EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0241R(01)

241/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 ta’ l- 10 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 351–352 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/241/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/351


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 ta’ l-10 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 241/2006

ta’ l-10 ta' Frar 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/2001 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-klassifikazzjoni tal-iskrin tal-plasma bil-kulur b'disketti ta' installazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1004/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li tikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (2) wasslet għall-klassifikazzjonijiet li jaqaw taħt Kodiċi NM 8528 21 90 għall-iskrin tal-plasma u 8524 91 00 għad-disketti ta' installazzjoni. Billi n-Nota 6 għal kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda ġiet emendata b'effett mill-1 ta' Jannar 2002 u minħabba l-fatt li l-Kumitat HS qabel f'Ottubru 2004 dwar l-interpretazzjoni ta' din in-Nota, ir-Regolament (KE) Nru 1004/2001 irid jiġi kkunsidrat inkorrett.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1004/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tieni oġġett mit-tabella li tidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1004/2001 huwa mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut magħmul minn monitor tal-kulur, klips tal-kejbil, kejbil tal-enerġija elettrika, remowt (operat b’żewġ batteriji), manwal tal-utent u disketti tal-installazzjoni.

Il-monitor huwa tat-tip plażma b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ 105,6 cm (dimensjonijiet globali 103,5 (wisa’) × 64 (għoli) × 15 (fond) cm) b’konfigurazzjoni ta’ 852 × 840 pixel u żewġ spikers interni. Fih l-interfaċċi li ġejjin:

tliet konnetturi għall-input tal- vidjo (sinjal vidjo kompost),

konnettur għall-input tad-dejta (VGA-SVGA),

konnettur għall-input tal-awdjo,

konnettur ta’ kontroll.

L-interfaċċi differenti jippermettu li l-monitor juri bil-kulur sew id-dejta li tidħollu mill-magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta kif ukoll immaġni statiċi jew jiċċaqilu minn apparat għar-reġistrazzjoni jew ir-reproduzzjoni tal-vidjo, plejer tad-DVD, kamera tal-vidjo, eċċ.

8528 21 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Noenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528, 8528 21 u 8528 21 90.

il-karattru essenzjali tas-sett jagħtih il-monitor.

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8471 60 minħabba li jista’ jirriproduċi immaġni bil-kulur minn sinjal tal-vidjo kompost (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8471, il-punt (I)(D)(1)).

Bl-istess mod, il-prodott ma għandux jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 8531 minħabba li l-funzjoni tiegħu mhijiex li jipprovdi indikazzjoni viżiva għal finijiet tas-sinjaletika (ara n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8531, il-punt (D)).


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2175/2005 (ĠU L 347, 30.12;2005, p. 9).

(2)  ĠU L 140, 24.5.2001, p. 8.


Top