzjon mid-dahar, robbi tas-saqajn, bil-ġilda

    4,05

    4,15

    4,30

    Flett tas-sidra tad-dundjan, mingħajr ġilda

    3,40

    3,40

    3,40

    Sidra tad-dundjan, bil-ġilda

    3,40

    3,50

    3,60

    Koxox tad-dundjan, drumsticks, saqajn, bil-ġilda

    3,80

    3,90

    4,05

    Koxxa dissussata tad-dundjan, mingħajr ġilda

    3,95

    3,95

    3,95

    Jekk il-proporzjon tal-medja WA/RPA tal-ħames qatgħat kif ikkalkolat mill-valuri taħt il-punt 6.2 ma jkunx aktar mill-proporzjon mogħti fil-punt 6.4, il-kwantità tal-qatgħat tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies konformi.




    ANNESS IX

    KONTROLL TA’ L-ASSORBIMENT TA’ L-ILMA FL-ISTABBILIMENT TAL-PRODUZZJONI

    (Test tal-biċċerija)

    1. Għallinqas darba f'kull perjodu tax-xogħol ta’ tmien sigħat:

    jintgħażlu 25 karkassa b'mod aleatorju mil-linja fejn jitneħħa l-intern immedjatament wara li jitneħħilhom l-intern u wara li jitneħħa l-iskart u x-xaħam u qabel l-ewwel ħasla sussegwenti.

    2. Jekk ikun hemm bżonn, neħħi l-għonq bi qtugħ, bil-ġilda ta’ l-għonq titħalla mwaħħla mal-karkassa.

    3. Identifika kull karkassa individwalment. Iżen kull karkassa u niżżel il-piż tagħha sa l-eqreb gramma.

    4. Erġa’ onxor il-karkassa tat-test fuq il-linja ta’ tneħħija tal-intern biex jitkompla l-proċess normali tal-ħasil, tkessiħ, taqtir, eċċ.

    5. Neħħi l-karkassi identifikati fl-aħħar tal-linja tat-taqtir mingħajr ma jitħallielhom aktar żmien milli joqtru milli jkun normalment permess għat-tjur mil-lott li jkun ittieħed il-kampjun minnu.

    6. Il-kampjun għandu jkun magħmul mill-ewwel 20 karkassa rkuprata. Għandhom jintiżnu mill-ġdid. Għandu jiġi mniżżel il-piż tagħhom sa l-eqreb gramma kontra l-piż imniżżel fl-ewwel użin. It-test għandu jiġi ddikjarat null jekk jiġu rkuprati inqas minn 20 karkassa identifikati.

    7. Neħħi l-identifikazzjoni mill-karkassi kampjuni u ħalli l-karkassi jkomplu fl-operazzjonijiet normali ta’ l-ippakkjar tagħhom.

    8. Stabbilixxi l-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ ilma billi tnaqqas il-piż totali ta’ dawn l-istess karkassi wara l-ħasil, it-tkessiħ u t-taqtir, bid-differenza tkun diviża bil-piż tal-bidu u r-riżultat jiġi mmultiplikat b’100.

    9. Minflok l-użin manwali kif deskritt taħt il-punti 1 sa 8 jistgħu jintużaw linji ta’ wżin awtomatiċi biex jiġi stabbilit il-persentaġġ ta’ assorbiment ta’ l-umdità għall-istess numru ta’ karkassi u skond l-istess prinċipji, sakemm il-linja ta’ l-użin awtomatiku tkun approvata minn qabel għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti.

