This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1635R(01)
1635/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas- 6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
1635/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas- 6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 71M, 17.3.2009, pp. 477–483
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1635/corrigendum/2009-03-17/oj
|
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
477 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 966/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1635/2006
tas-6 ta’ Novembru 2006
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 tat-22 ta' Marzu 1990 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta' l-enerġija nukleari ta' Chernobyl (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1661/1999 tas-27 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li jorġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident ta' l-istazzjon ta’ l-enerġija nukleari ta' Chernobyl (2), ġie emendat tliet darbiet. Minħabba li jridu jsiru aktar emendi, huwa xieraq li fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament jitfassal mill-ġdid, kif previst fil-programm kurrenti ta’ simplifikazzjoni anness mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju (3). |
|
(2) |
Il-preċipitazzjoni ta' radjuċesju mill-inċident ta' l-impjant ta' Chernobyl fis-26 ta' April 1986 affettwat firxa kbira ta' pajjiżi terzi. Kienu ġew irreġistrati każi ripetuti ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'kunsinni ta' ċerti tipi ta' faqqiegħ importat minn għadd ta' pajjiżi terzi. |
|
(3) |
Preċipitazzjoni simili affetwat ċerti partijiet tat-territorji ta' wħud mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Ġeneralment il-foresti u l-inħawi bis-siġar huma l-ambjent naturali ta' faqqiegħ mhux ikkultivat u eko-sistemi bħal dawn għandhom tendenza li jżommu r-radjuċesju f'ċiklu ta' skambju bejn il-ħamrija u l-veġetazzjoni. |
|
(5) |
B'konsegwenza, il-kontaminazzjoni kontinwa ta' faqqiegħ mhux ikkultivat mir-radjuċesju, matul il-perjodu minn meta seħħ l-inċident imsemmi hawn fuq, ftit li xejn naqset u jista' jkun li din żdiedet fil-każ ta' ċerti speċijiet. |
|
(6) |
Fl-1986, il-Kummissjoni wettqet u sussegwentament aġġornat valutazzjoni tar-riskji possibli fuq is-saħħa tal-bniedem minn oġġetti ta' l-ikel kontaminati biċ-ċesju radjoattiv. Dik il-valutazzjoni tar-riskji possibbli għadha valida anke llum; billi tqis il-perjodu fiżiku radjoattiv tal-materjal imsemmi, u, barra minn hekk, il-livell massimu permess jikkonforma fil-qofol mal-livell rakkomandat mill-Kummissjoni Codex Alimentarius. |
|
(7) |
Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, l-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (4) waqqaf sistema għall-iskambju rapidu ta’ l-informazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri in situ fit-territorji ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea joħorġu mill-obbligi legali ta' dawk l-Istati skond l-Artikoli 35 u 36 tat-Trattat Euratom, il-miżuri tal-Komunità li diġà hemm referenza għalihom u l-miżuri nazzjonali u l-kontrolli li, meħuda flimkien, huma, f'termini ta' ekwivalenza ta' riżultat, ugwali għal dawk approvati f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni qiegħda tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu konformi b'mod effettiv ma’ l-obbligi legali f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, għamlet rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar il-ħarsien u l-informazzjoni tal-pubbliku dwar l-esponiment li jirriżulta minn kontaminazzjoni kontinwa miċ-ċesju radjoattiv ta’ ċerti prodotti ta’ ikel selvaġġ bħala konsegwenza ta' l-inċident ta' l-impjant nukleari ta' Chernobyl (5). |
|
(10) |
Anke jekk jistħoqqilhom jitqiesu fil-ġejjieni d-dispożizzjonijiet għat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' prodotti agrikoli varji, il-ħtieġa immedjata hija li jissaħħu dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-faqqiegħ. |
|
(11) |
Sabiex jitħallew kontrolli aktar effettivi, huwa meħtieġ, bħala konsegwenza, li jkun identifikat għadd ristrett ta' uffiċċji doganali minn fejn ċerti prodotti jkunu jistgħu jiġu ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. |
|
(12) |
