EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1714R(01)

1714/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1714/2006 tal- 20 ta' Novembru 2006 li jqassam, għas-sena tas-suq 2006/2007, 5000  tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 337–337 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1714/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/337


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1714/2006 tal-20 ta' Novembru 2006 li jqassam, għas-sena tas-suq 2006/2007, 5 000 tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1714/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1714/2006

tal-20 ta' Novembru 2006

li jqassam, għas-sena tas-suq 2006/2007, 5 000 tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti bejn id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja u l-Lussemburgu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta' Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-swieq tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 (2), li stabbilixxa regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, jistipula li t-tqassim ta’ 5 000 tunnellata ta' fibra qasira tal-kittien u fibra tal-qanneb bħala kwantitajiet nazzjonali garantiti, kif previst fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000, għandu jsir qabel is-16 ta' Novembru tas-sena tas-suq kurrenti.

(2)

Għal dak l-iskop, id-Danimarka u l-Italja bagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni relatata ma' l-erjas koperti b'kuntratti ta' bejgħ/xiri, ftehim ta' proċessar u kuntratti ta' proċessar, u stima tar-rendiment tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb, kif ukoll tal-fibra.

(3)

Bil-maqlub, ebda fibra tal-kittien jew qanneb m'hi se tiġi prodotta għas-sena tas-suq 2006/2007 fil-Greċja, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

(4)

Fuq il-bażi ta' stimi ta' produzzjoni li jirriżultaw mill-informazzjoni pprovduta, il-produzzjoni totali fil-ħames Stati Membri konċernati mhux se tilħaq il-kwantità totali ta' 5 000 tunnellata allokati għalihom, u l-kwantitajiet nazzjonali garantiti li jidhru hawn taħt għandhom ikunu stabbiliti.

(5)

Il-miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Fibri Naturali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2006/2007, it-tqassim ta' kwantitajiet nazzjonali garantiti previsti fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 għandu jkun kif ġej:

Id-Danimarka: 2 tunellati,

Il-Greċja: 0 tunellati,

L-Irlanda: 0 tunellati,

L-Italja: 241 tunellati,

Il-Lussemburgu: 0 tunellati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-16 ta' Novembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2006.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 953/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 35, 6.2.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2005 (ĠU L 146, 10.6.2005, p. 3).


Top