EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0270R(01)

2005/270/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 200–206 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/270/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/200


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE għandha taqra:

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Marzu 2005

li tistabbilixxi l-formati relatati mas-sistema tad-bażi tad-dejta skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005 854)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/270/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 12(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-formati stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/138/KE (2), għall-proviżjoni ta' dejta armonizzata fil-qafas tad-Direttiva 94/62/KE, għadhom jiġu rriveduti u simplifikati sabiex titqies l-esperjenza fl-applikazzjoni tagħhom.

(2)

Dawn il-formati għandhom jirriflettu l-miri stipulati fid-Direttiva 94/62/KE kif emendata mid-Direttiva 2004/12/KE.

(3)

Sabiex id-dejta tal-Istati Membri tkun tista' tiġi mqabbla, jeħtieġ li jkun hemm regoli dettaljati dwar id-dejta li għandha tinsab fil-formati u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu aktar dejta fuq bażi volontarja.

(4)

Minħabba l-emendi li jeħtieġ li jsiru għad-Deċiżjoni 97/138/KE, din għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta' ċarezza.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-formati għas-sistemi ta' bażi tad-dejta marbutin mal-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 2

1.   Flimkien mad-definizzjonijiet relevanti msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kompost” ifisser imballaġġ magħmul minn materjali differenti, u li ma jistgħux jiġu sseparati manwalment, li l-ebda materjal minnhom ma jeċċedi perċentwali partikolari skont il-piż;

(b)

“skart mill-imballaġġ iġġenerat” tfisser l-ammont ta' imballaġġ li jsir skart fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (3), wara li jkun ġie użat bħala kontenitur jew għall-ħarsien, l-immaniġġjar, il-kunsinna jew il-preżentazzjoni ta' prodotti;

(c)

“skart tal-imballaġġ irkuprat” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li tiġi rkuprata, irrespettivament minn jekk l-skart mill-imballaġġ huwa rkuprat fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità;

(d)

“skart ta' imballaġġ li ġie rkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru tal-enerġija” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li tiġi rkuprata jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta’ enerġija, irrespettivament minn jekk l-iskart tal-imballaġġ huwiex irkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-skart b'irkupru ta' energija fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità.

(e)

“skart mill-imballaġġ riċiklat” ifisser il-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata fi Stat Membru li ġiet riċiklata, irrispettivament minn jekk l-skart mill-imballaġġ huwiex riċiklat fi ħdan l-Istat Membru, fi Stat Membru ieħor jew barra mill-Komunità;

(f)

“rata ta' l-irkupru jew ta' ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija” għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE, tfisser il-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ irkuprata jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija diviża mill-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerata;

(g)

“rata ta' riċiklaġġ” għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE tfisser il-kwantità totali tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat diviża mill-kwantità totali tal-iskart iġġenerat mill-imballaġġ.

2.   L-iskart iġġenerat mill-imballaġġ, imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, m'għandha tinkludi l-ebda tip ta' reżidwu mill-produzzjoni tal-imballaġġ jew mill-produzzjoni tal-materjali tal-imballaġġ jew minn kwalunkwe proċess ta' produzzjoni ieħor.

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ fi Stat Membru tista' titqies bħala ewkivalenti għall-ammont tal-imballaġġ li jitpoġġa fis-suq fl-istess sena, fi ħdan dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

1.   Id-dejta għall-imballaġġ totali għandha tkopri l-imballaġġ kollu kif definit fl-Artikoli 2(1) u 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.

B'mod partikolari għal materjali li nsibuhom fi kwantitajiet iżgħar u għal dawk mhux imsemmija f'din id-Deċiżjoni, jistgħu jintużaw stimi. Dawn l-istimi għandom ikunu bbażati fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli u għandhom jiġu deskritti skont l-Artikolu 7.

2.   Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid għandu jitqies bħala prodott tas-suq meta jsir disponibbli għall-ewwel darba flimkien mal-prodotti li għandu l-għan li jkun ta' kontenitur għalihom, jew li jipproteġġi jew jimmaniġġa, jew li jintuża għall-kunsinna jew il-preżentazzjoni tagħhom.

Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid m'għandux jitqies bħala skart mill-imballaġġ meta jintbagħat lura għall-użu mill-ġdid. Imballaġġ li jista' jerġa' jintuża m'għanduz jitqies li tpoġġa fis-suq bħala imballaġġ meta jkun ġie użat mill-ġdid ma' xi prodott u jsir disponibbli mill-ġdid.

Imballaġġ li jista' jerġa jintuża mill-ġdid li jintrema peress li jkun wasal fi tmiem il-ħajja utili tiegħu għandu jitqies bħala skart mill-imballaġġ.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:, l-iskart iġġenerat fi Stat Membru partikolari mill-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża jista' jitqies bħala ewkivalenti għall-ammont tal-imballaġġ li jista' jerġa' jintuża li jitpoġġa fis-suq fi ħdan dak l-Istat Membru, fl-istess sena.

3.   Imballaġġ kompost għandu jiġi rrappurtat taħt il-materjal predominanti bil-piż.

Barra minn hekk, tista' tiġi pprovduta dejta separata dwar l-irkupru u r-riċiklaġġ ta' materjali komposti fuq bażi volontarja.

4.   Il-piż ta' imballaġġ li ġie riċiklat jew irkuprat għandu jkun ekwivalenti għall-kontribut tal-iskart mill-imballaġġ għal proċess ta' rkupru jew ta' riċiklaġġ effettiv. Jekk lil-prodott ta' impjant għas-separazzjoni tal-iskart jintbagħat biex jgħaddi minn proċessi ta' reċiklaġġ jew ta' rkuprar effettivi mingħajr telf sinifikanti, wieħed jista' jikkunsidra dan il-prodott bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li ġie rkuprat jew irriċiklat.

Artikolu 4

1.   L-iskart mill-imballaġġ esportat barra mill-Komunità għandu biss jitqies bħala rkuprat jew riċiklat jekk ikun hemm evidenza ċara li l-irkupru u/jew ir-riċiklaġġ saru taħt kundizzjonijiet li huma, b'mod ġenerali, ekwivalenti għal dawk preskritti mill-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar dan il-qasam.

2.   Il-movimenti transkonfinali tal-iskart mill-imballaġġ għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 259/93 (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 (6).

3.   L-iskart mill-imballaġġ iġġenerat fl-Istati Membri l-oħra jew barra mill-Komunità, li jintbagħat lil Stat Membru għall-irkupru jew ir-riċiklaġġ m'għandux jitqies bħala rkuprat jew riċiklat f'dan l-istess Stat Membru, li ntbagħat l-iskart mill-imballaġġ.

Artikolu 5

1.   It-piż tal-iskart mill-imballaġġ rkuprat jew riċiklat għandu jitkejjel bl-użu ta' rata ta' umdità naturali tal-iskart mill-imballaġġ li hija paragunabbli mal-umdità ta' imballaġġ ekwivalenti li tqiegħed fis-suq.

Għandhom isiru korrezzjonijiet ta' dejta li tkejlet dwar it-piż ta' skart mill-imballaġġ irkuprat jew riċiklat kemm-il darba r-rata ta' umdità tal-iskart mill-imballaġġ tkun differenti b'mod regolari u sinifikanti minn dik tal-imballaġġ li jinsab fis-suq u jekk hemm ir-riskju li dan il-fattur iwassal għal eċċessi jew nuqqasijiet kbar fl-istimi dwar ir-rati ta' irkupru jew riċiklaġġ tal-imballaġġ.

Dawn il-korrezzjonijiet għandhom jintużaw biss f'każijiet eċċezzjonali, li jinħolqu minħabba kondizzjonijiet tal-klima speċifiċi jew minħabba kondizzjonijiet oħra.

Il-korrezzjonijiet sinifikanti għandhom jiġu rrapportati fid-deskrizzjonijiet relatati mal-kompilazzjoni tad-dejta kif previst fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7.