    10. Ir-riżultat ma għandux jaqbeż il-perċentwali li ġejjin tal-piż tal-bidu tal-karkassa jew kwalunkwe figura oħra li tippermetti l-konformità mal-kontenut massimu barrani totali ta’ l-ilma: —tkessiħ ta’ l-arja: 0,1 %, —tkessiħ ta’ spray ta’ arja: 2,0 %, —tkessiħ ta’ immersjoni 4,5 %.

    tkessiħ bl-arja

    :

    0 %,

    tkessiħ b’raxx ta’ arja

    :

    2 %,

    tkessiħ b’immersjoni

    :

    4,5 %,




    ANNESS X

    DEFINIZZJONIJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 16(6)

    bil-Bulgaru

    :

    Съдържанието на вода превишава нормите на ЕО

    bl-Ispanjol

    :

    Contenido en agua superior al límite CE

    biċ-Ċek

    :

    Obsah vody překračuje limit ES

    bid-Daniż

    :

    Vandindhold overstiger EF-Normen

    bil-Ġermaniż

    :

    Wassergehalt über dem EG-Höchstwert

    bl-Estonjan

    :

    Veesisaldus ületab EÜ normi

    bil-Grieg

    :

    Περιεκτικότητα σε νερό ανώτερη του ορίου ΕΚ

    bl-Ingliż

    :

    Water content exceeds EC limit

    bil-Franċiż

    :

    Teneur en eau supérieure à la limite CE

    bit-Taljan

    :

    Tenore d’acqua superiore al limite CE

    bil-Latvjan

    :

    Ūdens saturs pārsniedz EK noteikto normu

    bil-Litwan

    :

    Vandens kiekis viršija EB nustatytą ribą

    bl-Ungeriż

    :

    Víztartalom meghaladja az EK által előírt határértéket

    bil-Malti

    :

    Il-kontenut ta’ l-ilma superjuri għal-limitu KE

    bl-Olandiż

    :

    Watergehalte hoger dan het EG-maximum

    bil-Pollakk

    :

    Zawartość wody przekracza normę WE

    bil-Portugiż

    :

    Teor de água superior ao limite CE

    bir-Rumen

    :

    Conținutul de apă depășește limita CE

    bis-Slovakk

    :

    Obsah vody presahuje limit ES

    bis-Sloven

    :

    Vsebnost vode presega ES omejitev

    bil-Finlandiż

    :

    Vesipitoisuus ylittää EY-normin

    bl-Iżvediż

    :

    Vattenhalten överstiger den halt som är tillåten inom EG.




    ANNESS XI

    LISTA TA’ LABORATORJI TA’ REFERENZA

    Il-Belġju

    Instituut voor Landbouw- en Visserijonderzoek (ILVO)

    Eenheid Technologie en Voeding

    Productkwaliteit en voedselveiligheid

    Brusselsesteenweg 370

    B-9090 Melle

    Il-Bulgarija

    Национален диагностичен научно-изследователски ветеринарно-медицински институт

    (National Diagnostic Research Veterinary Medicine Institute)

    бул. „Пенчо Славейков“ 15

    (15, Pencho Slaveikov str.)

    София–1606

    (Sofia–1606)

    Ir-Repubblika Ċeka

    Státní veterinární ústav Jihlava

    Národní referenční laboratoř pro mikrobiologické,

    chemické a senzorické analýzy masa a masných výrobků

    Rantířovská 93

    CZ-586 05 Jihlava

    Id-Danimarka

    Fødevarestyrelsen

    Fødevareregion Øst

    Afdeling for Fødevarekemi

    Søndervang 4

    DK-4100 Ringsted

    ▼C1

    Germany

    Max Rubner-Institut

    Bundesforschungsinstitut für Ernährung und Lebensmittel

    (Federal Research Institute of Nutrition and Food)

    - Institut für Sicherheit und Qualität bei Fleisch -

    (Department of Safety and Quality of Meat)

    E.-C.-Baumann-Str. 20

    D-95326 Kulmbach […]

    ▼B

    L-Estonja

    Veterinaar- ja Toidulaboratoorium

    Kreutzwaldi 30

    EE-51006 Tartu

    Irlanda

    National Food Centre

    Teagasc

    Dunsinea

    Castleknock

    IE-Dublin 15

    Il-Greċja

    Ministry of Rural Development & Food

    Veterinary Laboratory of Larisa

    7th km Larisa-Trikalοn st.

