Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012R0313

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2012 tat- 12 ta’ April 2012 li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

    IO L 103, 13.4.2012, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Foilsíodh an doiciméad seo in eagrán speisialta (HR)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2013; Arna aisghairm le 32013R1307

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/313/oj

    13.4.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 103/17


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 313/2012

    tat-12 ta’ April 2012

    li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(a) u l-Artkolu 40 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi għal kull Stat Membru l-valur massimu tal-intitolamenti għall-pagamenti kollha li jistgħu jkunu allokati f’sena kalendarja. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1), l-Anness VIII għandu jkun adattat biex ikunu kkunsidrati n-notifikazzjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 188a(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2) rigward l-inbid.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-art imqaċċta [l-uċuħ bis-siġar/bid-dwieli maqlugħin] u dwar il-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (3)

    L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti massimi li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti, netti wara modulazzjoni, li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru konċernat.

    (4)

    Wara n-notifiki tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jeħtieġ li jiżdiedu l-ammonti massimi totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limiti stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti.

    (5)

    Għaldaqstant, l-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS IV

    (f’miljuni ta’ EUR)

    Sena Kalendarja

    2009

    2010

    2011

    2012

    Il-Belġju

    583,2

    575,4

    570,8

    569,0

    Ir-Repubblika Ċeka

     

     

     

    825,9

    Id-Danimarka

    987,4

    974,9

    966,5

    964,3

    Il-Ġermanja

    5 524,8

    5 402,6

    5 357,1

    5 329,6

    L-Estonja

     

     

     

    92,0

    L-Irlanda

    1 283,1

    1 272,4

    1 263,8

    1 255,5

    Il-Greċja

    2 561,4

    2 365,4

    2 359,4

    2 344,5

    Spanja

    5 043,7

    5 066,4

    5 037,4

    5 055,3

    Franza

    8 064,4

    7 946,1

    7 880,7

    7 853,0

    L-Italja

    4 345,9

    4 151,6

    4 128,2

    4 127,8

    Ċipru

     

     

     

    49,1

    Il-Latvja

     

     

     

    133,9

    Il-Litwanja

     

     

     

    346,7

    Il-Lussemburgu

    35,6

    35,2

    35,1

    34,7

    L-Ungerija

     

     

     

    1 204,5

    Malta

     

     

     

    5,1

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    836,9

    829,1

    822,5

    830,6

    L-Awstrija

    727,6

    721,7

    718,2

    715,7

    Il-Polonja

     

     

     

    2 787,1

    Il-Portugall

    590,5

    574,3

    570,5

    566,6

    Is-Slovenja

     

     

     

    131,6

    Is-Slovakkja

     

     

     

    357,9

    Il-Finlandja

    550,0

    544,5

    541,1

    539,2

    L-Isvezja

    733,1

    717,7

    712,3

    708,5

    Ir-Renju Unit

    3 373,1

    3 345,4

    3 339,4

    3 336,1 ”

    (2)

    L-Anness VIII huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS VIII

    Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 40

    Tabella 1

    (f’EUR 1000)

    Stat Membru

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016 u snin sussegwenti

    Il-Belġju

    614 179

    611 817

    611 817

    614 855

    614 855

    614 855

    614 855

    614 855

    Id-Danimarka

    1 030 478

    1 031 321

    1 031 321

    1 049 002

    1 049 002

    1 049 002

    1 049 002

    1 049 002

    Il-Ġermanja

    5 770 254

    5 771 981

    5 771 994

    5 852 938

    5 852 938

    5 852 938

    5 852 938

    5 852 938

    L-Irlanda

    1 342 268

    1 340 521

    1 340 521

    1 340 869

    1 340 869

    1 340 869

    1 340 869

    1 340 869

    Il-Greċja

    2 380 713

    2 228 588

    2 231 798

    2 233 227

    2 217 227

    2 217 227

    2 217 227

    2 217 227

    Spanja

    4 858 043

    5 119 045

    5 125 032

    5 304 642

    5 161 893

    5 161 893

    5 161 893

    5 161 893

    Franza

    8 407 555

    8 423 196

    8 425 326

    8 527 494

    8 527 494

    8 527 494

    8 527 494

    8 527 494

    L-Italja

    4 143 175

    4 210 875

    4 234 364

    4 379 985

    4 379 985

    4 379 985

    4 379 985

    4 379 985

    Il-Lussemburgu

    37 518

    37 569

    37 679

    37 671

    37 084

    37 084

    37 084

    37 084

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    853 090

    853 169

    853 169

    897 751

    897 751

    897 751

    897 751

    897 751

    L-Awstrija

    745 561

    747 344

    747 425

    751 788

    751 788

    751 788

    751 788

    751 788

    Il-Portugall

    608 751

    589 811

    589 991

    606 551

    606 551

    606 551

    606 551

    606 551

    Il-Finlandja

    566 801

    565 520

    565 823

    570 548

    570 548

    570 548

    570 548

    570 548

    L-Isvezja

    763 082

    765 229

    765 229

    770 906

    770 906

    770 906

    770 906

    770 906

    Ir-Renju Unit

    3 985 895

    3 976 425

    3 976 482

    3 988 042

    3 987 922

    3 987 922

    3 987 922

    3 987 922


    Tabella 2  (*)

    (f’EUR 1000)

    Stat Membru

    2009

    2010

    2011

    2012

    2013

    2014

    2015

    2016 u snin sussegwenti

    Il-Bulgarija

    287 399

    336 041

    416 372

    499 327

    580 087

    660 848

    741 606

    814 295

    Ir-Repubblika Ċeka

    559 622

    654 241

    739 941

    832 144

    909 313

    909 313

    909 313

    909 313

    L-Estonja

    60 500

    71 603

    81 703

    92 042

    101 165

    101 165

    101 165

    101 165

    Ċipru

    31 670

    38 928

    43 749

    49 146

    53 499

    53 499

    53 499

    53 499

    Il-Latvja

    90 016

    105 368

    119 268

    133 978

    146 479

    146 479

    146 479

    146 479

    Il-Litwanja

    230 560

    271 029

    307 729

    346 958

    380 109

    380 109

    380 109

    380 109

    L-Ungerija

    807 366

    947 114

    1 073 824

    1 205 037

    1 318 975

    1 318 975

    1 318 975

    1 318 975

    Malta

    3 752

    4 231

    4 726

    5 137

    5 102

    5 102

    5 102

    5 102

    Il-Polonja

    1 877 107

    2 192 294

    2 477 294

    2 788 247

    3 044 518

    3 044 518

    3 044 518

    3 044 518

    Ir-Rumanija

    623 399

    729 863

    907 473

    1 086 608

    1 264 472

    1 442 335

    1 620 201

    1 780 406

    Is-Slovenja

    87 942

    103 394

    117 423

    131 575

    144 274

    144 274

    144 274

    144 274

    Is-Slovakkja

    240 014

    280 364

    316 964

    355 242

    388 176

    388 176

    388 176

    388 176 ”


    (*)  Limiti massimi kkalkolati b’kont meħud tal-iskeda ta’ żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.


    Fuq