Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 94de1156-8120-11eb-9ac9-01aa75ed71a1

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 801/2013 tat-22 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfi, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

02013R0801 — MT — 23.08.2013 — 000.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2013

tat-22 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfi, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 225 23.8.2013, p. 1)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 048, 11.2.2021, p.  7 (801/2013)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2013

tat-22 ta’ Awwissu 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1275/2008 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfi, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 642/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) 

It-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalitajiet standby u mitfi u fil-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄

(2) 

L-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u f’modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju.

Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju li jitqiegħed fis-suq bi provvisti tal-enerġija esterni b’vultaġġ baxx biex jaħdem kif suppost.”

(3) 

Fl-Artikolu 2, jiddaħħlu dawn id-definizzjonijiet:

“10. 

“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

11. 

►C1  standby man-netwerk ◄ ” tfisser il-kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun jista’ jerġa’ jħaddem funzjoni permezz ta’ kmand mill-bogħod li jingħata minn konnessjoni ta’ netwerk;

12. 

“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra t-tagħmir, permezz ta’ netwerk;

13. 

“port tan-netwerk” tfisser interfaċċja fiżika, bil-fili jew bla fili, tal-konnessjoni tan-netwerk li tkun fit-tagħmir u li permezz tagħha, it-tagħmir ikun jista’ jiġi attivat mill-bogħod;

14. 

“port tan-netwerk loġiku” tfisser it-teknoloġija ta’ netwerk li tiffunzjona fuq port tan-netwerk fiżiku;

15. 

“port tan-netwerk fiżiku” tfisser mezz fiżiku (ħardwer) ta’ port tan-netwerk. Port tan-netwerk fiżiku jista’ jieħu żewġ teknoloġiji ta’ netwerk jew aktar;

16. 

“disponibbiltà tan-netwerk” tfisser il-kapaċità tat-tagħmir li jerġa’ jħaddem funzjonijiet wara li kmand mogħti mill-bogħod jiġi rikonoxxut minn port tan-netwerk;

17. 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk” tfisser kwalunkwe tagħmir li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ netwerk u li jkollu port tan-netwerk wieħed jew aktar;

18. 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk b’disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (tagħmir HiNA) tfisser tagħmir b’waħda jew aktar minn dawn il-funzjonalitajiet, iżda mhux b’aktar, bħala l-funzjonalità/funzjonalitajiet ewlenija/ewlenin: router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili, hub, modem, telefown VoIP, vidjofown;

19. 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk b’funzjonalità ta’ disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (tagħmir b’funzjonalità HiNA) tfisser tagħmir bil-funzjonalità ta’ router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili jew kombinazzjoni tagħhom inkluża, iżda li ma jkunx tagħmir HiNA;

20. 

router” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiddetermina liema tkun l-aħjar mogħdija li minnha għandu jgħaddi t-traffiku tan-netwerk. Ir-routers jibagħtu pakketti minn netwerk għall-ieħor, abbażi tal-informazzjoni dwar il-livell tan-netwerk (L3);

21. 

“swiċċ ta’ netwerk” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiffiltra, jibgħat u jqassam frames abbażi tal-indirizz ta’ destinazzjoni ta’ kull frame. L-iswiċċis kollha jiffunzjonaw, mill-anqas, fil-livell tal-konnessjoni tad-dejta (L2);

22. 

“punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili” tfisser apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jipprovdi konnettività IEEE 802.11 (Wi-Fi) lil diversi klijenti;

23. 

hub” tfisser apparat tan-netwerk li jkollu diversi portijiet u li jintuża għall-konnessjoni ta’ segmenti ta’ Netwerk ta’ Żona Lokali (LAN – Local Area Network);

24. 

“modem” tfisser apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jittrażmetti u jirċievi sinjali analogi modulati diġitalment fuq netwerk bil-fili;

25. 

“tagħmir li jipprintja” tfisser tagħmir li jagħti output fuq il-karta minn input elettroniku. It-tagħmir li jipprintja jista’ jkollu funzjonijiet addizzjonali u jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala apparat jew prodott multifunzjonali;

26. 

“tagħmir li jipprintja b’format kbir” tfisser tagħmir li jipprintja ddisinjat biex jipprintja fuq materjal ta’ format A2 jew akbar, inkluż tagħmir iddisinjat biex jieħu materjal kontinwu wiesa’ mill-anqas 406 mm;

27. 

“sistema ta’ telepreżenza” tfisser sistema dedikata li tintuża għal vidjokonferenzi u kollaborazzjonijiet b’definizzjoni għolja li tinkludi interfaċċja tal-utent, kamera b’definizzjoni għolja, unità tal-wiri, sistema tal-awdjo u kapaċitajiet tal-ipproċessar għall-kodifikazzjoni (encoding) u d-dekodifikazzjoni (decoding) tal-vidjo u tal-awdjo;

28. 

“magna tal-kafè tad-dar” tfisser tagħmir mhux għall-użu kummerċjali li jagħmel il-kafè;

29. 