    GR-411 10 Larisa

    Spanja

    Laboratorio Arbitral Agroalimentario

    Carretera de La Coruña, km 10,700

    E-28023 Madrid

    Franza

    SCL Laboratoire de Lyon

    10, avenue des Saules

    BP 74

    F-69922 Oullins

    ▼C1

    Italy

    Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

    Ispettorato centrale per il controllo della qualità dei prodotti agroalimentari

    Laboratorio di Modena

    Via Jacopo Cavedone N. 29

    IT – 41100 Modena […]

    ▼B

    Ċipru

    Agricultural Laboratory

    Department of Agriculture

    Loukis Akritas Ave; 14

    CY-Lefcosia (Nicosia)

    Il-Latvja

    Pārtikas un veterinārā dienesta

    Nacionālais diagnostikas centrs

    Lejupes iela 3,

    Rīga, LV-1076

    Il-Litwanja

    Nacionalinė veterinarijos laboratorija

    J. Kairiūkščio g. 10

    LT-2021 Vilnius

    Il-Lussemburgu

    Laboratoire National de Santé

    Rue du Laboratoire, 42

    L-1911 Luxembourg

    ▼C1

    Hungary

    Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal Központ Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság

    (Central Agricultural Office Food and Feed Safety Directorate)

    Budapest 94. Pf. 1740

    Mester u. 81

    HU-1465

    ▼B

    Malta

    Malta National Laboratory

    UB14, San Gwann Industrial Estate

    San Gwann, SGN 09

    Malta

    L-Olanda

    RIKILT — Instituut voor Voedselveiligheid

    Bornsesteeg 45, gebouw 123

    6708 AE Wageningen

    Nederland

    L-Awstrija

    Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

    Institut für Lebensmitteluntersuchung Wien

    Abteilung 6 — Fleisch und Fleischwaren

    Spargelfeldstraße 191

    A-1226 Wien

    Il-Polonja

    Centralne Laboratorium Głównego Inspektoratu Jakości

    Handlowej Artykułów Rolno-Spożywczych

    ul. Reymonta 11/13

    60-791 Poznań

    Polska

    Il-Portugall

    Autoridade de Segurança Alimentar e Económica — ASAE

    Laboratório Central da Qualidade Alimentar — LCQA

    Av. Conde Valbom, 98

    P-1050-070 Lisboa

    Ir-Rumanija

    Institutul de Igienă și Sănătate Publică Veterinară

    Str. Câmpul Moșilor, nr. 5, Sector 2

    București

    Is-Slovenja

    Univerza v Ljubljani

    Veterinarska fakulteta

    Nacionalni veterinarski inštitut

    Gerbičeva 60

    SI-1115 Ljubljana

    Is-Slovakkja

    Štátny veterinárny a potravinový ústav

    Botanická 15

    842 52 Bratislava

    Slovenská republika

    Il-Finlandja

    Elintarviketurvallisuusvirasto Evira

    Mustialankatu 3

    FI-00710 Helsinki

    L-Iżvezja

    Livsmedelsverket

    Box 622

    S-75126 Uppsala

    Ir-Renju Unit

    Laboratory of the Government Chemist

    Queens Road

    Teddington

    TW11 0LY

    United Kingdom




    ANNESS XII

    Kompiti u struttura organizzattiva tal-kumitat ta’ esperti speċjalizzati fil-kontroll tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur

    Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

    a) jipprovdi informazzjoni dwar metodi analitiċi u ttestjar komparattiv fir-rigward tal-kontenut ta’ ilma tal-laħam tat-tjur lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza;

    b) jikkoordina l-applikazzjoni mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza nazzjonali tal-metodi msemmija fil-punt (a), billi b'mod partikolari jorganizza testijiet komparattivi, partikolarment dawk ta’ l-attitudni;

    ċ) jappoġġa l-laboratorji nazzjonali ta’ referenza f’dak li għandu x’jaqsam mat-testijiet ta’ l-attitudni u jipprovdilu għajnuna xjentifika għall-evalwazzjoni statistika tad-dejta u għat-tfassil ta’ rapporti;

    d) jikkoordina r-riċerka fil-metodi analitiċi ġodda u jgħarraf lil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza bil-progress magħmul f’dan il-qasam;

    e) jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni, speċjalment f'każijiet fejn ir-riżultati tat-testijiet jiġu kkontestati bejn l-Istati Membri.

