EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002D0676-20020424

Consolidated text: Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/676(1)/2002-04-24

  The document is unavailable in your User interface language.

02002D0676 — MT — 24.04.2002 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI Nru 676/2002/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju)

▼B

(ĠU L 108 24.4.2002, p. 1)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 243, 27.9.2018, p.  21 (676/2002/KE)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI Nru 676/2002/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju)

▼B



Artikolu 1

L-għan u l-qasam ta' l-applikazzjoni

1.  L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiġi stabbilita politika u qafas komuni fil-Komunità sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-attitudni politika u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern fiż-żoni tal-politika tal-Komunità bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp (R & D).

2.  Sabiex jintlaħaq dan il-għan, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi proċeduri sabiex:

(a) tiffaċilita l-għamil tal-politika fir-rigward ta' l-ippjanar ta' l-istrateġija u l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju fil-Komunità waqt li tingħata konsiderazzjoni inter alia ta' l-aspetti ekonomiċi, sigurtà, saħħa, interess pubbliku, libertà ta' l-espressjoni, aspetti kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politika tal-Komunità kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet ta' l-utenti ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju u li tiġi evitata interferenza ta' ħsara;

(b) li jassiguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-politika dwar l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju fil-Komunità, u b'mod partikolari tistabbilixxi metodoloġija ġenerali biex jiġu żgurati kondizzjonijiet armonizzati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju;

(ċ) li jassiġuraw il-provvista koordinata u f'waqta ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-allokazzjoni, d-disponibilità u l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju fil-Komunità;

(d) li jassiguraw il-koordinazzjoni effettiva ta' l-interessi tal-Komunità fin-negozjati internazzjonali fejn l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju taffettwa l-politika tal-Komunità.

3.  L-attivitajiet segwiti taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu kont debitu tax-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrelata ma’ l-amministrazzjoni ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, per eżempju l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

4.  Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, biex jiġu segwiti miri ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li jirrelataw mal-politika tal-kontenut tar-regolament u dik awdjo-viżiva, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva1999/5/KE u għad-dritt ta' l-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju tagħhom għall-ordni pubbliku u għal għanijiet ta' sigurtà pubblika u difiża.

Artikolu 2

Tifsira

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, “ ►C1  spektrum ◄ tar-radju” tinkludi sinjali tar-radju fil-frekwenzi bejn 9 kHz u 3 000 GHz; sinjali tar-radju huma sinjali elettromanjetiċi propagati fl-ispazju mingħajr gwida artifiċjali.

Artikolu 3

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (“il-Kumitat dwar l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju”).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu li għalih jipprovdi Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għadu jiġi ffissat għal tlett xhur.

4.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċeduri.

Artikolu 4

Il-funzjoni tal-Kumitat ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-Radju

1.  Sabiex tintlaħaq il-mira ffissata f'Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, skond il-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, miżuri tekniċi xierqa ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet armonizzati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, kif ukoll għad-disponibilità ta' l-informazzjoni relatata ma’ l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, kif imsemmi fil-paragrafu 5.

2.  Għall-iżvilupp tal-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1li jaqgħu fl-isfera tas-CEPT, bħall-armonizzazzjoni ta' l-allokazzjoni tal-frekwenza tar-radju u tad-disponibilità ta' l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ mandati lis-CEPT, u tindika x-xogħol li għandu jitwettaq u l-limitu ta' żmien għalih. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(2).

3.  Fuq il-bażi tax-xogħol imlesti skond il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tideċiedi jekk ir-riżultati tax-xogħol imwettaq skond il-mandati għandhomx japplika wfil-Komunità u l-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri. Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għall-għan ta' dan il-paragrafu l-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3).

4.  Minkejja l-paragrafu 3, jekk il-Kummissjoni jew xi Stat Membru jqis li x-xogħol imwettaq fuq il-bażi tal-mandat maħruġ skond il-paragrafu 2 mhux qed jipprogressa b'mod sodisfaċjenti wara li jingħata kont tal-limitu ffissat jew jekk ir-riżultati tal-mandat ma’ jkunux aċċettabbli, il-Kummissjoni tista tadotta waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3), miżuri biex jinkisbu l-miri tal-mandat.

5.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu, fejn xieraq, jipprovdu għall-possibbiltà ta' perjodi trasitorji u/jew arranġamenti ta' qsim ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju fi Stat membru li jiġi approvat mill-Kummissjoni, fejn ġustifikat, waqt li jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, fuq il-bażi ta' talba raġonata mill-Istat Membru konċernat u sakemm dik l-eċċezzjoni ma tiddiferixxix indebitament l-implimentazzjoni jew toħloq differenzi żejda fil-kompetittività jew sitwazzjonijiet regolatorji bejn l-Istati Membri.

6.  Biex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1, il-Kummissjoni tista’ wkoll tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li m'humiex koperti bil-paragrafu 2, waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3).

7.  Bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-formulazzjoni, tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità dwar l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju perjodikament dwar kwistjonijiet koperti b'Artikolu 1.

Artikolu 5

Disponibilità ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tabella ta' l-allokazzjoni nazzjonali tagħhom tal-frekwenza tar-radju u l-informazzjoni dwar id-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri mposti u tariffi li jikkonċernaw l-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju, għandha tiġi ppublikata jekk relevanti sabiex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1. Għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata u għandhom jieħdu miżuri biex jiżviluppaw databases sabiex dik l-informazzjoni tintgħamel disponibbli lill-pubbliku, fejn japplika skond il-miżuri relevanti ta' armonizzazjoni meħuda taħt Artikolu 4.

Artikolu 6

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Il-kummissjoni għandha tissorvelja l-iżviluppi fir-rigward ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju f'pajjiżi terzi f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull diffikultajiet li jinħolqu, de jure jew de facto, minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar ir-riżultati ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tista’ tipproponi miżuri bil-ħsieb li tassigura l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-miri ta' din id-Deċiżjoni, fejn xieraq. Fejn meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1, il-miri komuni tal-politika għandhom jiġu miftiehma biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni tal-Komunità bejn l-Istati Membri.

4.  Il-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-Komunità u ta' l-Istati Membri taħt patti ta' ftehim relevanti nternazzjonali.

Artikolu 7

Notifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ bl-għan li tkun tista’ tiġi verifikata l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-mandati skond Artikolu 4(3).

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jikxfu t-tagħrif kopert bl-obbligazzjonijiet tal-kunfidenzjalità tal-kummerċ, b'mod partikolari informazzjoni dwar intrapriżi, ir-relazzjonijiet tagħhom tan-negozju u l-komponenti tan-nefqa.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-awtoritajiet relavanti li jwettqu kxif meta dan ikun essenzjali għall-għanijiet tat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom, f'liema każ dak il-kxif għandu jkun proporzjonat u għandu jagħti kont ta' l-interessi leġittimi ta' l-intrapriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

3.  Il-paragrafu 1 m'għandux jipprekludi l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fuq kondizzjonijiet marbuta ma’ l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' l- ►C1  spektrum ◄ tar-radju li ma tinkludix informazzjoni ta' natura konfidenzjali.

Artikolu 9

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq bażi ta' kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skond din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar azzjonijiet futuri maħsuba skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, bil-liġijiet regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-miżuri kollha li jirriżultaw.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 12

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Top