“magna tal-kafè tad-dar bi drip-filter” tfisser magna tal-kafè tad-dar li tipperkola l-kafè;

30. 

“element tat-tisħin” tfisser komponent tal-magna tal-kafè li juża l-enerġija elettrika biex isaħħan l-ilma;

31. 

“tisħin minn qabel tat-tazza” tfisser funzjoni li ssaħħan minn qabel it-tazez, li wara, jinħażnu fuq il-magna tal-kafè;

32. 

“ċiklu tat-tisjir” tfisser il-proċess li jrid jitwettaq biex jiġi prodott il-kafè;

33. 

“tindif awtomatiku” tfisser proċess li l-magna tal-kafè twettaq biex tnaddaf il-parti ta’ ġewwa tagħha. Dan il-proċess jista’ jkun tlaħliħa ħafifa jew proċess ta’ ħasil bl-użu ta’ addittivi speċifiċi;

34. 

“tneħħija tal-ġebla” tfisser proċess li l-magna tal-kafè twettaq biex tneħħi għalkollox, jew parzjalment, il-formazzjoni ta’ ġebla fuq il-parti ta’ ġewwa tagħha;

35. 

“klijent desktop ħafif” tfisser kompjuter li jiddependi minn konnessjoni ma’ riżorsi informatiċi mill-bogħod (eż., server informatiku, workstation mill-bogħod) biex jikseb funzjonalità primarja u ma jkollux mezz ta’ ħżin ta’ memorja rotazzjonali integrat fil-prodott. L-unità ewlenija ta’ klijent desktop ħafif għandha tkun maħsuba għall-użu f’post fiss (eż., fuq desk) u mhux li tkun tista’ tinġarr. Il-klijenti desktop ħfief jistgħu jibagħtu l-informazzjoni kemm lil unità tal-wiri esterna kif ukoll, fejn din tkun inkluża fil-prodott, lil unità interna.

36. 

“workstation” tfisser kompjuter bi prestazzjoni għolja li jintuża minn utent wieħed, għal xogħol ta’ grafika, CAD (Kompjuter Aided Design), żvilupp ta’ softwer, applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi, fost kompiti oħra ta’ kalkolu intensiv, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikollu żmien medju ta’ bejn il-ħsarat (MTBF - mean time between failures) ta’ mill-anqas 15 000 siegħa;

(b) 

ikollu kodiċi tal-korrezzjoni ta’ żbalji (ECC - error-correcting code) u/jew memorja bbaferjata;

(c) 

jissodisfa tlieta minn dawn il-ħames karatteristiċi:

(1) 

ikollu appoġġ tal-enerġija supplimentari għal grafiki tal-ogħla livell (jiġifieri, alimentazzjoni ta’ enerġija supplimentari ta’ 12 V, 6-pin, PCI-E);

(2) 

is-sistema tiegħu jkollha fili għal × 4 PCI-E, jew għal aħjar, fuq il-motherboard apparti s-slot(s) tal-grafiki u/jew l-appoġġ għal PCI-X;

(3) 

ma jappoġġax grafiki b’aċċess uniformi għall-memorja (UMA - uniform memory access);

(4) 

jinkludi ħames slottijiet PCI, PCI-E jew PCI-X, jew aktar;

(5) 

huwa kapaċi li jagħti appoġġ ta’ proċessuri multipli għal żewġ CPUs jew aktar (irid ikun kapaċi jappoġġja pakketti/sokits tas-CPU li jkunu fiżikament separati, jiġifieri kapaċità li mhijiex issodisfata minn CPU uniku b’nuklei multipli);

37. 

workstation mobbli” tfisser kompjuter bi prestazzjoni għolja li jintuża minn utent wieħed, l-aktar għal xogħol ta’ grafika, CAD, żvilupp ta’ softwer, applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi, fost kompiti oħra ta’ kalkolu intensiv, għajr għal-logħob, u li jkun iddisinjat speċifikament biex ikun jista’ jinġarr u jitħaddem għal perjodi ta’ ħin twal kemm jekk imqabbad ma’ provvista ta’ enerġija AC kif ukoll jekk le. Il-workstations mobbli jużaw unità ta’ wiri integrata u jistgħu jitħaddmu b’batterija integrata jew bi provvista tal-enerġija portabbli oħra. Il-biċċa l-kbira tal-workstations mobbli jużaw provvista tal-enerġija esterna u ħafna minnhom ikollhom tastiera u mezz għall-ippuntar integrati.

Workstation mobbli jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikollu żmien medju ta’ bejn il-ħsarat (MTBF - mean time between failures) ta’ mill-anqas 13 000 siegħa;

(b) 

ikollu kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa l-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

(c) 

jappoġġja l-inklużjoni ta’ tliet mezzi interni ta’ ħżin jew aktar;

(d) 

jappoġġja mill-inqas 32 GB ta’ memorja tas-sistema;

38. 