    Il-kumitat ta’ l-esperti msemmi fl-Artikolu 19 huwa organizzati kif ġej:

    Il-kumitat ta’ l-esperti speċjalizzati fil-kontroll ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma fil-laħam tat-tjur huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istitut tal-Materjali u tal-Miżuri ta’ Referenza (IRMM) taċ-Ċentru Komuni ta’ Riċerka (CCR), tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, kif ukoll minn tliet laboratorji nazzjonali ta’ referenza. Ir-rappreżentant ta’ l-IRMM għandu jaġixxi bħala president tal-bord u għandu jaħtar il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza b’sistema ta’ rotazzjoni. L-awtorità ta’ l-Istat Membru responsabbli għal-laboratorju nazzjonali ta’ referenza magħżul għandu mbagħad jaħtar esperti individwali fil-monitoraġġ tal-kontneut ta’ l-ilma fl-ikel sabiex iservu fuq il-bord. Permezz ta’ rotazzjoni annwali, laboratorju nazzjonali ta’ referenza jiġi sostitwit kull darba, sabiex jiġi żgurat grad ta’ kontinwità fuq il-bord. L-ispejjeż imġarrba mill-esperti u/jew mil-laboratorji nazzjonali ta’ referenza ta’ l-Istati Membri fl-eżerċiżżju tal-funzjonijiet tagħhom skond is-Sezzjoni ta’ dan l-Anness għandhom jitħallsu mill-Istati Membri rispettivi.

    Il-kompiti tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza

    Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza elenkati fl-Anness XI huma responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

    a) jikkoordinaw l-attivitajiet tal-laboratorji nazzjonali responsabbli għall-analiżi tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur;

    b) jgħinu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru biex jorganizza sistema għall-osservazzjoni tal-kontenut ta’ ilma fil-laħam tat-tjur;

    ċ) jieħdu sehem f’testijiet komparattivi (testijiet ta’ attitudni) bejn il-laboratorji nazzjonali varji li msemmija fil-punt a);

    d) jiżguraw t-tixrid li l-informazzjoni fornuta mill-kumitat ta’ l-esperti lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti u lill-laboratorji nazzjonali msemmija fil-punt a);

    e) Jikkollaboraw mal-kumitat ta’ l-esperti u, jekk maħtura biex jidħlu fil-bors ta’ l-esperti, iħejju l-kampjuni meħtieġa tat-testijiet, inkluż l-ittestjar għall-omoġeneità, u jirranġaw għat-trasport kif xieraq.

    ▼M2




    ANNESS XIIa

    Prodotti msemmija fl-Artikolu 18 (1)



    Dejta ta' kontroll għall-karkassi sħaħ tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

    Kampjun Nru tal-ID

    Produttur Nru tal-ID

    Tkessiħ Metodu

    Anness VI (1)

    Telf f’Taqtir (3)

    %

    Anness VI (1)

    Limitu ta' Telf f’Taqtir

    Anness VII (1)

    Piż

    [g] (2)

    Anness VII (1)

    Ilma

    (WA) [g]

    Anness VII (1)

    Proteina

    (RPA) [g]

    Anness VII (1)

    Limitu ta' Ilma

    (Wg) [g]

    Aktar mil-Limitu

    X

    Azzjoni

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    (1)   Annessi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008

    (2)   Piż – piż medju ta' 7 karkassi [g]

    (3)   Telf f'Taqtir – telf medju tal-ilma f' % ta' 20 karkassa

    Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu



    Dejta ta' kontroll għall-karkassi tat-tiġieġ mill-1.1.2… – 31.12.2…

    Kampjun Nru tal-ID

    Speċi (1)

    Tip ta’ qatgħat

    Produttur Nru tal-ID

    Tkessiħ Metodu (2)

    Ilma

    (WA) %

    Proteina

    (RPA) %

    Proporzjoni Ilma/Proteina

    Limitu mir-Regolament

    Aktar mil-Limitu

    X

    Azzjoni

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    (1)   T = It-Turkija, C = Tiġieġ

