EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0287R(01)

287/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 tas- 16 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 576–577 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/287/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/576


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 tas-16 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2007 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 287/2007

tas-16 ta’ Marzu 2007

li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward tal-Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura Komunitarja għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina mfassla mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Is-sustanzi kollha attivi farmakoloġikament użati fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom ikunu vvalutati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

(2)

Is-sustanza Ginseng hija inkluża fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 fil-kategorija ta’ sustanzi użati fi prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi, għall-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel, għall-użu biss fi prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi ppreparati skont il-farmakopej omeopatiċi f’konċentrazzjonijiet li jikkorrispondu mat-tintura omm, u taħlitiet minnha. Wara l-eżaminar ta’ applikazzjoni, jitqies xieraq li tiġi inkluża entrata oħra fl-Anness II, fil-kategorija ta' sustanzi ta' oriġini veġetali, għall-Ginseng, l-estratti standardizzati u l-preparazzjonijiet minnhom, għall-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2377/90 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Għandu jitħalla perjodu adegwat qabel l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe aġġustament li jkun neċessarju fid-dawl ta' dan ir-Regolament lill-awtorizzazzjonijiet li jqiegħdu l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li jkunu ngħataw skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (2) sabiex iqisu d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-16 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President tal-Kummissjoni

ANNESS

Is-sustanza li ġejja tiddaħħal fl-Anness II (Lista ta’ sustanzi li mhumiex suġġetti għal limiti massimi ta’ residwi).

6.   Sustanza ta’ oriġini veġetali

Sustanzi attivi farmakoloġikament

Speċi tal-annimali

Ginseng, estratti standardizzati u preparazzjonijiet minnhom

L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel”


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1831/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 5).

(2)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).


Top