EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020SC0517R(01)

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Rapport dwar il-Pajjiż dwar Malta 2020 Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U LILL-GRUPP TAL-EURO Semestru Ewropew 2020: Valutazzjoni tal-progress fuq ir-riformi strutturali, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi ekonomiċi, u r-riżultati tar-rieżamijiet dettaljati skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011

SWD/2020/517 final/2

Brussell, 2.3.2020

SWD(2020) 517 final/2

CORRIGENDUM
This document corrects document SWD (2020) 517 final of 26.02.20
Concerns the MT language version
Deletes a TOC, changes placement of bullet point in p. 4, replaces Table 2.1 on p. 18.
The text shall read as follows:

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport dwar il-Pajjiż dwar Malta 2020

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW U LILL-GRUPP TAL-EURO

Semestru Ewropew 2020: Valutazzjoni tal-progress fuq ir-riformi strutturali, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi ekonomiċi, u r-riżultati tar-rieżamijiet dettaljati skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011





















{COM(2020) 150 final}


Werrej

Sommarju eżekuttiv

1.Is-sitwazzjoni ekonomika u l-prospettivi

2.Il-progress fejn jidħlu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

3.Prijoritajiet ta’ riforma

3.1.Il-finanzi pubbliċi u t-tassazzjoni

3.2.Is-settur finanzjarju

3.3.Is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali

3.4. Il-kompetittività, ir-riformi u l-investimenti

3.5. Is-sostenibbiltà ambjentali

Anness A: Tabella b’ħarsa kumplessiva

Anness B: Analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-Kummissjoni u riskji fiskali

Anness C: C. Tabelli Standard

Anness D: Gwida għall-investiment dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 2021-2027 għal Malta

Anness E: Progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (l-SDGs)

Referenzi

LISTA ta’ Tabelli

Tabella 1.1:Indikaturi ekonomiċi u finanzjarji ewlenin – Malta5

Tabella 2.1:Valutazzjoni annwali tas-CSRs tal-2019 (*)8

Tabella C.1:L-indikaturi tas-suq finanzjarju6

Tabella C.2:L-indikaturi Prinċipali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali7

Tabella C.3:L-indikaturi tal-edukazzjoni u tas-suq tax-xogħol8

Tabella C.4:L-indikaturi tal-inklużjoni soċjali u tas-saħħa9

Tabella C.5:Indikaturi tal-prestazzjoni tas-swieq tal-prodotti u indikaturi tal-politika70

Tabella C.6:It-tkabbir ekoloġiku71

Tabella E.1:L-indikaturi li jkejlu l-progress ta’ Malta lejn l-SDGs4

LISTA ta’ Graffs

Graff 1.1:    Valur miżjud gross skont is-settur, 2009-2018    

Graff 1.2:    PDG fi prezzijiet kostanti u l-komponenti, 2012-2021    

Graff 1.3:    Indikaturi ewlenin tal-impjiegi    

Graff 1.4:    Xejriet tal-Produttività Totali tal-Fatturi, Malta u pajjiżi magħżula    

Graff 1.5:    Il-bilanċ kummerċjali u l-kontenut tal-importazzjoni tax-xejriet tal-esportazzjoni, 2005-2018    

Graff 1.6:    Id-dekompożizzjoni tal-kont kurrenti, 2005-2018    

Graff 1.7:    Dejn u parametri referenzjarji tas-settur privat    

Graff 2.1:    Implimentazzjoni pluriennali kumplessiva tas-CSRs bejn l-2011 u l-2019, sa issa    

Graff 3.1.1:    Pagamenti tal-imgħax eżoġeni totali minn Stati Membri tal-UE u sehem li jmur għal ċentri finanzjarji offshore***    

Graff 3.2.1:    Spustar tal-prezzijiet tad-djar    

Graff 3.2.2:    Permessi tal-bini u investiment fid-djar    

Graff 3.3.1:    Nuqqas ta’ ħaddiema: rata ta’ sejbien ta’ impjieg u separazzjoni    

Graff 3.3.2:    Rati ta’ impjieg tan-nisa skont il-koorti tal-età    

Graff 3.3.3:    Ir-rata ta’ dawk fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE), gruppi tal-età    

Graff 3.4.1:    Ix-xejriet fl-investiment f’Malta, eskluż il-makkinarju    

Graff 3.4.2:    Il-produttività tax-xogħol skont is-settur, 2008-2018    

Graff 3.4.3:    Il-produttività għal kull persuna impjegata skont is-settur u d-daqs tal-intrapriża, 2016    

Graff 3.4.4:    It-turiżmu lejn Malta, Jannar 2018-Ottubru 2019    

Graff 3.5.1:    Total ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra (eskluża l-avjazzjoni internazzjonali), l-UE u Malta    

Graff 3.5.2:    Ix-xejriet fit-tkabbir tal-popolazzjoni u fis-settur tat-trasport bit-triq    

LISTA ta’ Kaxxi

Kaxxa 2.1: Il-fondi u l-programmi tal-UE biex jindirizzaw l-isfidi strutturali u jrawmu t-tkabbir u l-kompetittività f’Malta    

Kaxxa 3.3.2: Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni fid-dawl tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali    

Kaxxa 3.4.3: L-isfidi u r-riformi tal-investiment f’Malta    

Kaxxa 3.5.4: L-implikazzjonijiet tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali tas-settur tad-djar f’Malta    

Sommarju eżekuttiv

L-ekonomija ta’ Malta, li qed tikber b’rata mgħaġġla, qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi għas-sostenibbiltà fit-tul. L-ekonomija Maltija ilha tesperjenza tkabbir rapidu u ħolqien sostnut tax-xogħol għal bosta snin. Sforzi ta’ riforma reċenti għenu biex iħeġġu l-investiment f’għadd ta’ oqsma importanti. Madankollu, għad fadal għadd ta’ sfidi strutturali fit-tul, inkluż (i) l-implikazzjonijiet fiskali tat-tixjiħ demografiku; (ii) livelli baxxi ta’ ħiliet, u (iii) vulnerabbiltajiet fil-governanza. Barra minn hekk, it-tkabbir demografiku u ekonomiku mistennija li jitfgħu aktar pressjoni fuq l-infrastruttura u r-riżorsi naturali ta’ Malta. Għalhekk huwa essenzjali li (i) tissaħħaħ ir-reżiljenza fit-tul permezz tal-innovazzjoni; (ii) tittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura; u (iii) isiru aktar passi lejn mudell ekonomiku newtrali għall-klima u ambjentalment sostenibbli. ( 1 )

It-tkabbir ekonomiku mistenni jbatti. Il-prestazzjoni ekonomika Maltija għadha fost l-aktar b'saħħithom fl-UE, sostnuta minn domanda domestika b’saħħitha u settur vibranti tas-servizzi li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni. It-tkabbir tal-PDG fi prezzijiet kostanti huwa mistenni li jimmodera gradwalment, minn 4,5 % fl-2019 għal 4 % fl-2020 u 3,7 % fl-2021. L-inflazzjoni mistennija tistabbilizza għall-1,5 %. Bħala ekonomija żgħira u miftuħa, Malta hija soġġetta għal riskji fl-ambjent estern.

Is-surplus fiskali qed jiġi sostnut minkejja li f’livell aktar baxx mis-snin preċedenti. Is-surplus nominali niżel bil-mod minn livell eċċezzjonalment għoli fl-2017 għal surplus stmat ta’ madwar 1 % tal-PDG fl-2019, fejn huwa mistenni jistabbilizza fis-snin li ġejjin. Intużat iż-żieda kbira fid-dħul mit-taxxa li ġiet bis-saħħa ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli sabiex jiżdied it-tkabbir fin-nefqa pubblika.. Il-kompożizzjoni tan-nefqa mistennija li se timxi favur l-investiment pubbliku, filwaqt li n-nefqa soċjali u tas-saħħa bħala perċentwal tal-PDG mistennija jistabbilizzaw taħt iċ-ċifri osservati fil-passat. It-tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn għall-PDG, li laħaq is-46 % fl-2018, huwa mistenni jkompli.

Is-settur bankarju baqa’ f’saħħtu, b’ riżultat tal-prattiki ta’ self konservattivi, iżda huwa espost għar-riskji. Il-banek baqgħu jagħmlu l-qligħ huma u jsaħħu l-bażi kapitali tagħhom u jżommu biżżejjed likwidità bis-saħħa tad-depożiti tal-klijenti. Is-self improduttiv naqas ukoll. Madankollu, l-istandards ristretti għall-għoti ta’ self jillimitaw l-opportunitajiet ta’ teħid ta’ self għall-kumpaniji. Barra minn hekk id-dgħufija li għad hemm fil-qafas kontra l-ħasil tal-flus ħoloq tensjoni fir-relazzjonijiet mal-banek korrispondenti.

L-investiment fl-innovazzjoni, fil-ġestjoni tar-riżorsi naturali, fil-ħiliet u fl-infrastruttura huma kritiċi biex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta. Aktar fit-tul, se jkun kruċjali l-investiment f’oqsma oħra li mhux dak tal-kostruzzjoni residenzjali biex inaqqas l-effetti lembut li qed jintensifikaw. Hemm ukoll bżonn ta’ investiment fl-infrastruttura, fil-ħiliet, u fl-innovazzjoni adegwati. Minħabba r-restrizzjonijiet tal-ispazju u r-riżorsi, biex jitkompla l-iżvilupp ekonomiku se jkun hemm bżonn li titqiegħed saħansitra aktar enfasi fuq is-sostenibbiltà ambjentali. Din is-sostenibbiltà ambjentali tista’ tiġi promossa permezz ta’ (i) titjib kontinwu fil-ġestjoni tar-riżorsi u (ii) tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-ekonomija.

Malta għamlet progress limitat ( 2 ) biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2019. 