Il-listi ta' uffiċċji doganali u ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu riveduti kif xieraq, billi jingħata każ inter alia tal-konformità fil-futur mal-livelli massimi permessi u ta' informazzjoni oħra li tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tiġġudika jekk ikunx hemm il-ħtieġa li pajjiż terz jinżamm fuq il-lista. |
|
(13) |
Għall-istess raġuni huwa xieraq li jiġu pprovduti ċertifikati ta' l-esportazzjoni, bħal ma hemm referenza għalihom f'Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, għal kull kunsinna ta' prodotti bħal dawn. |
|
(14) |
Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu awtorizzati, fuq id-diskrezzjoni tagħhom, li jimponu ħlas għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżi u għall-qerda tal-prodott jew ir-ritorn tiegħu dejjem sakemm ikun osservat il-prinċipju ta' proporzjonalità meta tkun eżerċitata l-għażla tal-qerda jew tar-ritorn u sakemm ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-ħlasijiet hekk imposti ma jaqbżux l-ispejjeż imġarrba. |
|
(15) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-ftehimiet li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, billi jingħata każ tad-dritt tal-Komunità li taddotta u li tapplika miżuri li huma meħtieġa biex jintlaħaq il-livell ta' protezzjoni sanitarja magħżul fit-territorju ta' l-Istati Membri tagħha. |
|
(16) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-kumitat ad hoc li hemm referenza għalih f'Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kontrolli fuq il-kontenut ta' radjuċesju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90 tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 ta' l-istess Regolament, biex jiżguraw li l-livelli massimi permessi stabbiliti bir-Regolament imsemmi jiġu osservati għandhom jitwettqu mill-Istati Membri li fihom il-prodotti jiġu rrilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u l-aktar tard f'dak il-ħin.
2. Il-kontrolli għandhom isiru permezz ta' teħid ta' kampjuni bi qbil ma’ dawn in-normi minimi li ġejjin:
|
(a) |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), l-għażla ta' l-Istat Membru dwar l-intensità tal-kontrolli li għandhom jitwettqu għandha ssir billi jingħata każ b'mod partikolari tal-grad ta' kontaminazzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, il-karatteristiċi tal-prodotti msemmija, ir-riżultati ta' kontrolli preċedenti u ċ-ċertifikati ta' esportazzjoni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3. |
|
(b) |
Mingħajr preġudizzju għal aktar miżuri li hemm provdut għalihom fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90, meta prodott li joriġina minn pajjiż terz ikun irreġistrat bħala li jaqbeż il-livelli massimi permessi, il-kontrolli għandhom jiġu intensifikati għal dawk il-prodotti kollha ta' l-istess tip li joriġinaw mill-pajjiż terz imsemmi. |
3. Il-kontrolli fuq prodotti speċifiċi għandhom jitwettqu bi qbil mar-regoli li ġejjin:
|
(a) |
Għal annimali għall-qatla, il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għar-regoli doganali stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7) dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali. Permess għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal dak l-effett, li l-laħam imsemmi jkun għadda mis-sistema ta' kontrolli u li dawk il-kontrolli wrew li l-livelli massimi permessi ma jkunux inqabżu. |
|
(b) |
Għal prodotti elenkati f'Anness I, li joriġinaw mill-pajjiżi terzi elenkati f'Anness II, il-kontrolli dokumentarji għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' ċertifikati ta' l-esportazzjoni mimlija kif suppost li hemm referenza għalihom f'Artikolu 3 li jakkumpanjaw kull kunsinna. Kull kunsinna li taqbeż l-10 kg ta' prodotti friski jew l-ekwivalenti tagħhom għandha tkun soġġetta għal teħid ta' kampjuni u analiżi sistematiċi, billi titqies b’mod xieraq l-informazzjoni li tkun tinstab fiċ-ċertifikat ta' l-esportazzjoni. Dawn il-prodotti jistgħu jiġu ddikjarati biss għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni f'numru ristrett ta' uffiċċji doganali. Il-lista ta’ l-uffiċċji doganali għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali, wara li ssir notifika mill-Istati Membri. |
4. Meta jkun osservat nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodott partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jistgħu jeħtieġu li l-prodott importat jinqered jew jiġi rritornat lura lejn il-pajjiż ta' oriġini. Fil-każ ta' l-aħħar, għandha titressaq evidenza bil-miktub lill-awtorità doganali li tkun irrifjutat ir-rilaxx għaċ-ċirkolazjoni ħielsa, li l-prodott ikun ħalla t-territorju tal-Komunità Ewropea.