“server żgħir” tfisser tip ta’ kompjuter li s-soltu juża komponenti ta’ kompjuter desktop fl-għamla ta’ kompjuter desktop iżda li primarjament ikun iddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn u jwettaq funzjonijiet bħall-għoti ta’ servizzi ta’ infrastruttura tan-netwerk u l-ilqugħ ta’ dejta/midja, u li jkollu l-karatteristiki li ġejjin:

(a) 

ikun iddisinjat f’għamla ta’ pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter desktop b’tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħżin, u l-interfaċċja tan-netwerk ikunu miġbura f’kaxxa waħda;

(b) 

ikun iddisinjat biex jaħdem 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa;

(c) 

ikun primarjament iddisinjat biex jopera f’ambjent b’utenti multipli simultanjament filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta’ unitajiet ta’ klijenti f’netwerk

(d) 

fejn imqiegħed fis-suq b’sistema operatorja, is-sistema operatorja tkun mfassla għal server tad-dar jew applikazzjonijiet ta’ server ta’ livell baxx;

(e) 

ma jitqiegħedx fis-suq b’kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ħlief dik tal-G1;

39. 

“server informatiku” tfisser prodott ta’ kompjuterizzazzjoni li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbda b’netwerk ma’ apparati klijenti, bħal kompjuters desktop, kompjuters notebook, terminals ħfief desktop, telefowns tal-protokoll tal-Internet (IP), jew servers informatiċi oħrajn. Server informatiku tipikament jitqiegħed fis-suq għall-użu f’ċentri tad-dejta u f’ambjenti ta’ uffiċċji/korporattivi. Server informatiku primarjament isir aċċess għalih permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta’ apparati ta’ input dirett mill-utent, bħat-tastiera jew il-maws;

Server informatiku jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikun iddisinjat biex jappoġġja sistemi operatorji (OS) tas-servers informatiċi u/jew ipervisuri, u jkun mmirat biex iħaddem applikazzjonijiet għall-intrapriżi installati mill-utent;

(b) 

jappoġġja l-kodiċi tal-korrezzjoni tal-iżbalji (ECC) u/jew il-memorja bbaferjata (li tinkludi kemm moduli ta’ memorja bbaferjata dual in-line (DIMMs – dual in-line memory modules) kif ukoll konfigurazzjonijiet baferjati on board (BOB- buffered on board));

(c) 

jitqiegħed fis-suq bi provvista/i tal-enerġija AC-DC wieħed jew aktar;

(d) 

il-proċessuri kollha jkollhom aċċess għal sistema kondiviża tal-memorja u huma indipendentement viżibbli għal OS waħda jew ipervisur wieħed.”

(4) 

L-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u fil-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , huma stabbiliti fl-Anness II.”

(5) 

L-Artikolu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ, u tippreżenta r-riżultati tar-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Jannar 2016. B’mod partikolari, din ir-reviżjoni għandha tindirizza l-ambitu u r-rekwiżiti għall-modalità standby/mitfi u l-adegwatezza u l-livell tar-rekwiżiti għall-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ fir-rigward tat-tielet stadju tal-implimentazzjoni (2019).

Ir-reviżjoni tista’ tindirizza, inter alia, tagħmir u prodotti professjonali li jkunu mgħammra b’muturi elettriċi mħaddma bi kmand mill-bogħod.”

(6) 

L-Artikolu 8 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Punt 1 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2010.

Il-Punt 2 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2013.

Il-Punt 3 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Punt 4 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017.

Il-Punt 5 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Il-Punt 6 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Punt 7 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.”

(7) 

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) 

Il-punt 2, paragrafu d, huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(d) 

Ġestjoni tal-enerġija għat-tagħmir kollu li mhux tagħmir imqabbad ma’ netwerk

It-tagħmir għandu, sakemm ikun xieraq skont l-użu maħsub, joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew funzjoni simili. Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, u meta prodott(i) ieħor/oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu mill-funzjonijiet tiegħu, il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tiswiċċja awtomatikament it-tagħmir wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tat-tagħmir, għal:

— 
modalità standby, jew
— 
modalità mitfi, jew
— 
kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija applikabbli għall-modalità mitfi u/jew il-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata.”

(b) 

Dan it-test ta’ hawn taħt jiġi miżjud bħala l-punti ġodda 3, 4, 5, 6 u 7.

“3.

Mill-1 ta’ Jannar 2015:

(a) 

Il-possibbiltà ta’ diżattivazzjoni ta’ konnessjoni(jiet) ta’ netwerk bla fili

Kwalunkwe tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ netwerk bla fili għandu joffri lill-utent il-possibbiltà li jiddiżattiva l-konnessjoni(jiet) man-netwerk bla fili. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal prodotti li għall-użu maħsub tagħhom jiddependu fuq konnessjoni waħda ma’ netwerk bla fili u li ma jkollhomx konnessjoni ma’ netwerk bil-fili.