Sar xi progress fl-oqsma li ġejjin:

·i-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus;

·li l-politika ekonomika relatata mal-investiment tiġi ffukata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni;

·It-titjib tal-ġestjoni tar-riżorsi naturali u tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija;

·it-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi.

Sar progress limitat fl-oqsma li ġejjin:

·l-iżgurar ta’ trasport sostenibbli, u t-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku.

·it-tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja, permezz tat-twaqqif ta’ servizz tal-prosekuzzjoni separat.

·it-tisħiħ tal-qafas ġenerali ta’ governanza, inkluż billi jkomplu l-isforzi biex tinkixef il-korruzzjoni u jinfetħu kawżi għall-każijiet ta’ korruzzjoni.

Ma sar l-ebda progress fl-oqsma li ġejjin:

·li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa;

·li jiġu indirizzati karatteristiċi tas-sistema tat-taxxa li jistgħu jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;

It-tabella ta’ valutazzjoni soċjali li tappoġġa l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tindika prestazzjoni relattivament tajba ta’ Malta, minkejja l-isfidi li fadal. L-espansjoni ekonomika robusta fi snin riċenti kkontribwiet għal: (i) tkabbir fl-impjiegi li kien fost l-ogħla fl-UE u (ii) tnaqqis fir-rati tal-qgħad ġenerali u fit-tul fl-aħħar snin. L-inugwaljanza fid-dħul hija stabbli, iżda madankollu hemm xi gruppi tal-popolazzjoni li jaffaċċjaw riskju ogħla tal-faqar minn oħrajn. Il-livell għoli ta’ tluq bikri mill-iskola u eżiti batuti tal-edukazzjoni, (li t-tnejn li huma fil-biċċa l-kbira huma ddeterminati mit-tip ta’ skola li l-istudenti jattendu), jillimitaw l-opportunitajiet indaqs.

Il-progress biex jintlaħqu l-miri nazzjonali skont l-istrateġija Ewropa 2020 huwa mħallat. Malta laħqet il-miri tagħha għall-impjiegi u għall-kisba tal-edukazzjoni terzjarja. Madankollu, huwa mistenni li Malta se titlef, għal ftit, il-mira tal-enerġija rinnovabbli tagħha għall-2020. Oqsma oħra jeħtieġu aktar sforzi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Dawn l-oqsma jinkludu n-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, it-tluq bikri mill-iskola, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u l-effiċjenza enerġetika.

Malta għamlet xi progress rigward l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti. Għamlet progress sinifikanti fuq l-SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku), bi tkabbir partikolarment rapidu fl-impjiegi. Madankollu, Malta għadha qed taffaċċja sfidi sinifikanti relatati mal-SDG 9 (industrija, innovazzjoni u infrastruttura). B’mod partikolari, in-nefqa domestika grossa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp bħala sehem mill-PDG qiegħda tonqos ( 3 ).

Il-kwistjonijiet strutturali li qegħdin jiġu analizzati f’dan ir-rapport, li jindikaw sfidi partikolari għall-ekonomija Maltija, huma ppreżentati fil-paragrafi li ġejjin:

Il-kompożizzjoni tad-dħul tal-gvern tista’ tnaqqar mill-pożizzjoni fiskali fit-terminu medju. It-taxxi korporattivi, li jirrappreżentaw parti sinifikanti mid-dħul mit-taxxa, jistgħu jkunu volatili minħabba l-ekonomija li qed tbatti u l-inizjattivi internazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, is-surpluses fiskali reċenti kienu jiddependu ħafna fuq ir-rikavati mill-Programm ta’ Investitur Individwali (l-iskema taċ-ċittadinanza). Dawn ir-rikavati diffiċli tipprevedihom u jistgħu jonqsu fit-terminu medju. Għalhekk, il-preservazzjoni ta’ pożizzjoni fiskali soda se tiddependi aktar u aktar fuq l-aġġustamenti tan-nefqa.

Il-finanzi pubbliċi se jaqgħu taħt aktar pressjoni mill-ispejjeż tat-tixjiħ demografiku. Fuq medda twila ta’ żmien, iż-żieda fin-nefqa pubblika fuq il-pensjonijiet u s-saħħa hija mistennija li tkun fost l-ogħla fl-UE, għalkemm minn livell ferm aktar baxx mill-medja tal-UE. Miżuri reċenti kellhom l-għan li jiddiversifikaw id-dħul tal-pensjoni u jżidu l-adegwatezza tal-pensjonijiet. L-indiċjar tal-pensjonijiet f’livelli ogħla miż-żidiet fl-għoli tal-ħajja wassal għal aktar adegwatezza, iżda se jdgħajjef lill-finanzi pubbliċi fit-tul. Bħalissa għaddejjin miżuri biex itejbu l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa u biex jiġi żgurat l-għoti ta’ servizzi ta’ kura fit-tul.

L-evidenza ekonomika tindika li r-regoli tat-taxxa Maltin qed jintużaw għal finijiet ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. Minkejja li Malta implimentat inizjattivi Ewropej u internazzjonali maqbula preċedentement biex jindirizzaw xi kwistjonijiet relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, regoli bħan-nuqqas ta’ taxxi minn ras il-għajn u t-tifsila tal-iskemi taċ-ċittadinanza u r-residenza għall-investituri għadhom kawża għat-tħassib.

L-ekonomija Maltija għadha vulnerabbli għar-riskji tal-ħasil tal-flus. Is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji qed titjieb gradwalment. Hemm tliet aspetti tal-ekonomija Maltija li huma partikolarment suxxettibbli għar-riskju tal-ħasil tal-flus: (i) l-ispeċjalizzazzjoni tagħha fil-logħob tal-azzard remot; (ii) l-ispeċjalizzazzjoni tagħha fl-assi virtwali u (iii) l-iskemi ta’ ċittadinanza u residenza tagħha. Saru passi biex jissaħħaħ ir-rwol tas-superviżur fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus billi sar investiment fir-riżorsi umani u l-IT, issaħħew l-għodod tal-valutazzjoni tar-riskju, u ttejbu l-proċessi abbażi tar-riskju. Madankollu, il-prassi li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta tuża konsulenza privata għall-kompiti ta’ superviżjoni tqajjem tħassib. In-nuqqasijiet fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus għadhom sfida. Hemm riformi għaddejjin biex isaħħu l-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, iżda l-effettività tagħhom għad trid tiġi vvalutata.

It-tkabbir bla heda tal-prezzijiet tad-djar jirrikjedi monitoraġġ mill-qrib. Il-pressjonijiet fuq id-domanda wasslu għal żieda qawwija fl-investimenti residenzjali. Dawn il-pressjonijiet fuq id-domanda min-naħa tagħhom ġew xprunati minn tkabbir li joħloq l-impjiegi, rati baxxi tal-imgħax, immigrazzjoni, u turiżmu li sejjer tajjeb ħafna. Issa hemm sinjali ta’ sovrażbilanċ fis-suq tal-proprjetà residenzjali, u l-prezzijiet tad-djar li qed jisparaw ’il fuq qed iqajmu tħassib dwar l-affordabilità, partikolarment għal min jikri. Barra minn hekk, minkejja li l-bażi kapitali tal-banek hija soda, il-konċentrazzjoni tal-portafolli tagħhom fil-proprjetà immobbli, li għadha għaddejja, ħaqqha l-attenzjoni. Din hija kwistjoni partikolarment pressanti minħabba li l-proċeduri tal-insolvenza jieħdu fit-tul u minħabba l-proporzjon relattivament għoli tad-dejn tal-unitajiet domestiċi fl-introjtu disponibbli.

Is-suq tax-xogħol qed jintrass, u qed jirriżulta f’nuqqas ta' ħaddiema u dipendenza akbar fuq ħaddiema barranin. Ir-rati tal-impjieg għall-irġiel kif ukoll għan-nisa qed ikomplu jiżdiedu. Is-sehem tan-nisa żgħażagħ fis-suq tax-xogħol żdied b’mod sinifikanti, iffaċilitat bit-tħaris tat-tfal b’xejn. Madankollu, id-disparità bejn il-ġeneri fl-impjiegi f’Malta għadha l-ogħla fl-UE. Ir-rati tal-qgħad, inkluż il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ, huma ferm taħt il-medja tal-UE. Malta tiddependi ħafna fuq il-ħaddiema barranin, ġejjin kemm mill-UE kif ukoll barra minnha, biex jimlew in-nuqqasijiet ta’ ħaddiema. Ma hemm l-ebda strateġija biex dawn il-ħaddiema jibqgħu Malta aktar fit-tul, minkejja li l-kumpaniji qed jirrapportaw li qed isibuha iebsa biex jirreklutaw u jżommu ħaddiema tas-sengħa. Is-sehem ta’ adulti b’livell baxx ta’ ħiliet huwa kumparattivament għoli, iżda ftit huma dawk li qed japprofittaw mill-miżuri li qed jippromwovu t-tagħlim għall-adulti u t-titjib tal-kompetenzi.

L-eżiti edukattivi fqar huma mistennija jxekklu t-tkabbir futur. Il-livelli dejjem għoljin ta’ riżultati fqar tal-istudenti, flimkien mat-tluq bikri mill-iskola, jagħmluha diffiċli li tintlaħaq il-ħtieġa għal ħaddiema tas-sengħa. Dan għandu wkoll implikazzjonijiet fit-tul għall-inklużjoni soċjali, minħabba li huwa anqas probabbli li t-tfal minn familji soċjalment żvantaġġati jgawdu mill-aqwa opportunitajiet ta’ edukazzjoni u huma aktar probabbli li jibqgħu lura meta mqabbel ma’ studenti tamparhom aktar vantaġġati minnhom. Saru miżuri biex l-edukazzjoni ssir aktar inklużiva. Il-prestazzjoni medja tal-istudenti għadha taħt il-medja tal-UE u popolazzjoni tal-istudenti li kulma jmur qed issir aktar diversa qed jippreżentaw sfida lis-sistema edukattiva Maltija. Koordinazzjoni akbar u aktar użu ta’ approċċi bbażati fuq l-evidenza jistgħu jagħmlu r-riformi u l-investiment fl-edukazzjoni aktar effettivi.