    (2)   A = Tkessiħ tal-arja, AS = Tkessiħ b’raxx ta’ arja, IM = Tkessiħ b’immersjoni

    Biex tintbagħat lil: AGRI-C4-ANIMAL-PRODUCTS@ec.europa.eu

    ▼B




    ANNESS XIII



    Tabella ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KEE) Nru 1906/90

    Regolament (KEE) Nru 1538/91

    Dan ir-Regolament

     

    Artikolu 1

    Artikolu 1

     

    Artikolu 1 bis, termini introduttivi

    Artikolu 2, termini introduttivi

    Artikolu 2, punti (2), (3) u (4)

     

    Artikolu 2, punti (a), (b) u (ċ)

    Artikolu 2, punt (8)

     

    Artikolu 2, punt (d)

     

    Artikolu 1 bis, l-ewwel u t-tieni inċiż

    Artikolu 2, punti (e) u f)

     

    Artikolu 2

    Artikolu 3, paragrafi (1) sa (4)

    Artikolu 4

     

    Artikolu 3, paragrafu (5)

     

    Artikolu 3

    Artikolu 4

     

    Artikolu 4

    Artikolu 5, paragrafu (1)

    Artikolu 5, paragrafi (1) sa (4)

     

    Artikolu 5, paragrafi 2 sa 5

    Artikolu 6

     

    Artikolu 5, paragrafu (6)

     

    Artikolu 5

    Artikolu 6

     

    Artikolu 6, paragrafu 1, termini introduttivi

    Artikolu 7, paragrafu 1, termini introduttivi

     

    Artikolu 6(1), l-ewwel sas-sitt inċiż

    Artikolu 7(1)(a) to (f)

     

    Artikolu 6, paragrafu 2, termini introduttivi

    Artikolu 7, paragrafu 2, termini introduttivi

     

    Artikolu 6, paragrafu 2, l-ewwel sar-raba’ inċiż

    Artikolu 7, paragrafu (2)(a) sa (d)

     

    Artikolu 7, paragrafu (1)

    Artikolu 8, paragrafu (1)

     

    Artikolu 7, paragrafu (3)

    Artikolu 8, paragrafu (2)

     

    Artikolu 7, paragrafu (4)

    Artikolu 8, paragrafu (3)

     

    Artikolu 7, paragrafu (5)

    Artikolu 8, paragrafu (4)

     

    Artikolu 7, paragrafu (6)

    Artikolu 8, paragrafu (5)

     

    Artikolu 8, paragrafu (1)

    Artikolu 9, paragrafu (1)

     

    Artikolu 8, paragrafu (2)

    Artikolu 9, paragrafu (2)

     

    Artikolu 8, paragrafu 3, termini introduttivi

    Artikolu 9, paragrafu 3, termini introduttivi

     

    Artikolu 8(3) l-ewwel inċiż

    Artikolu 9(3)(a)

     

    Artikolu 8, paragrafu (3), it-tieni inċiż

    Artikolu 9, paragrafu (3)(b), punt (b)

     

    Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi

    Artikolu 9, paragrafu (4), l-ewwel inċiż, termini introduttivi

     

    Artikolu 8, paragrafu (4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż

    Artikolu 9(4) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (c)

     

    Artikolu 8, paragrafu 4, it-tieni inċiż

    Artikolu 9, paragrafu 4, it-tieni inċiż

     

    Artikolu 8, paragrafi (5) sa (12)

    Artikolu 9, paragrafi (5) sa (12)

     

    l-Artikolu 8(13), l-ewwel inċiż

     

    Artikolu 8, paragrafu 13, it-tieni inċiż

    Artikolu 9, paragrafu (13)

     

    Artikolu 9

    Artikolu 10

     

    Artikolu 10

    Artikolu 11

     

    Artikolu 11, paragrafu 1, termini introduttivi

    Artikolu 12, paragrafu 1, termini introduttivi

     

    Artikolu 11, paragrafu 1, l-ewwel sar-raba’ inċiż

    Artikolu 12(1)(a) sa (d)

     