(b) 

Il-ġestjoni tal-enerġija għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk

It-tagħmir għandu, sakemm ikun xieraq skont l-użu maħsub, joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew funzjoni simili. ►C1  Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, u meta prodott(i) ieħor/oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu mill-funzjonijiet tiegħu, il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tiswiċċja awtomatikament it-tagħmir wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tat-tagħmir, għal kundizzjoni ta’ modalità standby man-netwerk ◄

F’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija tista’ tiswiċċja t-tagħmir f’modalità standby/mitfi awtomatikament jew f’kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità standby u/jew mitfi.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun disponibbli għall-portijiet tan-netwerk kollha tat-tagħmir imqabbad ma’ netwerk.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun attivata, sakemm ma jkunux diżattivati l-portijiet tan-netwerk kollha. F’dak il-każ, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tiġi attivata jekk xi wieħed mill-portijiet tan-netwerk ikun attivat.

Il-perjodu ta’ żmien predefinit li jgħaddi minn meta l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir awtomatikament f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ ma għandux ikun itwal minn 20 minuta.

(c) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawn il-modalità/jiet standby meta l-portijiet tan-netwerk ikunu kollha diżattivati.

(d) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2(d) meta l-portijiet tan-netwerk jkunu kollha diżattivati.

(e) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ :

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir HiNA jew ta’ tagħmir b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 12,00 W.

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir ieħor imqabbad ma’ netwerk f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 6,00 W.

Il-limiti tal-konsum tal-enerġija stipulati fil-punt (e) ma għandhomx ikunu applikabbli għal:

i. 

tagħmir li jipprintja bi provvista tal-elettriku ta’ potenza nominali ogħla minn 750 W;

ii. 

tagħmir li jipprintja b’format kbir;

iii. 

sistemi ta’ telepreżenza;

iv. 

klijenti desktop ħfief;

v. 

workstations;

vi. 

workstations mobbli;

vii. 

servers żgħar;

viii. 

servers tal-kompjuters.

4.

Mill-1 ta’ Jannar 2017:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3(a) u 3(b), għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet:

(a) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawk il-modalitajiet standby meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(b) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2(d) meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(c) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità “ ►C1  standby man-netwerk ◄ ”:

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir HiNA jew ta’ tagħmir b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 8,00 W.
Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir ieħor imqabbad ma’ netwerk f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 3,00 W.
Il-limiti tal-konsum tal-enerġija stipulati fil-punt (c) ma għandhomx ikunu applikabbli għal:
i. 

tagħmir li jipprintja b’format kbir;

ii. 

klijenti desktop ħfief;

iii. 

workstations;

iv. 

workstations mobbli;

v. 

servers żgħar;

vi. 

servers tal-kompjuters.

5.

Mill-1 ta’ Jannar 2019:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3(a), 3(b), 4(a), 4(b) u 4(c), id-dispożizzjoni li ġejja għandha tkun applikabbli għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA jew li ma jkunx tagħmir b’funzjonalità HiNA:

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA jew tagħmir li ma jkunx tagħmir b’funzjonalità HiNA, f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 2,00 W.

6.

Mill-1 ta’ Jannar 2015:

Għall-magni tal-kafè, il-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh, il-prodott jiġi swiċċjat awtomatikament għall-modalitajiet u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II, punt 2, paragrafu d) għandu jkun kif ġej:

— 
għal magni tal-kafè tad-dar bi drip-filter li jżommu l-kafè f’buqar iżolat, massimu ta’ ħames minuti minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna;
— 
għal magni tal-kafè tad-dar bi drip-filter li jżommu l-kafè f’buqar mhux iżolat, massimu ta’ 40 minuta minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna;
— 
għal magni tal-kafè tad-dar li mhumiex tat-tip bi drip-filter, massimu ta’ 30 minuta minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn meta jiġi attivat l-element tat-tisħin, jew massimu ta’ 60 minuta minn meta tiġi attivata l-funzjoni “tisħin minn qabel tat-tazza”, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna, sakemm ma jfaqqax xi allarm li jeħtieġ l-intervent tal-utent biex ma ssirx xi ħsara jew xi aċċident.

Sad-data indikata hawn fuq, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II.2.d mhumiex applikabbli.

7.

Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Mill-1 ta’ Jannar 2015, din l-informazzjoni li tikkonċerna t-tagħmir imqabbad ma’ netwerk għandha tintwera fuq il-websajts aċċessibbli għall-pubbliku tal-manifatturi:

(a) 

għal kull tagħmir fil-modalità standby u/jew mitfi u fil-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew ta’ funzjoni simili:

— 
id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali,
— 
►C1  il-perjodu ta’ żmien li jgħaddi minn meta l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir awtomatikament fil-modalità standby u/jew mitfi u/jew f’kundizzjoni li tipprovdi modalità standby man-netwerk; ◄
(b) 

►C1  il-konsum tal-enerġija tal-prodott f’modalità standby man-netwerk jekk il-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha kkonnettjati u l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati; ◄

(c) 

struzzjonijiet dwar kif issir id-diżattivazzjoni ta’ portijiet tan-netwerk bla fili.