L-inugwaljanzi u l-faqar stabbilizzaw wara li naqsu fl-aħħar snin, iżda ċerti gruppi qed jaffaċċjaw riskju ogħla ta’ faqar. Il-faqar fost it-tfal naqas, iżda t-tfal b’ġenituri waħedhom, barranin jew bi dħul baxx qegħdin f’riskju ogħla ta’ faqar. L-integrazzjoni soċjali ta’ nies minn barra minn Malta, minkejja s-sehem għoli tagħhom fis-suq tax-xogħol, huwa limitat. It-tkabbir rapidu tal-popolazzjoni (+17 % fl-aħħar 10 snin), dovut l-aktar għall-migrazzjoni ekonomika kemm minn pajjiżi tal-UE kif ukoll minn barra l-UE, jista’ jwassal biex l-isfidi soċjali u ambjentali li diġà hemm imorru għall-agħar. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-bżonnijiet ta’ popolazzjoni akbar u aktar diversa, tippreżenta pressjonijiet partikolari fuq is-suq tal-akkomodazzjoni, fuq is-servizzi soċjali, is-servizzi tas-saħħa, u fuq is-sistema edukattiva.

Is-settur tas-servizzi għadu qed jikber b’rata għolja, iżda l-kumpaniji qed jaffaċċjaw diffikultajiet dejjem akbar biex jaċċessaw il-finanzjament. Is-settur tas-servizzi qed ikompli jgawdi minn tkabbir sod. It-turiżmu qed ikompli jikber matul is-sena kollha, iżda b’pass aktar kalm meta mqabbel mal-aħħar snin. L-industrija tal-logħob tal-azzard hija kontributur ewlieni għall-prestazzjoni ekonomika Maltija, iżda din iġġib magħha riskji ta’ governanza b’implikazzjonijiet potenzjali transfruntiera minħabba s-sinifikanza internazzjonali ta’ dan is-settur. Malta hija mistennija wkoll li taqdi rwol akbar fis-soluzzjonijiet tal-blockchain u l-assi finanzjarji virtwali, u adottat strateġija nazzjonali dwar l-intelliġenza artifiċjali. Flimkien man-nuqqas persistenti ta’ ħaddiema, id-diffikultajiet fl-aċċess għas-servizzi bankarji u l-kreditu bankarju huwa tħassib li qed jiżdied għan-negozji, partikolarment fost in-negozji ż-żgħar.

It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali għadu ta’ sfida. Indikaturi differenti juru dgħufija li qed tiġi pperċepita fil-qafas ta’ governanza Malti, b'effetti negattivi fuq l-ambjent tan-negozju. Il-gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu biex isaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura u ħa passi biex jistabbilixxi servizz ta’ prosekuzzjoni separat. Dan se jkun jeħtieġ segwitu konkret u implimentazzjoni adegwata. In-nuqqasijiet tal-istituzzjonijiet qed ixekklu l-qbid effettiv tal-korruzzjoni, fil-waqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jidher li għadhom frammentarji. Hemm lok għal titjib (i) fil-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-korruzzjoni, l-abbuż ta' poter u l-ħasil tal-flus, u (ii) fit-trasparenza fl-akkwist pubbliku. Hemm perċezzjoni li l-kunflitt ta’ interess huwa mifrux, inkluż fl-akkwist pubbliku.

Il-produttività żdiedet b’mod sinifikanti, iżda r-riċerka u l-innovazzjoni għad għandhom rwol limitat fl-ekonomija. Fl-aħħar deċennju, Malta esperjenzat tkabbir sinifikanti fl-investiment u tkabbir imdaqqas fil-produttività. L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju huma l-kontributuri ewlenin għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Madankollu, l-attività ta’ riċerka u innovazzjoni mill-kumpaniji Maltin għadha limitata. Minkejja li Malta qed tipproduċi aktar xogħol xjentifiku, ma jidhirx li huwa faċli li r-riċerka akkademika tissarraf fl-innovazzjoni.

L-isforzi ta’ Malta biex taqta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, biex tippromwovi l-mobilità sostenibbli u żżid l-effiċjenza enerġetika ma jidhrux li jikkorrespondu mal-isfidi li qed taffaċċja. Bil-politiki attwali, l-emissjonijiet huma projettati li jkomplu jiżdiedu, bil-konsegwenza li qed jiżvijaw bil-kbir lil Malta mit-triq biex tilħaq il-miri tagħha għall-2020 u l-2030. Biex Malta tilħaq dawn il-miri se jkun hemm bżonn li tispiċċa ix-xejra ta’ bħalissa ta’ żieda fl-emissjonijiet mit-trasport kif ukoll mit-tisħin u t-tkessiħ tal-bini.

It-tranżizzjoni ta’ Malta lejn tkabbir aktar ekoloġiku u sostenibbli teħtieġ strateġija komprensiva fit-tul. Biex tilħaq l-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tagħha, Malta se jkollha bżonn: (i) tidentifika l-ħtiġijiet tal-investiment fit-teknoloġiji ekoloġiċi u soluzzjonijiet sostenibbli u (ii) iġġib finanzjament adegwat. Malta hija l-aktar pajjiż urbanizzat u b’popolazzjoni densa fl-UE, u għadha partikolarment vulnerabbli għar-riskji klimatiċi. Setturi bħall-ġestjoni tal-ilma, l-infrastruttura u l-użu tal-art, l-ekosistemi naturali, l-agrikoltura u s-sajd, is-saħħa, u t-turiżmu jibbenefikaw minn investimenti ffukati biex javvanzaw n-newtralità klimatika. Dawn is-setturi jibbenefikaw ukoll minn miżuri fil-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri u r-rispons għar-riskju ta' diżastri. Il-livell tal-produttività tar-riżorsi ta’ Malta huwa taħt il-medja tal-UE. It-tkabbir ekonomiku u l-popolazzjoni u l-attività ekonomika li qed jiżdiedu huma mistennija li jkomplu jiggravaw id-diffikultajiet ambjentali u li jkunu ta’ piż fuq ir-riżorsi naturali skarsi. Malta għadha ma kkapitalizzatx mit-tibdil tal-iskart f’riżorsa jew milli tibdel ir-rati baxxi ta’ riċiklaġġ f’opportunitajiet kummerċjali. Is-settur tad-djar u tal-kostruzzjoni qed joħloq tħassib soċjali u ambjentali minħabba li l-proġetti l-ġodda qed ikomplu jżidu l-pressjoni fuq il-livelli diġà għoljin tal-użu tal-art. L-azzjoni biex jiġu indirizzati l-effetti lembut fl-infrastruttura tenfasizza l-bini tat-toroq. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex jitwaqqaf Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2021–2017 tinkludi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, skema dedikata għat-tranżizzjoni ġusta bħala parti mill-InvestEU, u faċilità ta’ self għas-settur pubbliku mal-BEI. Hija mfassla biex tiżgura li t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-UE tkun ġusta billi tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali u ambjentali. Il-prijoritajiet ewlenin għall-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, maħluq bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li ġej għall-perjodu 2021–2027 huma identifikati fl-Anness D, u jibnu fuq l-analiżi tal-isfidi għat-tranżizzjoni indikati fir-rapport.

Il-fondi u l-programmi tal-UE qed jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali fl-ekonomija Maltija. L-appoġġ mill-programmi tal-UE ffoka b’mod partikolari fuq it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, u t-trasport sostenibbli. Inbnew faċilitajiet għar-riċerka, u l-infrastruttura tan-negozju ssaħħet. Il-programmi tal-UE għenu wkoll biex tiġi promossa l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Meta nqisu l-esperjenza pożittiva mal-fondi tal-UE fl-imgħoddi, il-fondi tal-UE jistgħu jgħinu wkoll biex jingħelbu l-isfidi identifikati għall-ġejjieni.

1.    Is-sitwazzjoni ekonomika u l-prospettivi

Prestazzjoni tat-tkabbir

L-ekonomija Maltija qed tkompli tikber b’rata aktar mgħaġġla mill-medja Ewropea, imwieżna minn settur tas-servizzi li sejjer tajjeb ħafna. It-tkabbir annwali Malti fil-prodott domestiku gross fi prezzijiet kostanti (PDG) kien ta’ medja ta’ 7,8 % bejn l-2014 u l-2018, li għamilha waħda mill-iktar ekonomiji li qed jikbru malajr fl-UE. B’mod partikolari, il-valur miżjud gross iġġenerat mis-settur tas-servizzi bħala medja kiber bi 12 % fis-sena fl-istess perjodu, li kien jirrappreżenta 68,5 % tal-valur miżjud gross totali Malti fl-2018 ( 4 ) (ara l-Graff 1.1). It-tkabbir ekonomiku beda jimmodera fl-2019, u t-tkabbir annwali tal-PDG fi prezzijiet kostanti huwa mistenni li jkun 4,5 % għas-sena sħiħa fl-2019. Id-domanda domestika kienet mirfuda minn nefqa pubblika li qed tikber u tkabbir qawwi fl-investiment, li għenet biex tagħti spinta lill-oġġetti importati. Madankollu, it-tkabbir fil-konsum privat kien anqas mir-rata għolja ħafna rreġistrata fl-2018. Filwaqt li rpilja fit-tielet trimestru tal-2019, it-tkabbir fl-esportazzjonijiet baqa’ pjuttost kwiet meta mqabbel maż-żidiet qawwija tas-snin riċenti, li parzjalment jirrifletti tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir tat-turiżmu.

