Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011D0628

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK tat- 23 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    SL L 247, 24.9.2011, p. 17–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 30/11/2011; stavljeno izvan snage 32011D0782

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/628/oj

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/628/PESK

    tat-23 ta’ Settembru 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1).

    (2)

    Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, l-Unjoni ddeċidiet li tadotta miżuri restrittivi kontra r-reġim tas-Sirja

    (3)

    L-investiment fis-setturi ewlenin fl-industrija taż-żejt fis-Sirja għandu jiġi pprojbit.

    (4)

    Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.

    (5)

    Persuni u entitajiet addizzjonali għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

    (6)

    Informazzjoni rigward ċerti persuni fil-lista fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni għandha wkoll tiġi aġġornata.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2b huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 2b

    Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

    (a)

    l-għoti ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew lil intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja;

    (b)

    l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew f’intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja, inkluż l-akkwist b’mod sħiħ ta’ tali intrapriżi u l-akkwist ta’ ishma jew ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva;

    (c)

    il-ħolqien ta’ kwalunkwe negozju bi sħab ma’ intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, u ma’ kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom.”

    (2)

    L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

    “Artikolu 2c

    1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011.

    2.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2b(a) u (b) rispettivament:

    (i)

    għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-23 ta' Settembru 2011;

    (ii)

    m’għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel it-23 ta' Settembru 2011.

    Artikolu 2d

    Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.”

    (3)

    L-Artikolu 4(3)(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    meħtieġa għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjonijiet mis-Sirja;”

    Artikolu 2

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

    Artikolu 3

    Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, l-entrati għall-persuni li ġejjin:

    (1)

    Emad GHRAIWATI;

    (2)

    Tarif AKHRAS;

    (3)

    Issam ANBOUBA,

    għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati rispettivi li jinsabu fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. DOWGIELEWICZ


    (1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.


    ANNESS I

    Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' inklużjoni fil-lista

    1.

    Tayseer Qala Awwad

    Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku

    Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu.

    23.09.2011

    2.

    Dr. Adnan Hassan Mahmoud

    Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous

    Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu.

    23.09.2011


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' inklużjoni fil-lista

    1.

    Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV)

    Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271,

    Fax:+963-11-5667272

    Sit web: http://www.addounia.tv

    Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

    23.09.2011

    2.

    Cham Holding

    Cham Holding Building Daraa Highway - Ashrafiyat Sahnaya

    Tel +963 (11) 9962 +963 (11) 668 14000 +963 (11) 673 1044

    Fax +963 (11) 673 1274

    Posta elettronika: info@chamholding.sy

    www.chamholding.sy

    Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim.

    23.09.2011

    3.

    El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company)

    Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O.Box 13052, Damasku - Sirja

    Telefon: +963-11-2212345

    Fax: +963-11-44694450

    Posta elettronika: sales@eltelme.com

    Sit web: www.eltelme.com

    Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati.

    23.09.2011

    4.

    Ramak Constructions Co.

    Indirizz: Daa'ra Highway, Damasku, Sirja

    Telefon: +963-11-6858111

    Telefon ċellulari: +963-933-240231

    Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati.

    23.09.2011

    5.

    Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

    Indirizz: Adra Free Zone Area

    Damasku - Sirja

    Telefon:+963-11-5327266

    Telefon ċellulari:+963-933-526812

    +963-932-878282

    Fax:+963-11-5316396

    Posta elettronika: sorohco@gmail.com

    Sit web: http://sites.google.com/site/sorohco

    Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100% tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf.

    23.09.2011

    6.

    Syriatel

    Thawra Street, Ste Building 6ème étage, BP 2900

    Tel: +963 11 61 26 270

    Fax: +963 11 23 73 97 19

    Posta elettronika: info@syriatel.com.sy;

    Sit web: http://syriatel.sy/

    Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50% tal-profitti tagħha lill-Gvern.

    23.09.2011


    ANNESS II

    Persuni msemmijin fl-Artikolu 3

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva (data tat-twelid, post tat-twelid …)

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Emad GHRAIWATI

    Data tat-twelid: Marzu 1959; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

    President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

    2.9.2011

    2.

    Tarif AKHRAS

    Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Homs, is-Sirja

    Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

    2.9.2011

    3.

    Issam ANBOUBA

    Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

    President ta’ Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

    2.9.2011


    Fuq