Il-konsum tal-enerġija tal-prodott f’modalità ta’ ►C1  standby man-netwerk ◄ kif imsemmi fil-punt (b) u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) għandhom ikunu inklużi wkoll fil-manwal tal-utent.”

(c) 

Il-punt 3 huwa ssostitwit b’dan il-punt 8:

“8.   Il-kejl

Il-konsum tal-elettriku msemmi fil-punti 1(a), 1(b), 2(a), 2(b), 3(e), 4(c) u 5 u l-ħinijiet tad-dewmien imsemmija fil-punt 6 għandhom jiġu ffissati bi proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali.”

(d) 

Il-punt 4 huwa ssostitwit b’dan il-punt 9:

“9.   Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 4, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a) 

għal kull modalità standby u/jew mitfi:

— 
id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali,
— 
il-metodu tal-kejl użat,
— 
deskrizzjoni ta’ kif intgħażlet jew ġiet ipprogrammata l-modalità tal-apparat,
— 
is-sekwenza tal-istadji li jwasslu għall-kundizzjoni fejn l-apparat jibdel għal modalitajiet oħra awtomatikament,
— 
kwalunkwe noti dwar kif jaħdem it-tagħmir, eż., informazzjoni dwar kif l-utent għandu jiswiċċja t-tagħmir għal kundizzjoni ta’ ►C1  standby man-netwerk ◄ ,
— 
jekk ikun applikabbli, il-ħin predefinit tad-dewmien li warajh, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun swiċċjat it-tagħmir fil-modalità jew kundizzjoni ta’ konsum baxx applikabbli;
(b) 

għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk:

— 
l-għadd u t-tip ta’ portijiet tan-netwerk u, għajr għall-portijiet tan-netwerk bla fili, il-post fejn dawn il-portijiet ikunu fuq it-tagħmir; b’mod partikolari għandu jiġi ddikjarat jekk l-istess port fiżiku tan-netwerk jiħux żewġ, jew aktar, tipi ta’ portijiet tan-netwerk;
— 
jekk il-portijiet tan-netwerk jiġux diżattivati kollha qabel il-konsenja,
— 
jekk it-tagħmir jikkwalifikax bħala tagħmir HiNA jew tagħmir b’funzjonalità HiNA; dan ma għandux jitqies li jkun il-każ, meta ma tingħata ebda informazzjoni;

u għal kull tip ta’ port tan-netwerk:

— 
il-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ ,
— 
il-kmand li jintuża għar-riattivazzjoni tat-tagħmir,
— 
l-ispeċifikazzjonijiet (massimi) tal-prestazzjoni,
— 
il-konsum (massimu) tal-enerġija tat-tagħmir f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir fiha, f’każ li dan il-port biss jintuża għall-attivazzjoni mill-bogħod,
— 
il-protokoll ta’ komunikazzjoni użat mit-tagħmir;

Jekk ma tingħata ebda informazzjoni, it-tagħmir ma jitqiesx li jkun tagħmir imqabbad ma’ netwerk sakemm ma jipprovdix il-funzjonalitajiet ta’ router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili (li ma jkunx terminal), hub, modem, telefown VoIP, vidjofown.

(c) 

il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

— 
temperatura ambjentali,
— 
vultaġġ tal-ittestjar f’V u frekwenza f’Hz,
— 
distorsjoni armonika totali mis-sistema ta’ provvista tal-elettriku,
— 
informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, l-immuntar u ċ-ċirkwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku;
(d) 

il-karatteristiċi tat-tagħmir rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(c) u/jew 2(d) u/jew 3(b), kif applikabbli, inkluż il-ħin li jittieħed biex tintlaħaq awtomatikament il-modalità standby, jew il-modalità mitfi, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfi u/jew modalità standby.

B’mod partikolari, jekk applikabbi, għandha tingħata ġustifikazzjoni teknika għaliex ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(c) u/jew 2(d) u/jew 3(b), ma jixirqux għall-użu maħsub tat-tagħmir. Il-ħtieġa li tinżamm konnessjoni waħda jew aktar man-netwerk jew li t-tagħmir jistenna għal kmand mogħti mill-bogħod, mhix mejqusa bħala ġustifikazzjoni teknika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(d), fil-każ ta’ tagħmir li mhux definit bħala tagħmir imqabbad ma’ netwerk mill-manifattur.”

(8) 

Dan li ġej jiżdied mal-Anness III:

“Fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punt 2(d), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli msemmija hawn fuq biex ikejlu l-konsum tal-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun swiċċjat it-tagħmir fil-modalità jew kundizzjoni applikabbli.

Fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punti 3(c) u 4(a), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura applikabbli msemmija hawn fuq, wara li jkunu diżattivaw u/jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-ports tan-netwerk kollha tal-unità.

