EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003F0568-20030731

Consolidated text: Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2003/568/2003-07-31

  The document is unavailable in your User interface language.

02003F0568 — MT — 31.07.2003 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

ID-DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2003/568/ĠAI

tat-22 ta’ Lulju 2003

dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat

▼B

(ĠU L 192 31.7.2003, p. 54)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 255, 4.10.2019, p.  7 (2003/568/JHAtat-22)




▼B

▼C1

ID-DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2003/568/ĠAI

tat-22 ta’ Lulju 2003

dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

 “persuna ġuridika” tfisser kull entità li jkollha dan l-istatus taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, għajr għall-Istati jew il- korpi l-oħra pubbliċi li jaġixxu fil-kapaċità ta’ awtorità statali u għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali,

 “ksur tad-dmirijiet” għandha tinftiehem skont il-liġijiet nazzjonali. Il-kunċett tal-ksur tad-dmirijiet fil-liġi nazzjonali għandu jkopri bħala minimu kull imġiba żleali li tikkostitwixxi ksur tad-dmirijiet statutorji, jew, skont il-każ, ksur tar- regolamenti jew tal-istruzzjonijiet professjonali, li japplikaw ġewwa n-negozju ta’ persuna li fi kwalunkwe kapaċità tmexxi jew taħdem għal entità fis-settur privat.

Artikolu 2

Korruzzjoni attiva u passiva fis-settur privat

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-imġiba intenzjonata li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta titwettaq fil-kors ta’ attivitajiet tan-negozju:

(a) il-wegħda, l-offerta jew il-għotja, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, lil persuna li tmexxi jew taħdem fi kwalunkwe kapaċità għal entità fis-settur privat, ta’ kwalunkwe vantaġġ mhux mistħoqq ta’ kwalunkwe tip, għaliha nfisha jew għal parti terza, sabiex din il-persuna twettaq jew tibqa’ lura milli twettaq kwalunkwe att, bi ksur tad- dmirijiet tagħha;

(b) li titlob jew li tirċievi, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, vantaġġ mhux mistħoqq ta’ kwalunkwe tip, jew li taċċetta wegħda ta’ tali vantaġġ, għaliha nfisha jew għal parti terza, waqt li tmexxi jew taħdem fi kwalunkwe kapaċità għal entità fis-settur privat, sabiex twettaq jew tibqa’ lura milli twettaq kwalunkwe att, bi ksur tad-dmirijiet ta’ dak li jkun.

2.  Il-paragrafu 1 japplika għall-attivitajiet tan-negozju ġewwa entitajiet bi qligħ u mingħajr qligħ.

3.  Stat Membru jista’ jiddikjara illi ser jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal dik l-imġiba li tinvolvi, jew tista’ tinvolvi, tagħwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tax-xiri ta’ merkanzija jew servizzi kummerċjali.

4.  Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu kkomunikati lill-Kunsill fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom ikunu validi għal ħames snin mit-22 ta’ Lulju 2005.

5.  Il-Kunsill għandu jirrieżamina dan l-Artikolu fi żmien debitu qabel it-22 ta’ Lulju 2010 bil-ħsieb li jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun possibbli li jiġġeddu d-dikjarazzjonijiet magħmula taħt il-paragrafu 3.

Artikolu 3

Tixwix, għajnuna u assistenza

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi t-tixwix, l-għajnuna u l-assistenza tal-imġiba msemmija fl-Artikolu 2 jikkostitwixxu reati kriminali.

Artikolu 4

Pieni u sanzjonijiet oħra

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-imġiba msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tkun punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-imġiba msemmija fl-Artikolu 2 tkun punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas minn sena sa tliet snin ħabs.

3.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa skont ir-regoli u l-prinċipji kostituzzjonali tiegħu sabiex jiżgura illi meta persuna fiżika f’ċerta attività tan-negozju tkun instabet ħatja tal-imġiba msemmija fl-Artikolu 2, dik il-persuna tista’, fejn xieraq, għall-inqas fil-każijiet fejn kellha pożizzjoni ta’ tmexxija f’kumpanija fi ħdan in-negozju kkonċernat, tkun temporanjament ipprojbita milli tissokta din l-attività partikolari tan-negozju jew paragunabbli f’pożizzjoni jew fkapaċità simili, jekk il-fatti stabbiliti jagħtu raġuni lil dak li jkun li jemmen illi jeżisti riskju ċar tal-abbuż tal-pożizzjoni jew tal-kariga b’korruzzjoni attiva jew passiva.

Artikolu 5

Responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jiġu miżmuma responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3 mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn korp ta’ persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija ġewwa l-persuna ġuridika, abbażi ta’:

(a) setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b) awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew

(c) awtorità sabiex teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.  Apparti l-każijiet previsti fil-paragrafu 1, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi persuna ġuridika tista’ tinżamm responsabbli meta n-nuqqas tas-sorveljanza jew tal-kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun għamlet possibbli t-twettiq ta’ reat tat-tip imsemmi fl-Artikoli 2 u 3 għall-benefiċċju ta’ din il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.  Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu l-awturi, ix-xewwiexa jew il-kompliċi freat tat-tip imsemmi fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 6

Pieni għal persuni ġuridiċi

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l- Artikolu 5(1) tkun punibbli b’pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu pieni oħra bħal:

(a) l-esklużjoni mill-intitolament għall-benefiċċji jew l-għajnuna pubbliċi;

(b) l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet industrijali jew kummerċjali;

(c) it-tqegħid taħt is-sorveljanza ġudizzjarja; jew

(d) ordni ġudizzjarju ta’ stralċ;

2.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l- Artikolu 5(2) tkun punibbli b’pieni jew miżuri kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 7

Ġurisdizzjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu rigward ir-reati msemmija fl-Artikoli 2 u 3, fejn ir-reat ikun twettaq:

(a) fl-intier tiegħu jew f’parti minnu fit-territorju tiegħu;

(b) minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew

(c) għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika illi għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

2.  Kwalunkwe Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-regoli tal-ġurisdizzjoni fil-paragrafu 1(b) u (c), jew japplikahom biss fkażijiet jew fcirkostanzi speċifiċi, fejn ir-reat ikun twettaq ’il barra mit-territorju tiegħu.

3.  Kwalunkwe Stat Membru li, skont il-liġijiet nazzjonali tiegħu, ma jkunx għadu kkonsenja liċ-ċittadini tiegħu stess għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 2 u 3 meta jitwettqu miċ-ċittadini tiegħu stess ’il barra mit-territorju tiegħu.

4.  L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 għandhom jgħarrfu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, u jindikaw, meta opportun, il-każijiet jew iċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tapplika d-deċiżjoni.

Artikolu 8

Tħassir

L-Azzjoni Konġunta 98/742/ĠAI hija mħassra.

Artikolu 9

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas qabel it-22 ta’ Lulju 2005.

2.  Sal-istess data, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġijiet nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skont din id-Deċiżjoni Qafas. Fuq il- bażi ta’ rapport stabbilit bl-użu ta’ dan it-tagħrif u rapport bil-miktub mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, qabel it-22 ta’ Ottubru 2005, jagħmel analiżi biex jara safejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id- Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 10

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-Ġibiltà.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Magħmul fi Brussell, fit-22 ta’ Lulju 2003.

Top