EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0351-20080501

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ twissija bikrija u ta' reazzjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2008/351/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/351/2008-05-01

2008D0351 — MT — 01.05.2008 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/351/KE)

(ĠU L 117 1.5.2008, p. 40)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 080, 31.3.2016, p.  48 (2008/351/KE)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2000/57/KE b'rigward avvenimenti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1574)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/351/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta’ netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta’ mard li jinxtered fil-Komunità ( 1 ), u b’mod partikolari Artikoli 1 u 7 tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jistipula ġrajjiet li għandhom jiġu rrapportati mill-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti pubbliċi ta’ kull Stat Membru fi ħdan dik is-sistema.

(2)

Is-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ tan-netwerk Komunitarju għandha tiġi riżervata għal dawk il-ġrajjiet definiti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/96/KE ( 3 ), jew mard ieħor li jittieħed skond l-Artikolu 7 ta’ dik id-Deċiżjoni, li, weħidhom jew f’assoċjazzjoni ma’ grajjiet oħra simili, għandhom jew jista’ jkollhom il-potenzjal li jsiru theddid għas-saħħa pubblika.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea qies li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u n-netwerk Komunitarju skond id-Deċiżjoni Nru 2119.98.KR għandha tiġi mtarfa dwar l-emerġenzi potenzjali tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali fl-istess ħin bħan-netwerk Komunitarju, biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien.

(4)

Skond ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2007, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jgħarrfu jew jikkonsultaw l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar ċerti ġrajjiet pubbliċi tas-saħħa, b’mod partikolari dawk li jistgħu jkunu ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, kif ukoll dwar kwalunkwe miżura tas-saħħa implimentata bħala rispons għal dawk il-ġrajjiet.

(5)

Dawn l-avviżi u konsultazzjonijiet rigward il-mard li jittieħd skond l-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE għandhom jiġu mtarfa permezz tas-sistema ta’ ►C1  twissija bikrija u ta' reazzjoni ◄ stabbilita mid-Deċiżjoni 2000/57/KR fl-istess ħin bħal lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati mill-aktar fis.

(6)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/57/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Fl-Anness I għad-Direttiva 2000/57/KE, il-punt 5 li ġej huwa miżjud:

“5. Manifestazzjoni ta’ marda jew okkorrenza li toħloq potenzjal għal marda skond l-Artikolu 1 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005) li hi marda li tittieħed għandha tiġi mtarfa lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skond l-Artikolu 6 tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005).”



( 1 ) GU L 268, 3.10.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48).

( 2 ) ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

( 3 ) ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/875/KE.

Top