EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32008R0678

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2008 tas- 16 ta' Lulju 2008 li jemenda għas-97 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IO L 189, 17.7.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Foilsíodh an doiciméad seo in eagrán speisialta (HR)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/678/oj

17.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 678/2008

tas-16 ta' Lulju 2008

li jemenda għas-97 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 u fit-3 ta' Lulju 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2008 (ĠU L 161, 20.6.2008, p 25).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“(a)

Ahmed Deghdegh (alias Abd El Illah). Data tat-twelid: 17.1.1967. Post tat-twelid: Anser, Wilaya (provinċja) ta' Jijel, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B'mod aktar partikolari involut fil-finanzi tal-organizzazzjoni; (b) Isem l-omm: Zakia Chebira. Isem il-missier: Lakhdar.

(b)

Yahia Djouadi (alias (a) Yahia Abou Ammar; (b) Abou Ala). Data tat-twelid: 1.1.1967. Post tat-twelid: M’Hamid, Wilaya (provinċja) ta' Sidi Bel Abbes, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. (b). Misjub fil-Mali ta' Fuq f'Ġunju 2008; (b) Isem l-omm: Zohra Fares. Isem il-missier: Mohamed.

(c)

Salah Gasmi (alias (a) Abou Mohamed Salah; (b) Bounouadher). Data tat-twelid: 13.4.1974. Post tat-twelid: Zeribet El Oued, Wilaya (provinċja) ta' Biskra, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina Tagħrif ieħor: (a) Jappartjeni għat-tmexxija tal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. B'mod aktar partikolari involut fl-attivitajiet ta' propoganda tal-organizzazzjoni; (b) Misjub fil-Mali ta' Fuq f'Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Yamina Soltane. Isem il-missier: Abdelaziz.

(d)

Abid Hammadou (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah). Data tat-twelid: 12.12.1965. Post tat-twelid: Touggourt, Wilaya (provinċja) ta' Ouargla, l-Alġerija. Ċittadinanza: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Assoċjat mal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Iżlamiku. (b) Misjub fil-Mali ta' Fuq f'Ġunju 2008; (c) Isem l-omm: Fatma Hammadou. Isem il-missier: Benabes.”

(2)

Minflok l-annotazzjoni “Hamid Al-Ali (alias (a) Dr. Hamed Abdullah Al-Ali, (b) Hamed Al-'Ali, (c) Hamed bin 'Abdallah Al-'Ali, (d) Hamid 'Abdallah Al-'Ali, (e) Hamid 'Abdallah Ahmad Al-'Ali, (f) Hamid bin Abdallah Ahmed Al-Ali, (g) Abu Salim). Data tat-twelid: 20.1.1960. Ċittadinanza: Tal-Kuwajt” taħt l-intestataura “Persuni naturali” għandu jidħol dan li ġej:

“Hamid Abdallah Ahmed Al-Ali (alias (a) Dr. Hamed Abdullah Al-Ali, (b) Hamed Al-'Ali, (c) Hamed bin 'Abdallah Al-'Ali, (d) Hamid 'Abdallah Al-'Ali, (e) Hamid 'Abdallah Ahmad Al-'Ali, (f) Hamid bin Abdallah Ahmed Al-Ali, (g) Abu Salim). Data tat-twelid: 20.1.1960. Ċittadinanza: Tal-Kuwajt.”

(3)

Minflok l-annotazzjoni “Jaber Al-Jalamah (alias (a) Jaber Al-Jalahmah, (b) Abu Muhammad Al-Jalahmah, (c) Jabir Abdallah Jabir Ahmad Jalahmah, (d) Jabir 'Abdallah Jabir Ahmad Al-Jalamah, (e) Jabir Al-Jalhami, (f) Abdul-Ghani, (g) Abu Muhammad). Data tat-twelid: 24.9.1959. Ċittadinanza: Tal-Kuwajt. Numru tal-passaport: 101423404” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandu jidħol dan li ġej:

“Jaber Abdallah Jaber Al-Jalahmah (alias (a) Jaber Al-Jalamah, (b) Abu Muhammad Al-Jalahmah, (c) Jabir Abdallah Jabir Ahmad Jalahmah, (d) Jabir 'Abdallah Jabir Ahmad Al-Jalamah, (e) Jabir Al-Jalhami, (f) Abdul-Ghani, (g) Abu Muhammad). Data tat-twelid: 24.9.1959. Ċittadinanza: Tal-Kuwajt. Numru tal-passaport: 101423404.”


Fuq