Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62018TN0024
Case T-24/18: Action brought on 20 January 2018 — adidas International Trading and Others v Commission
Kawża T-24/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-24/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni
IO C 94, 12.3.2018, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/32 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-24/18)
(2018/C 094/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adidas International Trading BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Gabor Footwear GmbH (Rosenheim, il-Ġermanja), Gabor Shoes AG (Rosenheim), HR Online GmbH (Osnabrück, il-Ġermanja), Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi), Timberland Europe BV (Almelo, il-Pajjiżi l-Baxxi), Wolverine Europe BV (Amsterdam), Wolverine Europe Ltd (London, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1982 tal-31 ta’ Ottubru 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti minn Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd, Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd, Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd, Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd, Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd, Long Son Joint Stock Company u Zhaoqing Li Da Shoes Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017 L 285, p. 14); u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea ma kellhiex il-kompetenza legali sabiex tadotta r-regolament ikkontestat. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura magħluqa dwar tipi ta’ żraben u l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping skadut mir-regolament ikkontestat:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping fuq il-fornituri tar-rikorrenti, bl-esklużjoni ta’ rimbors tar-rikorrenti, tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea użat ħażin il-poter tagħha fl-evalwazzjoni tal-ekonomija tas-suq u tat-talbiet ta’ trattament individwali tal-fornituri tar-rikorrenti sabiex imponiet dazju antidumping retroattiv u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni; u |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tosserva l-obbligu li jinsab fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni meħtieġ mill-Artikolu 296 TFEU. |
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016 L 176, p. 21).