5. Għall-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom biss, jimponu ħlasijiet fuq l-importatur għat-teħid ta' kampjuni u analiżi tal-prodotti għall-konformità mar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Għal kunsinni li jaqbżu l-livelli massimi permessi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirkupraw mill-importatur l-ispejjeż marbuta jew mal-qerda tal-kunsinna jew mar-ritorn tagħha lejn il-pajjiż ta' oriġini.
Artikolu 2
1. Kull Stat Membru għandu, b'analoġija, japplika l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 biex jgħarraf lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-każi rreġistrati ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-livelli massimi permessi, stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 737/90, jiddikjara l-pajjiż ta' l-oriġini, id-deskrizzjoni u l-grad tal-kontaminazzjoni ta' l-oġġetti, il-mezzi tat-trasport, l-esportatur u d-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korpi assenjati biex iwettqu il-kontrolli.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien b'każi reġistrati ta' nuqqas ta' konformità mal-livelli massimi permessi permezz tas-Sistema ta' Allarm Malajr fil-Komunità imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi elenkati f'Anness II għandhom jiddikjaraw li l-prodotti li huma jakkumpanjaw ikunu konformi mal-livelli massimi permessi stabbiliti f'Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 737/90. Iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni għandhom jimtlew billi tintuża formola stampata fuq karta bajda bi qbil mal-mudell f'Anness III.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri, id-dettalji li tkun irċeviet dwar l-awtoritajiet awtorizzati joħorġu iċ-ċertifikati ta' l-esportazzjoni fil-pajjiżi terzi msemmija.
Artikolu 4
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1661/99 huwa rrevokat.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Andris PIEBALGS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Lista ta' prodotti li għalihom għandhom jiġu sodisfatti d-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 1(3)(b)
Kodiċi NM:
|
ex 0709 59 |
Faqqiegħ, frisk jew iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat |
|
ex 0710 80 69 |
faqqiegħ (nej jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat, għajr faqqiegħ ikkultivat |
|
ex 0711 59 00 |
faqqiegħ ippreservat b'mod proviżorju (per eżempju, b'gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għall-konsum immedjat, għajr faqqiegħ ikkultivat |
|
ex 0712 39 00 |
faqqiegħ imnixxef, sħiħ, maqtugħ, imfellel, miksur jew f'forma ta' trab, iżda mhux imħejji aktar, għajr faqqiegħ ikkultivat |
|
ex 2001 90 50 |
faqqiegħ, frisk jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat |
|
ex 2003 90 00 |
faqqiegħ, ippreparat jew preservat b'mod ieħor barra minn bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, għajr faqqiegħ ikkultivat |
ANNESS II
Lista ta' pajjiżi terzi li hemm referenza gĦalihom f'artikolu 3
|
|
L-Albanija |
|
|
Il-Belarus |
|
|
Il-Bożnija u Ħerzegovina |
|
|
Il-Bulgarija |
|
|
Il-Kroazja |
|
|
Il-Liechtenstein |
|
|
L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
|
|
Il-Moldova |
|
|
Il-Montenegro |
|
|
In-Norveġja |
|
|
Ir-Rumanija |
|
|
Ir-Russja |
|
|
Is-Serbja |
|
|
L-Iżvizzera |
|
|
It-Turkija |
|
|
L-Ukraina |
ANNESS III
ĊERTIFIKAT TA’ ESPORTAZZJONI GĦAL PRODOTTI AGRIKOLI (ĊERTIFIKAT GĦAL KULL SPEĊJE)
Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi ippreżentat fi tliet kopji mad-dħul għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u jinżamm mid-dwana
(1) ĠU L 82, 29.3.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 616/2000 (ĠU L 75, 24.3.2000, p. 1)
(2) ĠU L 197, 29.7.1999, p. 17. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(3) COM (2005) 535 finali.
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(5) ĠU L 99, 17.4.2003, p. 55.