Graff 1.1:Valur miżjud gross skont is-settur, 2009-2018

Sors: Eurostat

It-tkabbir mistenni li jbatti fit-terminu l-qasir, fil-kuntest ta’ riskji esterni. It-tkabbir mistenni li jkompli, iżda r-rata tal-espansjoni mistennija li tbatti gradwalment għal 4 % fl-2020 u 3,7 % fl-2021(ara l-Graff 1.2). It-tkabbir tal-konsum privat mistenni jiddgħajjef, filwaqt li jibqa’ ogħla mill-medja storika tiegħu, minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol li huma favorevoli. It-tkabbir fl-investiment huwa previst li jibqa’ għoli fl-2020, bis-saħħa ta’ proġetti kbar fl-avjazzjoni, fis-saħħa, u fit-turiżmu. Madankollu, huwa mistenni li jbatti wara dan, meta għadd ta’ proġetti tal-infrastruttura jitlestew. It-tkabbir fl-esportazzjoni huwa mistenni jibqa’ relattivament modest fit-terminu l-qasir, li jirrifletti tkabbir anqas robust fis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin ta’ Malta, u inċertezza globali elevata. Waqt li d-domanda domestika għadha għolja, l-importazzjonijiet mistennija jikbru b’rata daqsxejn aktar mgħaġġla mill-esportazzjonijiet fl-2020, qabel ma jiddeċelleraw fl-2021. Bħala ekonomija żgħira u miftuħa, il-prospetti ekonomiċi ta’ Malta huma soġġetti għar-riskji ta’ ambjent estern dgħajjef u l-prestazzjoni ekonomika tas-sħab kummerċjali tagħha.

Graff 1.2:PDG fi prezzijiet kostanti u l-komponenti, 2012-2021

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

L-akbar tħassib jibqa’ dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-potenzjal tat-tkabbir Malti. Il-prestazzjoni ekonomika b’saħħitha ta’ Malta ġiet xprunata mit-tranżizzjoni lejn servizzi orjentati lejn l-esportazzjoni li qed jikbru b’rata mgħaġġla, bħal-logħob tal-azzard remot, il-finanzi, u t-turiżmu. L-influss qawwi ta’ ħaddiema barranin għen biex jagħti spinta lill-provvista ta’ ħaddiema u ppermetta tkabbir b’saħħtu tal-impjiegi. Madankollu, l-ekonomija Maltija qed tiffaċċja għadd ta’ sfidi strutturali, b’mod partikolari popolazzjoni li qed tixjieħ, livelli ta’ ħiliet baxxi, vulnerabbiltajiet fil-governanza, punti lembut fl-infrastruttura, u potenzjal għall-innovazzjoni limitat (ara wkoll it-Taqsima 3). F’dan il-kuntest, għadu kruċjali li l-attività ekonomika li qed tiżdied tiġi rikonċiljata mal-limitazzjonijiet fiżiċi u istituzzjonali (pereżempju l-art u riżorsi naturali oħrajn, il-forza tax-xogħol; il-kapaċità istituzzjonali) sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali fit-tul tal-mudell tat-tkabbir tal-pajjiż.

Inflazzjoni

L-inflazzjoni għadha moderata u mistennija tiżdied gradwalment biss. L-inflazzjoni nominali fl-2019 irreġistrat deċellerazzjoni żgħira meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, minn 1,7 % għal 1,5 %. Minn April 2019, l-inflazzjoni f’Malta kienet qed timxi mal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro. Dan ġie wara perjodu fl-2017 u l-2018 li fih l-inflazzjoni f’Malta kienet aktar baxxa mill-medja taż-żona tal-euro. Il-prezzijiet tal-ikel mhux ipproċessat żdiedu b’mod partikolarment rapidu fl-ewwel nofs tal-2019. B’kuntrast, il-prezzijiet għall-prodotti industrijali li mhumiex enerġija baqgħu baxxi, minħabba pressjonijiet ta’ inflazzjoni baxxi fis-sħab kummerċjali ta’ Malta, li għenu biex l-inflazzjoni ta’ bażi tibqa’ taħt l-inflazzjoni nominali. Fil-ġejjieni, l-issikkar tas-suq tax-xogħol huwa mistenni li gradwalment jissarraf f’pagi ogħla, b’mod partikolari fis-settur tas-servizzi. Dan huwa mistenni li jgħolli l-prezzijiet tas-servizzi fis-snin li ġejjin.

Is-suq tax-xogħol

Is-suq tax-xogħol qed jissikka minħabba l-ħolqien sostnut tax-xogħol u l-qgħad baxx. It-tkabbir ekonomiku robust mexa id f’id mat-tkabbir sostnut tal-impjiegi (5,7 % fl-2018). Ir-rata tal-impjiegi laħqet 75,5 % fl-2018 u żdiedet kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Ir-rata tal-qgħad niżlet għal 3,4 % fit-tieni trimestru tal-2019 (ara l-Graff 1.3). Il-qgħad fit-tul huwa baxx ħafna, u fl-2018 kien 1,1 %. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ukoll kien qed jonqos, u niżel għal 9,1 % fl-2018, ferm taħt il-medja tal-UE. Meta t-tkabbir ekonomiku jbatti, it-tkabbir tal-impjiegi mistenni jimmodera xi ftit, iżda r-rata tal-qgħad hija projettata li tibqa’ taħt 4 % fit-terminu l-qasir.

It-tkabbir fil-pagi beda jaċċellera fl-2018 u huwa mistenni jibqa’ b’saħħtu fl-2019 u l-2020. Iż-żidiet fil-provvista ta’ ħaddiema minħabba l-influssi sinifikanti ta’ ħaddiema barranin, u l-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol li qed tikber, it-tnejn għenu biex jillimitaw it-tkabbir fil-pagi fi snin riċenti. Fl-2018, il-kumpens nominali għal kull impjegat żdied bi 2,3 %, filwaqt li l-pagi reali (deflatati mill-PDG) qalbu għal pożittivi (żieda ta’ 0,2 %). Il-pagi nominali huma mistennija jkomplu jiżdiedu gradwalment fl-2020. Il-kostijiet ta’ unità lavorattiva żdiedu b’1 % fl-2018. Madankollu, it-tkabbir fil-pagi għadu kemm: (i) taħt ir-rata konsistenti ma’ evoluzzjoni stabbli tal-kompetittività fil-kostijiet; kif ukoll (ii) taħt ir-rata konsistenti mal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol interni ( 5 ).

Graff 1.3:Indikaturi ewlenin tal-impjiegi

Sors: Eurostat

Minkejja l-kundizzjonijiet ġenerali favorevoli tas-suq tax-xogħol, hemm riskju li l-isfidi strutturali jxekklu t-tkabbir inklużiv u sostenibbli. Il-popolazzjoni qed tixjieħ malajr u n-nuqqas ta’ ħaddiema għadu sfida. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ċerti gruppi għadha baxxa. Minkejja li r-rata ta’ impjieg tan-nisa żdiedet b’mod sinifikanti fl-aħħar snin, id-distakk bejn il-ġeneri fl-impjiegi kien ta’ 21,9 pp fl-2018, wieħed mill-ogħla fl-UE. Il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ nies akbar fl-età (bejn il-55 u l-64 sena) u ta’ nies b’diżabilità għadha taħt il-medja tal-UE. Barra minn hekk, Malta għadha qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-ħiliet, li qegħdin ixekklu t-tkabbir inklużiv u sostenibbli. Kemm is-sehem ta’ nies b’livell baxx ta’ ħiliet kif ukoll ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola għadhom għoljin, minkejja fl-aħħar snin kien hemm titjib. Il-kisba tal-ħiliet bażiċi wkoll għadha dgħajfa (ara wkoll it-Taqsima 3.3).

L-iżviluppi soċjali u l-inugwaljanza

Wara tnaqqis qawwi, ir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali qed jistabbilizza ruħu, madankollu għad hemm xi gruppi li għadhom f’riskju għoli. It-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol b’saħħithom għenu biex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali fi snin reċenti. Madankollu, dan ir-riskju għadu għoli għal xi gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, bħall-unitajiet domestiċi b’paga waħda, dawk b’livell baxx ta’ ħiliet, l-anzjani, kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi mhux mill-UE.

L-inugwaljanza hija stabbli iżda fadal xi diskrepanzi. Malta għandha inugwaljanza tal-introjtu relattivament moderata meta mqabbel mal-medji tal-UE (il-proporzjon tad-distribuzzjoni kwintili tal-introjtu kienet ta’ 4,28 fl-2018 filwaqt li fl-UE kienet 5,17, u hija stabbli), minkejja l-fatt li għal xi gruppi l-opportunitajiet indaqs għadhom limitati. Huma biss ftit dawk li għandhom ħtiġijiet ta’ kura medika li mhux qed jiġu ssodisfati, u hemm biss ftit varjazzjoni bejn il-gruppi bi dħul differenti. L-inugwaljanzi fl-eżiti edukattivi huma b’saħħithom u huma marbutin mal-isfond soċjoekonomiku, l-istatus ta’ diżabilità, u t-tip ta’ skola (ara wkoll it-Taqsima 3.3).