Fit-twettiq tal-verifiki (spezzjonijiet) tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, punti 3 u 4, kif applikabbli.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:

Jekk it-tagħmir ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, tip ta’ port tan-netwerk wieħed u żewġ portijiet jew aktar ta’ dak it-tip ikunu disponibbli, għandu jintgħażel wieħed minn dawn il-portijiet b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. F’każ li jkun hemm diversi portijiet tan-netwerk bla fili tal-istess tip, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ ta’ diversi portijiet tan-netwerk bil-fili tal-istess tip, sabiex jiġu verifikati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Jekk ikun disponibbli port tan-netwerk wieħed biss, dak il-port għandu jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.
L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi verifikat jekk it-tagħmir ġiex riattivat.
Jekk it-tagħmir ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, aktar minn tip ta’ port tan-netwerk wieħed, il-proċedura li ġejja għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port tan-netwerk. Jekk ikunu disponibbli żewġ tipi ta’ portijiet tan-netwerk jew aktar, għandu jintgħażel port wieħed għal kull tip ta’ port tan-netwerk b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.
F’każ li għal ċertu tip ta’ port tan-netwerk ikun disponibbli tip ta’ port wieħed biss, dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ tal-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bil-fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati.
L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-tagħmir ġiex riattivat. F’każ li port fiżiku tan-netwerk wieħed jintuża ma’ żewġ tipi jew aktar ta’ portijiet (loġiċi) tan-netwerk fl-istess ħin, din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port loġiku tan-netwerk, filwaqt li l-portijiet loġiċi tan-netwerk l-oħra jkunu diżattivati.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ma jkunux ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 10 %.
Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ta’ dawn it-tliet testijiet ma tkunx ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 10 %.
Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħtu r-riżultati tat-testijiet u l-informazzjoni l-oħra rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell.

Minbarra l-proċeduri stabbiliti hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inkluż metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9) 

Fl-Anness IV wara l-aħħar sentenza jiżdied dan li ġej:

►C1  Standby man-netwerk ◄ : 3 W għal tagħmir HiNA; 1 W jew inqas għal tagħmir li mhux tagħmir HiNA.”

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 642/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 642/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“12. 

“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

13. 

“port tan-netwerk” tfisser interfaċċja fiżika, bil-fili jew bla fili, tal-konnessjoni tan-netwerk li tkun fit-televixin u li permezz tagħha, it-televixin ikun jista’ jiġi attivat mill-bogħod;

14. 

“televixin imqabbad ma’ netwerk” tfisser televixin li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ netwerk u li jkollu port tan-netwerk wieħed jew aktar;

15. 

“disponibbiltà tan-netwerk” tfisser il-kapaċità tat-televixin li jerġa’ jħaddem funzjonijiet wara li kmand mogħti mill-bogħod jiġi rikonoxxut minn port tan-netwerk;

16. 

“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra t-televixin, permezz ta’ netwerk;

17. 

►C1  standby man-netwerk ◄ ” tfisser il-kundizzjoni li fiha t-televixin ikun jista’ jerġa’ jħaddem funzjoni permezz ta’ kmand mill-bogħod li jingħata minn konnessjoni ta’ netwerk;

18. 

“televixin imqabbad ma’ netwerk b’funzjonalità ta’ disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (televixin b’funzjonalità HiNA) tfisser televixin bil-funzjonalità ta’ router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili (li ma jkunx terminal) jew kombinazzjoni tagħhom inkluża;

19. 

router” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiddetermina liema tkun l-aħjar mogħdija li minnha għandu jgħaddi t-traffiku tan-netwerk. Ir-routers jibagħtu pakketti minn netwerk għall-ieħor, abbażi tal-informazzjoni dwar il-livell tan-netwerk (L3);

20. 

“swiċċ ta’ netwerk” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiffiltra, jibagħtu u jqassam frames abbażi tal-indirizz ta’ destinazzjoni ta’ kull frame. L-iswiċċis kollha jiffunzjonaw, mill-anqas, fil-livell tal-konnessjoni tad-dejta (L2);

21. 

“punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili” tfisser apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jipprovdi konnettività IEEE 802.11 (Wi-Fi) lil diversi klijenti.”

(2) 

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) 

Dan li ġej jiżdied bħala l-punt 3 l-ġdid:

“3.   KONSUM TAL-ENERĠIJA FIL-MODALITà ►C1  STANDBY MAN-NETWERK ◄

Għal televixins imqabbda ma’ netwerk, għandhom japplikaw dawn ir-rekwiżiti:

1. 

Mill-1 ta’ Jannar 2015:

(a) 

Il-possibbiltà ta’ diżattivazzjoni ta’ konnessjoni(jiet) ta’ netwerk bla fili

Jekk televixin imqabbad ma’ netwerk ikollu l-kapaċità li jikkonnettja ma’ netwerk bla fili, l-utent għandu jkollu l-possibbiltà li jiddiżattiva l-konnessjoni(jiet) tan-netwerk bla fili. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal prodotti li għall-użu maħsub tagħhom jiddependu fuq konnessjoni waħda ma’ netwerk bla fili u li ma jkollhomx konnessjoni ma’ netwerk bil-fili.

