Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0560R(01)

Rettifika tat-Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU L 326, 21.11.1986) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 09, Volum 001, p. 129)

ST/11357/2018/INIT

OJ L 202, 9.8.2018, p. 13–13 (MT)

  The HTML format is unavailable in your User interface language.

9.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/13


Rettifika tat-Tlettax-il Direttiva 86/560/KEE tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 326 tal-21 ta' Novembru 1986 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 09, Volum 001, p. 129)

Fil-paġna 129, it-titolu,

minflok:

“It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità …”,

aqra:

“It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 1986 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta' turnover taxes — Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità …”;

Fil-paġna 129, it-tieni konsiderazzjoni,

minflok:

“Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi ta' ċaqliq ta' flus — Dwar is-sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur mizjud: bażi uniformi ta' stima [1] u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,”,

aqra:

“Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima [1] u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,”;

Fil-paġna 130, l-Artikolu 2(2),

minflok:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-rifondi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 bil-kondizzjoni li terzi Stati jagħtu vantaġġi simili rigward taxxi fuq ċaqliq ta' flus.”,

aqra:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jissuġġettaw ir-rifondi msemmija fil-paragrafu 1 għall-kondizzjoni li Stati terzi jagħtu vantaġġi simili rigward turnover taxes.”.


Top