    Artikolu 11, paragrafu (2)

    Artikolu 12, paragrafu (2)

     

    Artikolu 11(2)(a)

    Artikolu 12, paragrafu (3)

     

    Artikolu 11, paragrafu 2 ter

    Artikolu 12, paragrafu (4)

     

    Artikolu 11, paragrafu 3, termini introduttivi

    Artikolu 12, paragrafu 5, termini introduttivi

     

    Artikolu 11, paragrafu 3, l-ewwel sar-raba’ inċiż

    Artikolu 12(5)(a) sa (d)

     

    Artikolu 11, paragrafu (4)

    Artikolu 12, paragrafu (6)

     

    Artikolu 12

    Artikolu 13

     

    Artikolu 13

    Artikolu 14

     

    Artkolu 14 bis, paragrafi 1 u 2

    Artikolu 15

     

    Artkolu 14 bis, paragrafi 3 sa 5

    Artikolu 16(1) sa (3)

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 5 bis

    Artikolu 16, paragrafu (4)

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 6

    Artikolu 16, paragrafu (5)

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu (7), l-ewwel inċiż, termini introduttivi

    Artikolu 16(6), l-ewwel inċiż

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, inċiżi

    Anness X

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 7, it-tieni u it-tielet subparagrafi

    Artikolu 16(6) it-tieni u it-tielet subparagrafi

     

    Artkolu 14 bis, paragrafi 8 sa 12

    Artikolu 17, paragrafi 1 sa 5

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 12 bis

    Artikolu 18, paragrafu (1)

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 13

    Artikolu 18, paragrafu (2)

     

    Artikolu 14 bis, paragrafu 14

    Artikolu 19

     

    Artikolu14 ter, paragrafu1

    Artikolu 20, paragrafu (1)

     

    Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi

    Artikolu 20, paragrafu (2), l-ewwel inċiż, termini introduttivi

     

    Artikolu 14 ter, paragrafu (2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tielet inċiż

    Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu punti (a) sa (ċ)

     

    Artikolu 14 ter, paragrafu 2, it-tieni inċiż

    Artikolu 20, paragrafu 2, it-tieni inċiż

     

    Artikolu 14 ter, paragrafi 3 u 4

    Artikolu 20(3) u (4)

     

    Artikolu 15

     

    Artikolu 21

     

    Artikolu 22

     

    Anness I

    Anness I

     

    Anness I bis

    Anness II

     

    Anness II

    Anness III

     

    Anness III

    Anness IV

     

    Anness IV

    Anness V

     

    Anness V

    Anness VI

     

    Anness VI

    Anness VII

     

    Anness VI bis

    Anness VIII

     

    Anness VII

    Anness IX

     

    Anness VIII

    Anness XI

     

    Anness IX

    Anness XII

     

    Anness XIII



    ( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 470/2008 (ĠU L 140, 30.5.2008, p. 1).

    ( 2 ) ĠU L 173, 6.7.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1029/2006 (ĠU L 186, 7.7.2006, p. 6).

    ( 3 ) ĠU L 143, 7.6.1991, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1474/2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 14).

    ( 4 ) ĠU L 46, 21.2.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).

    ( 5 ) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

    ( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

    ( 7 ) Ħruq tal-friża: (fis-sens ta’ tnaqqis tal-kwalità) tnixxif ftit jew wisq lokalizzat u irriversibbli tal-ġilda jew tal-laħam, li jista’ jwassal għal tibdiliet li jaffettwaw:

     il-lewn oriġinali (li ġeneralment isir aktar bajdani) jew

     it-togħma u r-riħa (assenza ta’ togħma jew ħsaa) jew

     il-konsistenza (niexfa, bħal sponża).

    ( 8 ) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

    ( 9 ) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-karkassa bl-esklużjoni ta’ l-ilma barrani assorbit.

    ( 10 ) Ikkalkulat fuq il-bażi tal-qatgħa, mingħajr ilma assorbit b'mod barrani. Għall-fletti (bla ġilda) u koxox dissussati tad-dundjan, il-perċentwali hija ta’ 2 % għal kull wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ.

    Top