(b) 

Il-ġestjoni tal-enerġija għal televixins imqabbda ma’ netwerk:

It-televixins imqabbda ma’ netwerk għandhom jipprovdu funzjoni bil-karetteristiċi li ġejjin:

Wara mhux aktar minn 4 sigħat li t-televixin ikun ilu f’modalità mixgħul mill-ħin tal-aħħar interazzjoni tal-utent u/jew bdil ta’ stazzjon, it-televixin għandu jiġi swiċċjat awtomatikament minn modalità mixgħul għal kundizzjoni ta’ ►C1  standby man-netwerk ◄ jew għal kwalunkwe kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għal kundizzjonijiet li jipprovdu l-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ .
It-televixins għandhom juru messaġġ li javża qabel ma sseħħ il-bidla awtomatika mill-modalità mixgħul għall-kundizzjoni/modalitajiet applikabbli. Din il-funzjoni għandha tkun issettjata bħala n-norma predefinita.
F’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija tista’ tiswiċċja t-televixin f’modalità standby/mitfi awtomatikament jew f’kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità mitfi u/jew il-modalità standby.
Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun disponibbli għall-portijiet tan-netwerk kollha tat-televixin imqabbad ma’ netwerk.
Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun attivata, sakemm ma jkunux diżattivati l-portijiet tan-netwerk bla fili kollha. F’dak il-każ, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tiġi attivata jekk xi wieħed mill-portijiet tan-netwerk ikun attivat.
(c) 

It-televixin imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawn il-modalità/jiet standby meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(d) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ :

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixin b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-televixin jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 12,00 W.
Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins mingħajr funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-televixin jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 6,00 W.
2. 

Mill-1 ta’ Jannar 2017:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 (a) u 1 (b), għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet:

(a) 

Televixin imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawk il-modalitajiet standby meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(b) 

Televixin imqabbad ma’ netwerk għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2(d) meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk ikunu kollha diżattivati.

(c) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ :

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixin b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-televixin jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 8,00 W.
Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins mingħajr funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-televixin jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 3,00 W.
3. 

Fl-1 ta’ Jannar 2019:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a), 1(b), 2(a), 2(b) u 2(c), id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għal televixins imqabbda ma’ netwerk li ma jkunux tagħmir HiNA jew li ma jkunux televixins b’funzjonalità HiNA:

Il-konsum tal-enerġija ta’ televixins mingħajr funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-televixin jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 2,00 W.’

(b) 

Il-punt 3 jsir il-punt 4.

(c) 

Il-punt 4 jsir il-punt 5.

(d) 

Il-punt 5 jsir il-punt 6.

(e) 

Fil-punt 5.1 (il-punt 6.1 il-ġdid), jiżdied dan li ġej wara l-punt (d), bħala l-punt (e):

“(e) 

għal ►C1  standby man-netwerk ◄

— 
l-għadd u t-tip ta’ portijiet tan-netwerk u, għajr għall-portijiet tan-netwerk bla fili, il-post fejn dawn il-portijiet ikunu fit-televixin; b’mod partikolari għandu jiġi nnotat jekk l-istess port fiżiku tan-netwerk jiħux żewġ, jew aktar, tipi ta’ portijiet tan-netwerk;
— 
jekk il-portijiet tan-netwerk jiġux diżattivati kollha qabel il-konsenja;
— 
jekk it-televixin jikkwalifikax bħala televixin b’funzjonalità HiNA; meta ma tingħata ebda informazzjoni, it-televixin ma jitqiesx bħala tagħmir ĦiNA jew televixin b’funzjonalità HiNA.”
(f) 

Fil-punt 5.1 (il-punt 6.1 il-ġdid), jiżdied dan li ġej wara l-punt (e), bħala l-punt (f):

“(f) 

għal kull tip ta’ port tan-netwerk:

— 
il-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-televixin f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ ,
— 
il-kmand li jintuża għar-riattivazzjoni tat-tagħmir,
— 
l-ispeċifikazzjonijiet (massimi) tal-prestazzjoni,
— 
il-konsum (massimu) tal-enerġija tat-televixin f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir fiha, f’każ li dan il-port biss jintuża għall-attivazzjoni mill-bogħod.

Meta ma tingħata ebda informazzjoni, it-televixin jitqies li mhux televixin imqabbad ma’ netwerk.’

(g) 

Il-punt 5.1 (e) jsir il-punt 6.1 (g) l-ġdid

(h) 

Fil-punt 5.2, (il-punt 6.2 il-ġdid), it-tieni inċiż huwa ssostitwit b’dan li ġej:

— 
“— 

għal kull modalità standby u/jew mitfi u fil-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali;”

(3) 

Fl-Anness II, il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.    Kejl tal-konsum tal-enerġija fil-modalità standby/mitfi, u fil-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄

Il-kejl tal-konsum tal-enerġija msemmi fl-Annness I, Parti 2 u 3 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-punti 2.1(a), 2.1(b), 2.2(a), 2.2(b), 3.1(d) u 3.2(c) għandu jiġi ffissat bi proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali.”

(4) 

L-Anness III huwa sostitwit kif ġej:




“ANNESS III

PROĊEDURA TA’ VERIFIKA

A.    Proċedura ta’ verifika għar-rekwiżiti stabbiliti fil-partijiet 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I.

