Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0147R(01)

    147/2007/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal- 15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    OJ L 71M, 17.3.2009, p. 538–541 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/147/corrigendum/2009-03-17/oj

    17.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/538


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 147/2007 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 147/2007

    tal-15 ta' Frar 2007

    li jadatta ċerti kwoti tas-sajd mill-2007 sal-2012 skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd]

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill adotta regolamenti li jiffissaw għall-2001, l-2002, l-2003, l-2004 u l-2005 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid (2);

    (2)

    B'segwitu għal investigazzjonijiet nazzjonali li twettqu fl-2005 u l-2006 mir-Renju Unit, il-Kummissjoni ġiet innotifikata mir-Renju Unit u l-Irlanda li qabżu l-opportunitajiet ta' sajd allokati lilhom f'termini ta' qabdiet ta' kavalli (ir-Renju Unit u l-Irlanda) u aringi (ir-Renju Unit) f'ċerti żoni fis-snin mill-2001 sal-2004;

    (3)

    Fl-2006, b'segwitu għall-pubblikazzjoni tar-Regolament (3) li jadatta ċerti kwoti tas-sajd għall-2006 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), ir-Renju Unit innotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota fl-2005;

    (4)

    L-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jiddikjara li meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-opportunitajiet tas-sajd li kienu allokati lilu, il-Kummissjoni għandha tħaddem tnaqqis minn opportunitajiet tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

    (5)

    Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura sfruttar ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

    (6)

    Meta jitqies li s-sajd żejjed seħħ tul għadd ta' snin u tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li tiġi meqjusa l-qagħda ekonomika u soċjali tas-setturi tas-sajd rispettivi tal-Istati Membri konċernati u biex jiġi kemm jista' jkun illimitat l-impatt negattiv fuq dawk is-setturi, huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwantitajiet maqbuda barra mill-kwota tul perjodu itwal minn sena;

    (7)

    It-tendenza tal-kwoti tal-kavalli kienet dejjem nieżla mill-2001 sal-2004. Sabiex jiġi evitat impatt sproporzjonat fuq it-tnaqqis huwa meħtieġ li jiġi applikat fattur ta' korrezzjoni fuq il-kwantitajiet li għandhom jitnaqqsu mill-kwoti tal-kavalli fir-rigward ta' ammonti maqbuda barra mill-kwota mill-2001 sal-2004;

    (8)

    Il-kwantità addizzjonali ta' kavalli maqbuda barra mill-kwota mir-Renju Unit fl-2005 għandhom jitnaqqsu mill-kwota tar-Renju Unit tal-2007;

    (9)

    L-iskema tat-tnaqqis se tkun kompatibbli mal-pariri xjentifiċi minħabba li l-qabdiet totali permessi għall-kavalli u l-aringi fis-snin li ġejjin se jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi li se jqisu l-qabdiet aġġustati li jirriżultaw mill-kwoti mnaqqsa.

    (10)

    Il-fattur ta' korrezzjoni għandu jkun daqs il-qabda totali tal-kavalli permessa fl-2006 espressa bħala persentaġġ tal-medja tal-qabda totali permessa għas-snin 2001-2004;

    (11)

    Barra minn hekk, sabiex jiġu evitati konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi, il-kwantitajiet li jitnaqqsu fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu persentaġġ tal-kwota annwali. Huwa xieraq li dan il-persentaġġ jiġi ffissat bħala 15 %;

    (12)

    F'każ fejn il-kwantità li għandha titnaqqas fi kwalunkwe sena taqbeż 15 % tal-kwota annwali, il-perjodu tat-tnaqqis se jittawwal biex titnaqqas il-kwantità li hija daqs jew inqas minn 15 %;

    (13)

    B'kunsiderazzjoni għat-talba tal-Istati Membri konċernati biex ikollhom ammont iżgħar imnaqqas minn ċerti kwoti fl-2007 milli fis-snin ta' wara mill-2008 sal-2012.

    (14)

    Il-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien iffissat miċ-chairman tiegħu;

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwoti allokati lill-Irlanda u r-Renju Unit għall-kavalli (Scomber scombrus) u l-aringi (Clupea harengus) fis-snin mill-2007 sal-2012 għandhom jitnaqqsu kif muri fl-Anness I u l-Anness II.

    Artikolu 2

    Il-kwantitajiet imnaqqsa fi kwalunkwe sena ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-kwota annwali.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta' Frar 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummisjoni

    ANNESS I

    TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012

    Pajjiż

    Speċi

    Kodiċi tal-istokk

    Żona

    Sajd żejjed 2001-2004

    Fattur ta' korrezzjoni

    m.r. = mhux rilevanti

    Tnaqqis totali

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    Ir-Renju Unit

    Kavalli

    (Scomber scombrus)

    2CX14

    II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

    112 546

    0,734

    82 609

    12 391,3

    14 043,5

    14 043,5

    14 043,5

    14 043,5

    14 043,5

    Ir-Renju Unit

    Aringi

    (Clupea harengus)

    5B6ANB

    Vb, VIaN (ilmijiet tal-KE), VIb

    10 349

    m.r.

    10 349

    1 552,4

    1 759,3

    1 759,3

    1 759,3

    1 759,3

    1 759,3

    Ir-Renju Unit

    Aringi

    (Clupea harengus)

    4AB

    IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

    33 485

    m.r.

    33 485

    5 022,8

    5 692,5

    5 692,5

    5 692,5

    5 692,5

    5 692,5

    Ir-Renju Unit

    Aringi

    (Clupea harengus)

    1/2

    I, II (ilmijiet tal-KE u ilmijiet Internazzjonali) HER/1/2

    127

    m.r.

    127

    127

    0

    0

    0

    0

    0

    L-Irlanda

    Kavalli

    (Scomber scombrus)

    2CX14

    II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

    33 486

    0,734

    24 578,7

    3 686,8

    4 178,4

    4 178,4

    4 178,4

    4 178,4

    4 178,4

    ANNESS II

    TNAQQIS MILL-KWOTA 2007-2012

    Pajjiż

    Speċi

    Kodiċi tal-istokk

    Żona

    Sajd żejjed 2005

    Fattur ta' korrezzjoni

    m.r. = mhux rilevanti

    Tnaqqis totali

    2007

    2008

    2009

    2010

    2011

    2012

    Ir-Renju Unit

    Kavalli

    (Scomber scombrus)

    2CX14

    II (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

    5 090

    m.r.

    5 090

    5 090

    0

    0

    0

    0

    0


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2848/2000 (ĠU L 334, 30.12.2000, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2555/2001 (ĠU L 347, 31.12.2001, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2341/2002 (ĠU L 356, 31.12.2002, p. 12); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2287/2003 (ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 27/2005 (ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 742/2006 (ĠU L 130, 18.5.2006, p. 7).

    (4)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.


    Top