EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0618R(01)

2005/618/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Awwissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M , 17.3.2009, p. 275–275 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/618/corrigendum/2009-03-17/oj

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/275


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Awwissu 2005 li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/618/KE) għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Awwissu 2005

li temenda d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-finijiet tal-iffissar tal-valuri massimi ta' konċentrazzjoni għal ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku

(notifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 3143)

(2005/618/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

minħabba li huwa evidenti li f’ċerti każijiet huwa impossibbli li jkunu evitati għal kollox il-metalli t-tqal u r-retardanti brominati tan-nirien, għandhom ikunu tollerati fil-materjali ċerti valuri ta’ konċentrazzjoni ta’ ċomb, merkurju, kadmju, kromju essavalenti, bifenili polibrominatati (PBB) jew eteri tad-difenil polibrominatat (PBDE).

(2)

Il-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni proposti huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar il-Kimika, u jitqiesu li huma l-aktar f’lokhom biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni kkonsultat ma’ produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament, organizzazzjonijiet ambjentali u assoċjazzjonijiet tal-impjegati u tal-konsumaturi, u ressqet il-kummenti quddiem il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (2).

(4)

Il-Kummissjoni ressqet il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni għal vot fil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart fl-10 ta’ Ġunju 2004. Ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata favur dawn il-miżuri. B’hekk skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tressqet quddiem il-Kunsill fit-23 ta’ Settembru 2004. Minħabba li, fl-iskadenza tal-perjodu mniżżel fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas wera l-oppożizzjoni tiegħu għalihom, skont l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (3), il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE għandha tiżdied din in-nota:

“Għal-finijiet tal-Artikolu 5(1)(a), għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % piż f’materjali omoġenei għaċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju essavalenti, il-bifenili polibrominatati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominatat (PBDE) u ta’ 0,01 % piż f’materjali omoġenei għall-kadmju.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Top