2.   It-piż tal-iskart mill-imballaġġ irkuprat jew riċiklat għandu, safejn dan ikun prattiku, jeskludi materjali mhux ta' imballaġġ li jinġabru flimkien mal-iskart mill-imballaġġ.

Għandhom isiru korrezzjonijiet lid-dejta relatata mal-piż tal-iskart irkuprat jew riċiklat jekk il-materjali li mhumiex ġejjin mill-imballaġġ li jinsabu fl-iskart u li jinbgħatu biex jgħaddu minn proċess ta' irkupru jew riċiklaġġ effettiv jistgħu jirriżultaw f'eċċessi jew nuqqasijiet kbar fl-istimi dwar ir-rati ta' irkupru jew riċiklaġġ tal-imballaġġ.

M'għandhom isiru l-ebda korrezzjonijiet fil-każ ta' ammonti żgħar ta' materjali li mhumiex ġejjin mill-imballaġġ jew fil-każ ta' kontaminazzjoni bħal dik li tista' tinsab regolarment fl-iskart mill-imballaġġ.

Il-korrezzjonijiet sinifikanti għandhom jiġu rrapportati fid-deskrizzjonijiet relatati mal-kompilazzjoni tad-dejta kif previst fir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7.

Artikolu 6

Id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-iskart mill-imballaġġ maħruq fl-impjanti tal-ħruq tal-iskart bl-irkupru ta' enerġija.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jimlew it-tabelli li jinsabu fl-Anness fuq bażi annwali u jibagħtuhom lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi.

It-tabelli għandhom ikopru kull sena kalendarja sħiħa u għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), fi żmien 18-il xhar minn tmiem is-sena relevanti.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-dejta disponibbli fuq websajt pubbliku.

Flimkien mat-tabelli li jkunu mlew, l-Istati Membri għandhom jibagħtu deskrizzjoni xierqa ta' kif id-dejta ġiet kompilata. Din id-deskrizzjoni għandha tagħti wkoll spjegazzjoni ta' kwalunkwe stimi li ntużaw.

Artikolu 8

L-Istati Membri jistgħu jressqu, fuq bażi volontarja, dejta ulterjuri dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li tkun disponibbli.

Din id-dejta tista' tinkludi:

(a)

dejta dwar il-produzzjoni, l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' imballaġġ vojt;

(b)

dejta dwar imballaġġ li jista' jintuża mill-ġdid;

(c)

sottofrazzjonijiet speċifiċi tal-imballaġġ bħal pereżempju imballaġġ kompost;

(d)

il-livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal preżenti fl-imballaġġ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 94/62/KE u l-preżenza ta' sustanzi li huma ta' ħsara u sustanzi u materjali perikolużi oħra fi ħdan it-tifsira tat-tielet inċiż tal-punt 1 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva;

(e)

skart mill-imballaġġ li huwa kkunsidrat bħala perikoluż minħabba l-kontaminazzjoni kkaġunata minn prodotti li jinsabu fih, fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE (8) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (9).

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta permezz tal-formati li jinsabu fl-Anness u għandhom jibdew jagħmlu dan bid-dejta li nġabret għall-2003.

Artikolu 10

Id-Deċiżjoni 97/138/KE tħassret.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

TABELLA 1

Kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ iġġenerati fl-Istat Membru u li ġew irkuprati jew maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija fi ħdan jew barra mill-Istat Membru

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ iġġenerat

Li ġie rkuprat jew maħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija permezz ta'

Riċiklaġġ materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Riċiklaġġ totali

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

Total tal-irkupru u l-ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

(h)

Ħġieġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

 

 

 

Karta u kartun

 

 

 

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

1.

Il-kaxxi bojod: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju L-istimi jistgħu jintużaw għalkemm għandhom ikunu bbażati fuq dejta empirika u spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura ċara: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju, iżda stimi bejn wieħed u ieħor huma aċċettabbli. Dawn l-istimi għandhom jiġu spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

3.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti tad-dejta huwa volontarju.

4.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali għall-plastiks għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie riċiklatrriċiklat lura fi plastik.