(1) Fit-twettiq tal-verifiki (spezzjonijiet) tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, partijiet 1, 2, 4 u 5.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità ta’ televixin waħda biss.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, jekk:

(a) 

ir-riżultat għall-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul ma jkunx ogħla mill-valur limitu stabbilit fl-Anness I, il-punti 1 u 2 tal-Parti 1 b’aktar minn 7 %; u

(b) 

ir-riżultat għall-konsum tal-enerġija fil-kundizzjonijiet mitfi/standby, kif applikabbli, ma jkunx ogħla mill-valuri limitu stabbiliti fl-Anness I, il-punti 1(a), 1(b), 2(a) u 2(b) tal-Parti 2 b’aktar minn 0,10 Watt; u

(c) 

ir-riżultat għall-proporzjon tal-luminanza massima stabbilit fl-Anness I, il-Parti 5 ma jkunx inqas minn 60 %.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 1(a) jew 1(b) jew 1(c) ma jintlaħqux, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell.

(2) Wara li jkunu ġew ittestjati tliet unitajiet oħra tal-istess mudell, il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, jekk:

(a) 

il-medja tar-riżultati għal dawn it-tliet unitajiet għall-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul ma tkunx ogħla mill-valur limitu applikabbli stabbilit fl-Anness I, il-punti 1 u 2 tal-Parti 1 b’aktar minn 7 %; u

(b) 

il-medja tar-riżultati għal dawn it-tliet unitajiet għall-kundizzjonijiet li jipprovdu modalità mitfi/standby, kif applikabbli, ma tkunx ogħla mill-valuri limitu stabbiliti fl-Anness I, il-punti 1(a), 1(b), 2(a) u 2(b) tal-Parti 2 b’aktar minn 0,10 Watt; u

(c) 

il-medja tar-riżultati għal dawn it-tliet unitajiet għall-proporzjon tal-luminanza massima stabbilit fl-Anness I, il-Parti 5 ma tkunx inqas minn 60 %.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u 2(b) u 2(c) ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi mar-rekwiżiti.

B.    Proċedura ta’ verifika għar-rekwiżiti stabbiliti fil-parti 3 tal-Anness I

Fit-twettiq tal-verifiki (spezzjonijiet) tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, punti 1(d) u 2(c) tal-Parti 3, kif applikabbli. Dawn l-awtoritajiet għandhom jużaw il-proċedura ta’ hawn taħt, wara li jkunu ddiżattivaw jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-portijiet tan-netwerk kollha tal-unità.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:

Jekk it-televixin ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, tip ta’ port tan-netwerk wieħed u żewġ portijiet jew aktar ta’ dak it-tip ikunu disponibbli, għandu jintgħażel wieħed minn dawn il-portijiet b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. F’każ li jkun hemm diversi portijiet tan-netwerk bla fili tal-istess tip, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ ta’ diversi portijiet tan-netwerk bil-fili tal-istess tip, sabiex jiġu verifikati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness I, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Jekk ikun disponibbli port tan-netwerk wieħed biss, dak il-port għandu jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-televixin jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-televixin ġiex riattivat.

Meta t-televixin ikollu, kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika, aktar minn tip ta’ port tan-netwerk wieħed, il-proċedura li ġejja għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port tan-netwerk. Jekk ikunu disponibbli żewġ tipi ta’ portijiet tan-netwerk jew aktar, għandu jintgħażel port wieħed għal kull tip ta’ port tan-netwerk b’mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

F’każ li għal ċertu tip ta’ port tan-netwerk ikun disponibbli tip ta’ port wieħed biss, dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk xieraq li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bla fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati. Fil-każ tal-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-portijiet tan-netwerk bil-fili li ma jintużawx għandhom jiġu diżattivati.

L-unità titqiegħed fil-modalità mixgħul. Hekk kif l-unità fil-modalità mixgħul tkun qiegħda taħdem sew, din tkun tista’ taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ u l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel. Imbagħad it-televixin jingħata l-kmand xieraq, li jgħaddi mill-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-televixin ġiex riattivat.

F’każ li port fiżiku tan-netwerk wieħed jintuża ma’ żewġ tipi jew aktar ta’ portijiet (loġiċi) tan-netwerk fl-istess ħin, din il-proċedura għandha tiġi ripetuta għal kull tip ta’ port loġiku tan-netwerk, filwaqt li l-portijiet loġiċi tan-netwerk l-oħra jkunu diżattivati.

Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ma jkunux ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 7 %.

Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati għal kull tip ta’ port tan-netwerk ta’ dawn it-tliet testijiet ma tkunx ogħla mill-valur limitu b’aktar minn 7 %.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħtu r-riżultati tat-testijiet u l-informazzjoni l-oħra rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell.

Verifika tal-konformità

Għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stabbilita fl-Anness II u proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali, inklużi metodi stabbiliti f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( *1 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.”

( *2 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.”

Top