Inugwaljanzi reġjonali

Jista’ jiġi osservat distakk reġjonali bejn il-gżira ta’ Malta u Għawdex. L-inugwaljanzi reġjonali f’Malta jistgħu jiġu osservati biss fil-livell NUTS3 ( 6 ), li jaqsam il-pajjiż fil-gżira ta’ Malta (madwar 93 % tal-popolazzjoni totali) u fil-gżejjer ta’ Għawdex u Kemmuna. Id-densità tal-popolazzjoni ta’ Għawdex fl-2018 kienet madwar kwart id-densità ta’ Malta, filwaqt li Kemmuna fil-biċċa l-kbira hija diżabitata. Is-sehem tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol (15 sa 64 sena) għall-gżira ta’ Malta huwa ġeneralment 2 pp ogħla milli f’Għawdex. Aktar minn 20 % tal-forza tax-xogħol residenti Għawdex taħdem Malta. Fl-2017, il-PDG per capita f’Għawdex, bl-istandards tal-kapaċità tal-akkwist, ikkorresponda għal 60 % tal-medja tal-UE. Id-distakk bejn iż-żewġ gżejjer kiber sew mill-2004 sal-2017, minn 31 għal 41 pp (il-Kummissjoni Ewropea, 2019i).

Produttività

It-tkabbir fil-produttività totali tal-fatturi żdied, b’kuntrast għall-produttività tax-xogħol fis-siegħa fl-2018. Tul l-aħħar deċennju, bosta fatturi, inkluża t-tranżizzjoni lejn setturi b’valur miżjud għoli, għenu biex jagħtu spinta lit-tkabbir fil-produttività f’Malta. Wara li laħaq il-quċċata ta’ aktar minn 4 % fl-2017, it-tkabbir fil-produttività tax-xogħol naqas għal 1,3 % fl-2018. Min-naħa tiegħu, it-tkabbir tal-produttività totali tal-fatturi laħaq il-quċċata ta’ 2,2 % fl-2018 (ara l-Graff 1.4), li tindika li l-investiment ma żammx maż-żieda fl-użu tal-manodopera (ara wkoll it-Taqsima 3.4).

Graff 1.4:Xejriet tal-Produttività Totali tal-Fatturi, Malta u pajjiżi magħżula

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

L-influssi ta’ ħaddiema tas-sengħa barranin għenu biex jgħollu l-produttività, iżda dawn l-influssi qed joħolqu wkoll sfidi. L-ekonomija Maltija esperjenzat influssi sostanzjali ta’ ħaddiema barranin fl-għaxar snin li għaddew, inklużi bosta individwi b’livelli għoljin ta’ ħiliet (ara wkoll it-Taqsima 3.3). Id-disponibbiltà akbar tal-manodopera tas-sengħa għenet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u biex ittaffi l-ispariġġ fil-ħiliet, li qabel kienu qed ikunu mażżra fuq it-tkabbir tal-produttività. Fl-istess ħin, ir-riċerka turi li l-ħaddiema ġejjin minn pajjiżi oħrajn tal-UE ġeneralment ikunu żgħażagħ u għandhom ħabta jqattgħu żmien relattivament qasir fil-pajjiż. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn il-ħaddiema la jibdlu l-impjieg meta jkunu Malta, u lanqas ma jtejbu l-okkupazzjoni tal-impjieg tagħhom meta jkunu hemm (Borg, 2019). In-nuqqas ta’ mobilità fis-suq tax-xogħol Malti jista’ jkun ta’ piż fuq it-tkabbir futur tal-produttività, minħabba li l-kumpaniji jkollhom iqabbdu ħaddiema ġodda bħala kwistjoni ta’ rutina, b’kisbiet ta’ produttività limitati mit-tagħlim bil-prattika.

Il-kompetittività

Hemm xi sinjali ta’ deterjorament moderat fil-kompetittività esterna ta’ Malta. Ir-rata tal-kambju reali effettiva kompliet tiżdied b’rata ogħla minn dik tal-ekonomiji ewlenin tal-UE fl-2018, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-esportazzjoni stabbilizza fl-2018, wara żidiet fl-2014 u l-2015. B’riżultat, bi tnaqqis fit-tkabbir tal-esportazzjoni u żieda fit-tkabbir tal-importazzjoni xprunata mit-tkabbir fid-domanda interna, is-surplus kummerċjali ċkien ftit, iżda għadu ġeneralment pożittiv.

Tnaqqis stabbli fil-kontenut ta’ importazzjoni tal-esportazzjoni tas-servizzi appoġġa s-surplus kummerċjali. Il-kontenut tal-importazzjoni tal-esportazzjoni tas-servizzi huwa ddefinit bħala s-sehem ta’ importazzjoni ta’ servizzi għall-esportazzjonijiet tas-servizzi (f’termini reali). Mill-2012, il-kontenut ta’ importazzjoni tas-servizzi kien fit-triq tan-niżla, li għen biex titnaqqas l-intensità totali tal-importazzjonijiet (jiġifieri l-proporzjon tal-importazzjonijiet totali għad-domanda totali) u b’hekk żdied is-surplus kummerċjali. Fl-2018, l-importazzjonijiet tas-servizzi kienu ekwivalenti għal 72 % tal-esportazzjonijiet tas-servizzi, ferm anqas mill-mejda ta’ bejn l-2009 u l-2018, li kienet aktar minn 80 % (ara l-Graff 1.5). It-tnaqqis fis-sehem tal-importazzjonijiet fl-esportazzjonijiet jirrifletti t-tranżizzjoni fil-ħolqien tal-valur miżjud lejn kumpaniji orjentati lejn is-servizzi li jużaw it-teknoloġija tal-informatika u x-xogħol tas-sengħa bħala l-inputs ewlenin tagħhom. Dawn il-kumpaniji joperaw f’setturi bħall-ipprogrammar informatiku u l-logħob tal-azzard remot (Bank Ċentrali ta’ Malta, 2019a).

Graff 1.5:Il-bilanċ kummerċjali u l-kontenut tal-importazzjoni tax-xejriet tal-esportazzjoni, 2005-2018

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Pożizzjoni esterna

Is-surplus fil-kont kurrenti Malti huwa fost l-ogħla fl-UE. Il-bilanċ tal-kont kurrenti mar minn negattiv għal pożittiv fl-2013, u baqa’ f’surplus minn dak iż-żmien, u laħaq quċċata ta’ 10,5 % tal-PDG fl-2017, fost l-ogħla ċifri fl-UE f’dawk is-sentejn. Is-surplus fil-kont kurrenti jirrifletti surplus kbir fil-bilanċ tas-servizzi, li kellu medja ta’ 32,4 % tal-PDG fl-erba’ trimestri li spiċċaw fit-tielet trimestru tal-2019. Fl-istess perjodu, l-esportazzjonijiet tas-servizzi kienu jirrappreżentaw 115,7 % tal-PDG Malti, li jindika l-ispeċjalizzazzjoni tas-servizzi u l-ftuħ għall-kummerċ tal-ekonomija Maltija (ara l-Graff 1.6). Fil-kuntest ta’ ambjent estern li qed jiddgħajjef, li ġie rifless fit-tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir tal-esportazzjoni, il-bilanċ tal-kont kurrenti naqas, u kellu medja ta’ 10,1 % tal-PDG fl-erba’ trimestri li spiċċaw fit-tielet trimestru tal-2019.

Graff 1.6:Id-dekompożizzjoni tal-kont kurrenti, 2005-2018

Bilanċ tal-introjtu primarju mhux disponibbli bejn l-2005 u l-2014. Bilanċ tal-introjtu sekondarju mhux disponibbli bejn l-2008 u l-2014.

Sors: Eurostat

Is-surplus kbir fil-kont kurrenti mhuwiex konformi mal-elementi fundamentali. Is-surplus fil-kont kurrenti aġġustat ċiklikament kien stmat għal 13,1 % tal-PDG fl-2018. Il-bilanċ tal-kont kurrenti għadu ogħla min-norma tal-kont kurrenti kkalkulata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-elementi fundamentali (jiġifieri d-demografija, l-istatus tal-munita ta’ riżerva, u l-intensità tal-manifattura) (Coutinho, Turrini u Zeugner, 2018), li għal Malta jindika kont kurrenti kważi bbilanċjat, meta jitqies l-istatus ta’ ċentru finanzjarju ta’ Malta, li huwa stmat li jagħmel inflazzjoni tal-bilanċ tal-kont kurrenti b’2 pp. Residwu kbir, li mhuwiex spjegat mill-elementi fundamentali, huwa l-aktar fattur importanti wara din id-differenza, li jirrifletti l-preżenza ta’ negozji kbar li għandhom orjentazzjoni internazzjonali. F’ċentri finanzjarji żgħar bħal Malta, il-flussi transfruntiera assoċjati ma’ kumpaniji multinazzjonali wkoll jistgħu jirriżultaw fi żbalji tal-kejl ( 7 ).

Il-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta turi li Malta hija kreditur għall-bqija tad-dinja. L-assi netti ta’ Malta, imkejla permezz tal-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta, ammontaw għal 63 % tal-PDG f’Ġunju 2019. Il-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta bl-esklużjoni ta’ dejn mingħajr riskju ta’ inadempjenza, li tiffoka fuq il-komponenti tal-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta li jistgħu jkunu soġġetti għall-inadempjenza jew jintużaw parzjalment bħala kollateral, kienet tikkostitwixxi 255 % tal-PDG f’Ġunju 2019. Dan jindika li hemm vulnerabbiltajiet minħabba l-bidliet fl-ekonomiji debituri. B’mod partikolari, il-pretensjonijiet ta’ banek tar-Renju Unit fil-konfront ta' residenti Maltin jammontaw għal madwar 46 % tal-PDG Malti. Il-livell tal-assi barranin totali ta’ Malta ammontaw għal EUR 251 biljun, b’madwar 47 % tal-assi barranin irrappreżentati mill-investimenti tal-portafolli, b’mod partikolari ishma ta’ ekwità u tal-fondi tal-investiment. L-obbligazzjonijiet barranin netti ammontaw għal EUR 244 biljun, li minnhom EUR 198 biljun kienu investiment dirett (madwar 81 %). B’kollox, l-assi u l-obbligazzjonijiet esterni grossi huma ekwivalenti għal daqs madwar 40 darba l-PDG tal-pajjiż.

