EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1944R(01)

1944/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1944/2006 tad- 19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 64M, 10.3.2009, p. 315–316 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1944/corrigendum/2009-03-10/oj

10.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/315


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1944/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1944/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1944/2006

tad-19 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 69(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3) jistabbilixxi l-limitu ta' allokazzjonijiet annwali totali ta' nfiq strutturali tal-Komunità għal kwalunkwe Stat Membru u l-Artikolu 70(3) u (4) ta' dak ir-Regolament stabbilixxa r-rati ta' kontribuzzjoni ta' l-FAEŻR.

(2)

Fil-Qafas Finanzjarju 2007-2013 miftiehem mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2005, il-limiti ta' approprjazzjonijiet annwali ta' nfiq strutturali tal-Komunità, li għandhom ikunu applikabbli għal kull Stat Membru individwali, kienu stabbiliti fl-livell differenti minn dak tal-limitu stabbilit fl-Artikolu 69(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(3)

Skond il-Qafas Finanzjarju 2007-2013, ammont ta' EUR 320 miljun, li ma jistax ikun soġġett għall-ħtieġa ta' kofinanzjament nazzjonali kif previst fl-Artikolu 70(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ġie allokat għall-Portugall.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 69, il-paragrafu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-allokazzjonijiet annwali totali mill-FAEŻR li joriġinaw mis-Sezzjoni ta’ Gwida ta’ l-FAEGG għal kwalunkwe Stat Membru skond dan ir-Regolament, u mill-ERDF, l-ESF u s-CF, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (4), inkluż il-kontribuzzjoni ta' l-ERDF skond ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (6), u mill-Fond Ewropew għas-Sajd skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (7), ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 hija inqas minn 40 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,7893 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 huwa ugwali għal jew iktar minn 40 % u inqas minn 50 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,7135 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 huwa ugwali għal jew iktar minn 50 % u inqas minn 55 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,6188 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 huwa ugwali għal jew iktar minn 55 % u inqas minn 60 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,5240 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 huwa ugwali għal jew iktar minn 60 % u inqas minn 65 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,4293 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 huwa ugwali għal jew iktar minn 65 % u inqas minn 70 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,3346 % tal-PGD tagħhom

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta' DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 hija ugwali għal jew iktar minn 70 % u inqas minn 75 % tal-medja ta' l-UE-25: 3,2398 % tal-PGD tagħhom

wara dan, il-livell massimu ta' trasferiment huwa mnaqqas b'0,09 ta' punt perċentwali tal-PGD għal kull żieda ta' 5 punti perċentwali tal-medja DGN (PPS) per capita għall-perijodu 2001-2003 meta mqabbel mal-medja ta' l-UE-25.

Kalkoli tal-PGD mill-Kummissjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika ppubblikata f'April 2005. Ir-rati ta' tkabbir nazzjonali individwali tal-PGD għall-2007-2013, kif proġettati mill-Kummissjoni f'April 2005 għandhom ikunu applikati għal kull Stat Membru b'mod separat.

Jekk huwa stabbilit fl-2010 li l-PGD kumulattiv ta' kwalunkwe Stat Membru għas-snin 2007-2009 tbiegħed b'aktar minn ±5 % mill-PGD kumulattiv stmat skond it-tieni subparagrafu, inkluż bħala konsegwenza ta' bidliet fir-rati tal-kambju, l-ammonti allokati għal dak il-perijodu għal dak l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu aġġustati kif meħtieġ. L-effett nett totali, kemm jekk pożittiv jew negattiv, ta' dawn l-aġġustamenti ma jistax jaqbeż l-EUR 3 000 miljun. Fi kwalunkwe każ, jekk l-effett nett ikun pożittiv, ir-riżorsi addizzjonali totali għandhom ikunu limitati għal-livell ta' sotto-utilizzazzjoni fir-rigward tar-riżorsi massimi disponibbli għall-impenji mill-Fondi Strutturali u s-CF għas-snin 2007-2010. L-aġġustamenti finali għandhom ikunu mifruxin fi proporzjonijiet ugwali tul is-snin 2011-2013. Sabiex jiġi rifless il-valur taz-zloty Pollakka fil-perijodu ta' referenza, ir-riżultat ta' l-applikazzjoni tal-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-Polonja għandu jiġi mmultiplikat b'ko-effiċjent ta' 1,04 għall-perijodu li jwassal sar-reviżjoni msemmija f'dan is-subparagrafu.

(2)

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 70:

“4a.   Il-paragrafi 3 u 4 jistgħu, f'ċerti każi, ma japplikawx fil-Portugall għal ammont ta' EUR 320 miljun.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni ta' l-14 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-13 ta' Diċembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Opinjoni mogħtija fuq konsultazzjoni mhux obbligatorja.

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1463/2006 (ĠU L 277, 9.10.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(5)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(7)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.”;


Top