5.

Il-kolonna (c) tinkludi kull forma ta riċiklaġġ li tinkludi riċiklaġġ organiku iżda mhux ir-riċiklaġġ materjali.

6.

L-ammont fil-kolonna (d) għandu jkun is-somma tal-kolonni (b) u (c).

7.

Il-kolonna (f) tinkludi kull forma ta' rkupru bl-esklużjoni tar-riċiklaġġ u l-irkupru ta' enerġija

8.

L-ammont fil-kolonna (h) għandu jkun is-somma tal-kolonni (d), (e), (f) u (g).

9.

Ir-rata ta' rkupru jew tal-ħruq tal-iskart f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE: Kolonna (h)/kolonna (a).

10.

Ir-rata ta' riċiklaġġ għall-fini tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/62/KE: Kolonna (d)/kolonna (a).

11.

Id-dejta għall-injam m'għandhiex tintuza biex issir evalwazzjoni tal-mira minima ffisata ta' 15 % tal-piż għal kull tip ta' materjal ta' imballaġġ, kif previst fl-Artikolu 6(1c) tad-Direttiva 94/62/KE, kif emendata mid-Direttiva 2004/12/KE.


TABELLA 2

Il-kwantitajiet ta' skart mill-imballaġġ li ntbagħtu lil Stati Membri oħra jew li ġew esportati barra mill-Komunità għall-irkupru jew biex jiġu maħruqa f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ li ntbagħat lejn Stati Membri oħra jew li ġie esportat barra mill-Komunità għal

Riċiklaġġ materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta u kartun

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

1.

Id-dejta f'din it-tabella tirreferi biss għal kwantitajiet li suppost jingħaddew skond l-obbligi tad-Direttiva 94/62/KE. Id-dejta hija dejta sekondarja għal dik li diġà ngħatat fit-tabella 1. Din it-tabella tħejjiet għal ragunijiet ta' tagħrif biss.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura ċara: L-għoti tad-dejta huwa mandatorju, iżda stimi bejn wieħed u ieħor huma aċċettabbli. Dawn l-istimi għandhom jiġu spjegati fid-deskrizzjoni tal-metodoloġija.

3.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti tad-dejta huwa volontarju

4.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali tal-plastiks għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie rriċiklat lura fi plastiks.


TABELLA 3

Il-kwantitajiet tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerati fi Stati Membri oħra jew li ġew impurtati minn barra l-Komunità u li ntbagħtu lill-Istat Membru għall-irkupru jew għall-ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' enerġija

(Tunnellati)

Materjal

Skart mill-imballaġġ iġġenerat fi Stati Membri oħra jew li ġie impurtat minn barra l-Komunità u li ntbagħat lill-Istat Membru għal:

Riċiklaġġ tal-materjali

Forom oħra ta’ riċiklaġġ

Irkupru ta' enerġija

Forom oħra ta’ rkupru

Ħruq f'impjanti għall-ħruq tal-iskart b'irkupru ta' ta' enerġija

Ħġieġ

 

 

 

 

 

Plastik

 

 

 

 

 

Karta jew kartun

 

 

 

 

 

Metall

Aluminju

 

 

 

 

 

Azzar

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

Injam

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

1.

Id-dejta f'din it-tabella hija pprovduta għal raġunijet ta' tagħrif biss. Id-dejta la tinstab fit-tabella 1 u lanqas ma tista' tiġi kkunsidrata biex biha jintlaħqu l-miri mfasslin mill-Istat Membru kkonċernat.

2.

Il-kaxxi bi sfumatura skura: L-għoti ta' din id-dejta huwa volontarju:

3.

Għall-fini ta' din id-deċiżjoni, id-dejta dwar ir-riċiklaġġ materjali tal-plastika għandu jinkludi l-materjal kollu li ġie rriċiklat lura fi plastiks.


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/12/KE (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26)

(2)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(4)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1.

(5)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 6.

(6)  ĠU L 185, 17.7.1999, p. 1.

(7)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(9)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.


Top