Id-dejn tas-settur privat

Il-livelli tad-dejn privat jenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar diżingranaġġ. Għad hemm ħtieġa ta’ diżingranaġġ, minkejja t-tnaqqis fit-teħid ta’ self mis-settur privat minħabba t-tkabbir nominali għoli fil-PDG. Id-dejn ikkonsolidat tas-settur privat kien jammonta għal 130 % tal-PDG fl-2018, ogħla mill-parametri referenzjarji prudenzjali u bbażati fuq l-elementi fundamentali tal-Kummissjoni Ewropea ( 8 ), filwaqt li d-dejn mhux ikkonsolidat kien qrib il-190 % tal-PDG ( 9 ) (ara l-Graff 1.7). Sehem sinifikanti tad-dejn privat totali huwa dovut minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (80 % tal-PDG ikkonsolidat, u ftit taħt 139 % tal-PDG mhux ikkonsolidat). Id-differenza sinifikanti bejn id-dejn tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji konsolidat u mhux konsolidat huwa spjegat mill-użu estensiv tas-self intragrupp, relatat mal-preżenza tal-kumpaniji multinazzjonali. Il-livell għoli ta’ dejn privat ikkombinat ma’ qafas tal-insolvenza dgħajjef (ara t-Taqsima 3.2.1) jamplifika l-vulnerabbiltà tal-ekonomija għal xokkijiet avversi possibbli.

Il-pożizzjoni ta’ dejn tal-unitajiet domestiċi kienet qiegħda fit-triq tan-niżla, iżda għadha relattivament għolja. Il-pożizzjoni ta’ dejn tal-unitajiet domestiċi bħala sehem mill-PDG naqset minn 61 % għal 49 % bejn l-2012 u l-2018, li fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-pass mgħaġġel tat-tkabbir tal-PDG. Madankollu, l-analiżi tax-xejriet ipotekarji tiżvela vulnerabbiltajiet speċifiċi (ara t-Taqsima 3.2.3). Filwaqt li l-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-unitajiet domestiċi huwa taħt il-parametru referenzjarju prudenzjali tiegħu (58 % tal-PDG), xorta huwa xi ftit ogħla mill-parametru referenzjarju bbażat fuq l-elementi fundamentali stmat mill-Kummissjoni Ewropea (42 % tal-PDG). Barra minn hekk, il-proporzjon tad-dejn tal-unitajiet domestiċi għall-introjtu disponibbli gross huwa qrib il-100 %, li jagħti x’nifhmu li hemm ħtieġa li ż-żieda fid-dejn nominali tiġi mrażżna biex jiġu żgurati karti bilanċjali aktar sostenibbli għall-unitajiet domestiċi.

Graff 1.7:Dejn u parametri referenzjarji tas-settur privat

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Is-settur finanzjarju

Il-prassi tas-self konservattivi jżommu s-settur finanzjarju f’saħħtu, iżda jagħmlu s-self diffiċli. Il-proporzjon bejn is-self u l-valur medjan fl-oriġinazzjoni ta’ madwar 77 %, u l-proporzjon bejn is-servizz tad-dejn u d-dħul ta’ 21 %, jindikaw kontinwazzjoni ta’ prattiki konservattivi mill-banek lokali minkejja kundizzjonijiet makroekonomiċi favorevoli. Il-proporzjon kumplessiv tas-self improduttiv kompla jitjieb għal 3,4 % fl-2018, tnaqqis minn 4,1 % fl-2017. Dan huwa ftit aktar mill-medja tal-banek tal-UE ta’ 3,2 %. Il-proporzjon tas-self improduttiv għas-self ipotekarju wkoll naqas għal 2,5 % fl-2018. Il-banek domestiċi ewlenin għadhom qed jiġu ffinanzjati fil-biċċa l-kbira mid-depożiti tal-klijenti tagħhom (li jammontaw madwar 80 % tal-assi kollha), u, aktar speċifikament, mir-residenti (90 % tad-depożiti totali tal-klijenti), u b’hekk għandhom ħafna likwidità. Testijiet tal-istress komprensivi li għamel il-Bank Ċentrali ta’ Malta jikkonfermaw li l-pożizzjonijiet ta’ kapital u tal-likwidità tal-banek jibqgħu sodi u skont ir-rekwiżiti regolatorji saħansitra f’każ ta’ xokkijiet kbar. Madankollu, il-banek Maltin li ġew mistħarrġa żammew l-istandards stretti tal-kreditu tagħhom fuq is-self għall-impriżi (il-Bank Ċentrali ta’ Malta, 2019b). Is-settur bankarju qed jiffaċċja wkoll: (i) l-irtirar ta’ banek korrispondenti mis-suq Malti fix-xhur reċenti; u (ii) dgħufijiet li ilhom għaddejjin fil-qafas superviżorju fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ara t-Taqsima 3.2).

L-iskopertura tal-banek domestiċi għas-suq tal-proprjetà immobbli kompliet tiżdied. L-assi totali tal-banek domestiċi ewlenin ( 10 ) kibru b’5,1 % fl-2018, li ammontaw għal madwar 195 % tal-PDG. It-tkabbir kien kważi kollu mmexxi mis-self għall-klijenti residenti, partikolarment għall-finanzjament ipotekarju, li żdied bi kważi 9 %. Is-sehem ta’ self ipotekarju għar-residenti fis-self totali lir-residenti żdied għal 49,5 % fl-2018. Is-self mogħti lis-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli wkoll żdied. Kollettivament, is-sehem ta’ self relatat mal-proprjetà fil-portafoll totali tas-self tal-banek domestiċi żdied għal 63 % fl-2018 meta mqabbel ma’ ftit ogħla minn 52 % fl-2008. Tali konċentrazzjoni settorjali qed tippreżenta riskju li qed jikber għas-sistema finanzjarja lokali (il-Bank Ċentrali ta’ Malta, 2019b).

Finanzi pubbliċi

Il-finanzi pubbliċi mistennija jibqgħu f’qagħda tajba fis-snin li ġejjin. Wara surplus eċċezzjonalment għoli ta’ 3,4 % tal-PDG irreġistrat fl-2017, il-bilanċ fiskali naqas fl-2018. Il-bilanċ fiskali huwa mistenni li jerħi aktar għal madwar 1 % tal-PDG fl-2019 u fis-snin ta’ wara. L-eżiti fiskali pożittivi huma fil-biċċa l-kbira sostnuti mid-dħul mill-Programm tal-Investitur Individwali (l-iskema taċ-ċittadinanza) ( 11 ), li l-iżvilupp futur tiegħu diffiċli li jiġi previst. Mill-2019, il-kompożizzjoni tal-infiq hija mistennija li timxi favur l-investiment pubbliku, li huwa mistenni jaqbeż 4 % tal-PDG, ferm ogħla mill-medja fit-tul. B’kuntrast, il-proporzjon ta’ nefqa soċjali u tas-saħħa mal-PDG, li ammonta għal 9,8 % fl-2018 (medja tal-UE ta’ 20,4 %) huwa mistenni jistabbilizza għal taħt il-livelli osservati fil-passat.

L-isfidi fiskali huma aktar evidenti fit-tul. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku mal-PDG niżel b’aktar minn 17-il pp bejn l-2014 u l-2018 għal madwar 45 %, u huwa mistenni jkompli jonqos fis-snin li ġejjin. Livell relattivament baxx ta’ dejn pubbliku, flimkien ma’ surpluses fiskali jagħmlu l-finanzi pubbliċi Maltin reżiljenti fit-terminu l-qasir. Madankollu, fit-terminu medju, id-dipendenza ta’ Malta fuq it-taxxi korporattivi tagħmel il-pajjiż vulnerabbli għal inizjattivi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, li jistgħu jnaqqsu d-dħul fiskali. Fit-terminu t-twil, żieda fl-infiq relatat mat-tixjiħ fuq il-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa hija mistennija li titfa’ aktar pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi Maltin (ara t-Taqsima 3.1).

Progress lejn l-iżvilupp sostenibbli

Il-prestazzjoni ta’ Malta b’rabta mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) hija mħallta. Malta qiegħda ogħla mill-medja tal-UE fil-biċċa l-kbira tal-indikaturi relatati max-xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku (SDG 8), li kkontribwew għall-avvanz fit-tnaqqis tal-faqar (SDG 1). Is-saħħa tajba u benesseri wkoll huma oqsma li fihom Malta għandha prestazzjoni relattivament tajba (SDG 3). Minkejja xi titjib reċenti, Malta għadha lura meta mqabbla mal-medja Ewropea f’għadd ta’ indikaturi relatati mal-kwalità tal-edukazzjoni (SDG 4) u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (SDG 5). Xejra ta’ tnaqqis fin-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp u fuq ħaddiema f’dan il-qasam tindika prestazzjoni partikolarment dgħajfa b’rabta mal-SDG 9. Barra minn hekk, għad fadal għadd ta’ sfidi ambjentali, pereżempju b’rabta mal-konsum finali tal-enerġija (li jikkontribwixxi għall-SDG 7 dwar enerġija affordabbli u nadifa, l-SDG 12 dwar il-konsum u l-produzzjoni responsabbli, u l-SDG 13 dwar l-azzjoni klimatika) u r-riċiklaġġ tal-iskart (SDG 11, bliet u komunitajiet sostenibbli). L-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni (SDG 16, paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b’saħħithom) ukoll iddeterjora tul l-aħħar snin.

Tabella 1.1:Indikaturi ekonomiċi u finanzjarji ewlenin – Malta

 

(1) PIIN bl-esklużjoni tal-investiment dirett u l-ishma ta’ ekwità tal-portafolli.
(2) Gruppi bankarji domestiċi u banek indipendenti, sussidjarji kkontrollati mill-barranin, (UE u mhux tal-UE), kif ukoll fergħat ikkontrollati mill-barranin (UE u mhux tal-UE).

(3) L-indikatur tat-taxxa mal-PDG jinkludi stima tal-kontribuzzjonijiet soċjali u għalhekk huwa differenti mill-indikatur tat-taxxa mal-PDG użat fit-taqsima dwar it-taxxa.

(4) Definita bħala t-taxxa fuq l-introjtu fuq id-dħul gross mill-pagi flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati bit-tnaqqis il-benefiċċji fi flus universali, espressa bħala perċentwal tad-dħul gross mill-pagi.

Sors: Sors: Eurostat u BĊE fl-4-2-2020, fejn disponibbli; il-Kummissjoni Ewropea għaċ-ċifri tal-previżjonijiet (previżjoni tax-xitwa 2020 għall-PDG reali u l-HICP, fil-każijiet l-oħra l-previżjoni tal-ħarifa 2019)

2.    Il-progress fejn jidħlu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż

Sa mill-bidu tas-Semestru Ewropew fl-2011, 68 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) kollha indirizzati lil Malta rreġistraw tal-anqas ‘xi progress’( 12 ). Fi 32 % ta’ dawn is-CSRs kien irreġistrat progress “limitat” jew “l-ebda progress” mill-2011 (ara l-Figura 72.1). Sar progress sostanzjali jew implimentazzjoni sħiħa fil-qasam tal-politika fiskali u l-governanza fiskali, kif ukoll f’ċerti oqsma tas-suq tax-xogħol u s-settur tal-enerġija.

Graff 2.1:Implimentazzjoni pluriennali kumplessiva tas-CSRs bejn l-2011 u l-2019, sa issa

 

* L-evalwazzjoni kumplessiva tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż marbuta mal-politika fiskali teskludi l-konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
** Il-valutazzjoni pluriennali tas-CSR tħares lejn l-implimentazzjoni sar-rapport tal-pajjiż tal-2020 minn meta s-CSRs ġew adottati għall-ewwel darba.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Minkejja li l-pożizzjoni fiskali fit-terminu l-qasir tjiebet, l-isfidi fit-tul għadhom ma ġewx indirizzati biżżejjed. Il-baġit ilu b’surplus mill-2016. Barra minn hekk, il-bilanċ strutturali baqa’ taħt l-objettiv ta’ terminu medju tul l-aħħar snin u l-proporzjon tad-dejn għall-PDG niżel taħt il-livell limitu ta’ 60 % fl-2015 u ilu jinżel minn dak iż-żmien. Il-qafas fiskali ssaħħaħ permezz tal-implimentazzjoni tal-miri pluriennali vinkolanti u l-introduzzjoni tar-rieżami tal-infiq. Bħalissa għadha għaddejja l-ħidma biex dawn il-miri u r-rieżamijiet ikomplu jiġu inkorporati fil-proċess baġitarju. B’kuntrast, ittieħdet biss azzjoni limitata biex ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, u ż-żieda projettata tal-kostijiet relatati mat-tixjiħ f’Malta għadha waħda mill-ogħla fl-UE, iżda minn livell ferm inqas mill-medja tal-UE.

Fadal lok biex jittaffew ir-riskji mill-ħasil tal-flus. Il-korpi superviżorji ta’ Malta ssaħħew bis-saħħa ta’: (i) investiment fir-riżorsi umani u l-IT; (ii) reviżjoni tal-politiki u l-proċeduri mmirati biex itejbu l-proċessi bbażati fuq ir-riskju; u (iii) l-introduzzjoni ta’ monitoraġġ aħjar tar-riskji ta’ ħasil tal-flus/finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, ma kienx hemm biżżejjed azzjoni biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fl-oqfsa għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus.

Fadal dgħufijiet fil-qafas tal-governanza, b’mod partikolari fl-indipendenza ġudizzjarja. Minkejja li r-riżorsi tal-pulizija qed jiżdiedu, l-isforzi biex tinqabad u ssir prosekuzzjoni kriminali tal-korruzzjoni għadhom mhumiex biżżejjed. Ir-riformi biex tittejjeb is-sistema tal-ġustizzja kriminali għadhom ma ġewx implimentati. Sar progress limitat biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura. Il-gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu biex jindirizza l-kwistjoni iżda filwaqt li ġew imħabbra miżuri konkreti dwar il-ħatra u s-sensja tal-imħallfin, dawn għadhom ma tteħdux. Dwar is-servizzi tal-prosekuzzjoni, il-gvern ħa passi biex joħloq servizz awtonomu tal-prosekuzzjoni, bl-adozzjoni tal-Att dwar l-Avukat tal-Istat f’Lulju 2019. Din il-miżura għandha l-għan li ttemm ir-rwol doppju tal-Avukat Ġenerali kemm bħala l-prosekutur pubbliku primarju u l-konsulent primarju tal-gvern fi kwistjonijiet legali. Madankollu, ir-riforma ma jidhirx li hija biżżejjed biex tindirizza t-tħassib eżistenti dwar il-funzjonament indipendenti, l-effettività, u l-akkontabilità pubblika tas-servizzi tal-prosekuzzjoni. Għad hemm tħassib dwar is-sistema ta’ kontrokontrolli fil-proċedura tal-ħatra tal-Avukat Ġenerali, li fil-prattika għadha taħt is-setgħa esklużiva tal-Gvern.

Ir-riformi tal-enerġija ġew implimentati, iżda madankollu fadal sfidi għas-sostenibbiltà ambjentali. Fi snin reċenti, Malta għamlet progress sostanzjali biex tiddiversifika t-taħlita enerġetika tagħha, b’mod partikolari permezz tal-investiment fl-infrastruttura. It-tkabbir fil-popolazzjoni qed jagħmilha aktar importanti li s-sostenibbiltà ambjentali tkompli tissaħħaħ, b’mod partikolari billi jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qed jiżdiedu, u Malta mistennija li ma tilħaqx il-miri tal-emissjonijiet tagħha għall-2030. Hemm maħsuba għadd ta’ miżuri politiċi biex jippromwovu l-mobilità sostenibbli. Huwa kruċjali li dawn il-miżuri jiġu msaħħa u implimentati, minħabba li t-traffiku jiġġenera spejjeż ekonomiċi u ambjentali sinifikanti.

Bħalissa għaddejjin miżuri biex isaħħu l-kapital uman, u r-riformi preċedenti għenu biex iwessgħu l-provvista ta’ ħaddiema. Ir-riformi fis-suq tax-xogħol għenu biex tiżdied il-provvista tal-ħaddiema fi snin reċenti. Sar ukoll xi progress biex l-edukazzjoni ssir aktar inklużiva għal kulħadd. Fl-2019 ġew ippubblikati politika dwar l-edukazzjoni inklużiva fl-iskejjel u qafas nazzjonali għall-edukazzjoni inklużiva. Issa huwa importanti li l-politika l-ġdida tiġi implimentata kollha kemm hi fl-iskejjel kollha. Ir-rata tat-tluq bikri mill-iskola kienet qed tonqos f’dawn l-aħħar snin, iżda għadha waħda mill-ogħla fl-UE. Il-gvern reċentement investa fl-infrastruttura ta’ riċerka, bl-għan li jtejjeb il-kapaċità tat-tagħlim u r-riċerka tas-settur pubbliku.

Malta għamlet progress limitat biex tindirizza s-CSRs tal-2019 (ara t-Tabella 22.1). Ma sar l-ebda progress biex tiġi indirizzata s-CSR tal-2019 dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Dan huwa minħabba li ma ġew adottati l-ebda miżuri ġodda biex: (i) jirrestrinġu l-irtirar bikri; jew (ii) jirriflettu ż-żidiet fl-istennija tal-ħajja fl-età statutorja tal-irtirar. Il-passi li ttieħdu biex jindirizzaw l-adegwatezza tal-pensjonijiet aktarx se jirrikjedu nfiq addizzjonali mill-gvern, u għaldaqstant ma jtejbux il-pożizzjoni fiskali fit-tul. Minkejja li għadha għaddejja l-implimentazzjoni ta’ miżuri introdotti fl-imgħoddi biex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema tas-saħħa, għadhom ma tħabbru l-ebda miżuri ġodda biex ikomplu jtejbu s-sistema.

Rigward il-qafas ta’ governanza, sar xi progress biex jittejjeb il-qafas regolatorju u superviżorju biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus. Ġew allokati riżorsi addizzjonali għas-superviżjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ssaħħet. Madankollu, il-prassi li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta tuża konsulenza privata għall-kompiti ta’ superviżjoni hija ta’ tħassib. Hemm għaddejja riforma tad-Dipartiment għall-Investigazzjoni Finanzjarja fi ħdan il-pulizija. L-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet, u l-kundanni għall-ħasil tal-flus u reati relatati għadhom limitati. Madankollu, għadu ma sar l-ebda progress biex jinbidlu l-karatteristiċi tas-sistema tat-taxxa li jistgħu jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Barra minn hekk, sar biss progress limitat biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni. Sar ukoll progress limitat biex tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura. Sar xi progress biex il-politika ekonomika relatata mal-investiment tiġi ffukata fuq: (i) ir-riċerka u l-innovazzjoni; (ii) il-ġestjoni tar-riżorsi naturali; (iii) l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija; u (iv) l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi. Sar progress limitat fuq l-investiment fit-trasport sostenibbli u t-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku.

Fuq talba mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għajnuna esperta mfassla apposta permezz tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali biex tgħinu jfassal u jimplimenta riformi li jtejbu t-tkabbir. Mill-2017 ’l hawn, dan it-tip ta’ appoġġ ingħata lil Malta għal 30 proġett. Fl-2019, bosta proġetti ġew imwettqa fil-post. Il-Kummissjoni, pereżempju, għenet lill-awtoritajiet Maltin itejbu l-qafas għall-identifikazzjoni u l-appoġġ għall-istudenti f’riskju ta’ tluq bikri mill-iskola u biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tal-Awtorità tal-Ippjanar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ffaċilitat it-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi li jaħdmu fil-qasam tal-gvern elettroniku. Fl-2019, kompla l-appoġġ fil-promozzjoni tar-rieżami tal-infiq b’enfasi partikolari fuq l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet u l-introduzzjoni ta’ qafas tal-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li beda x-xogħol biex jappoġġa s-sehem ta’ Malta f’InvestEU.

Tabella 2.1:Valutazzjoni annwali tas-CSRs tal-2019 (*)

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

(*) Il-valutazzjoni tas-CSR 3 ma tqisx il-kontribuzzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-2021–2027. Il-qafas regolatorju li jirfed il-programmazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-2021–2027 għadu ma ġiex adottat mill-koleġiżlaturi, sakemm jasal, fost l-oħrajn, ftehim dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP).

Kaxxa 2.1: Il-fondi u l-programmi tal-UE biex jindirizzaw l-isfidi strutturali u jrawmu t-tkabbir u l-kompetittività f’Malta

Malta tibbenefika sostanzjalment mill-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE. L-allokazzjoni finanzjarja mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE ( I ) għal Malta tammonta għal EUR 863 miljun fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, li jirrappreżentaw madwar 1,1 % tal-PDG. Sa minn tmiem l-2019, Malta allokat EUR 888 miljun lil proġetti speċifiċi (aktar mill-ammont totali ppjanat) u nefqet EUR 345 miljun ( II ), li jindika livell ta’ implimentazzjoni ogħla mill-medja tal-UE. B’mod partikolari, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni allokaw finanzjament mill-UE ta’ EUR 146 miljun għat-tkabbir intelliġenti, EUR 361 miljun għat-tkabbir sostenibbli u t-trasport sostenibbli, u EUR 181 għat-tkabbir inklużiv. Fl-2019, wara rieżami tal-prestazzjoni ( III ), Malta rċeviet finanzjament addizzjonali ta’ EUR 52 miljun.

Il-politika ta’ koeżjoni tal-UE qed tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tal-ekonomija Maltija. Sal-2019, l-investimenti li saru bis-saħħa tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) wasslu għal żewġ faċilitajiet ta’ riċerka sinifikanti implimentati mill-Università ta’ Malta: waħda li tippermetti u tappoġġa t-trasferiment tat-teknoloġija, l-intraprenditorija u l-iskambju tal-għarfien mal-industrija (il-proġett Trake), u laboratorju għall-monitoraġġ tat-teknoloġiji effiċjenti fir-riżorsi fil-ħajja reali (is-“Sustainable Living Complex”), Bl-għan li tippromwovi l-innovazzjoni, Malta approvat ukoll il-proġett “Sintegram” fl-2018 biex tiżviluppa infrastruttura nazzjonali għad-data spazjali, u biex ittejjeb il-kapaċità tal-għarfien espert teknoloġiku ġeospazjali. Malta ddeċidiet ukoll li tappoġġa l-infrastruttura tan-negozju għall-SMEs permezz ta’ tliet proġetti: l-Internationalisation Knowledge Platform (irreġistraw 231 intrapriża), l-iżvilupp mill-ġdid tal-Villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’ Qali, u l-estensjoni li qed issir tal-park industrijali tax-Xewkija. Fil-qasam tal-ambjent, hemm ippjanat li sa Jannar 2022 jiġi implimentat proġett maġġuri bl-għan li jiżgura ġestjoni integrata tal-ilma. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) b’mod partikolari jippromwovi opportunitajiet ta’ taħriġ inklużivi. Sa tmiem l-2018, 16 342 persuna rċevew taħriġ jew appoġġ ieħor permezz tal-FSE, li għandu l-għan li fost affarijiet oħra jipprovdi edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET) inklużiv u ta’ kwalità u li jagħmel il-VET aktar attraenti. 1 272 persuna b’diżabilità ħadu sehem f’attività ffinanzjata mill-FSE. 9 431 persuna kisbu kwalifika u 1 645 persuna sabu impjieg.

Il-fondi tal-agrikoltura u tas-sajd u programmi oħrajn tal-UE wkoll jikkontribwixxu biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-investiment. Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) qiegħed EUR 130 miljun għad-dispożizzjoni, filwaqt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) qiegħed total ta’ EUR 29 miljun, inkluż kofinanzjament nazzjonali. Malta tibbenefika wkoll minn programmi oħra tal-UE, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li allokat finanzjament mill-UE ta’ EUR 49 miljun lil proġetti speċifiċi dwar in-netwerks strateġiċi tat-trasport u l-Orizzont 2020, li alloka finanzjament mill-UE ta’ EUR 24 miljun (inkluż EUR 6 miljun f’appoġġ għal 20 SME).

Il-finanzjament mill-UE jikkontribwixxi biex jiġi mmobilizzat l-investiment tas-settur privat. L-inizjattiva tal-SMEs allokat EUR 22 miljun fil-forma ta’ self, garanziji u ekwità, żieda ta’ EUR 7 miljun meta mqabbel mal-2018 bis-saħħa tas-suċċess tal-inizjattiva. Dan huwa mistenni li jingrana investiment addizzjonali tas-settur privat li jammonta għal EUR 88 miljun. Fi tmiem Settembru 2019, 655 SME minn 60 settur ekonomiku differenti gawdew mill-inizjattiva; 48 % minnhom kienu negozji għadhom jibdew.

Il-fondi tal-UE diġà jinvestu ammonti sostanzjali f’azzjonijiet li jimxu mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). F’Malta l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jappoġġaw 12 mis-17-il SDG u daqs 94 % tan-nefqa qed tikkontribwixxi għal dawn.

3.    Prijoritajiet ta’ riforma

3.1.Il-finanzi pubbliċi u t-tassazzjoni

3.1.1.Tassazzjoni

It-taxxi fuq l-introjtu korporattivi għadhom qed ikunu sors kruċjali għad-dħul tal-gvern, iżda l-volatilità tagħhom għadha ta’ tħassib. Bi proporzjon tat-taxxa għall-PDG ta’ 31,8 % ( 13 ) fl-2018, Malta għandha wieħed mill-piżijiet tat-taxxa l-aktar baxxi fl-UE. Minkejja li t-taxxi fuq il-konsum u fuq l-introjtu mix-xogħol kienu l-akbar sorsi ta’ dħul mit-taxxa, is-sehem tat-taxxa korporattiva fid-dħul totali mit-taxxa (17,4 %) baqa’ fost l-ogħla fl-UE ( 14 ), li parzjalment jirrifletti żieda fin-negozji rreġistrati. bejn l-2010 u l-2018, l-għadd ta’ korporazzjonijiet f’Malta rdoppja għal aktar minn 55 000. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-korporazzjonijiet ma għandhomx aktar minn 10 impjegati. Dan it-tkabbir aktarx huwa dovut għal kumpaniji internazzjonali li jkunu miġbuda mis-sistema fiskali Maltija, li tippermetti lill-kumpaniji jnaqqsu r-rata tat-taxxa effettiva għal bejn 0 % u 10 % permezz ta’ sensiela ta’ krediti ta’ taxxa u ribassi minkejja li r-rata tat-taxxa korporattiva statutorja hija ta’ 35 % (Deloitte, 2019). Id-dipendenza kbira fuq id-dħul mit-taxxa korporattiva, flimkien ma’ dħul li diffiċli tipprevedih mill-Programm ta’ Investitur Individwali li ammonta għal madwar 1 % tal-PDG, jagħmlu l-pożizzjoni fiskali Maltija sensittiva għal xokkijiet u żviluppi ekonomiċi fil-qafas tat-taxxa korporattiva u personali, kemm fl-UE u barra minnha.

Id-data ekonomika tissuġġerixxi li l-kumpaniji u l-individwi qed jużaw ir-regoli fiskali Maltin għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa. L-istokk eżoġenu u endoġenu persistentement għoli (li huwa kważi esklussivament miżmum minn entitajiet bi skop speċjali) flimkien ma’ livell għoli ta’ dividendi (ara l-Graff 3.1.1) u ħlas ta’ royalties bħala perċentwal tal-PDG jagħtu x’nifhmu li l-kumpaniji jużaw ir-regoli tat-taxxa Maltin għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa (il-Kummissjoni Ewropea, 2020b). Miżuri identifikati bħala li huma ta’ tħassib partikolari: in-nuqqas ta’ taxxi minn ras il-għajn fuq ħlasijiet eżoġeni, l-iskemi ta’ ċittadinanza u ta’ residenza tal-investituri tal-pajjiż (il-Programm ta’ Investitur Individwali u l-Programm dwar Residenza u Visa); u t-tnaqqis ta’ mgħax nozzjonali ( 15 ) (Kummissjoni Ewropea, 2019b). It-trattament Malti ta’ kumpaniji residenti mhux domiċiljati jista’ wkoll iwassal għal sitwazzjoni ta’ nontassazzjoni doppja bejn Malta u l-maġġoranza tal-pajjiżi li magħhom Malta kkonkludiet trattat fiskali bilaterali (l-istruttura “Single Malt”( 16 )). F’Awwissu 2019, Malta introduċiet sistema ġdida ta’ inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi konformi mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali. Madankollu, l-evidenza ekonomika dwar l-effettività ta’ dawn is-sistemi biex iħeġġu r-riċerka u l-iżvilupp għadha limitata (CPB, 2014) u jistgħu jintużaw fi skemi ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa (Alstadtsæter et al., 2018). Finalment, in-nuqqas ta’ qafas tal-ipprezzar tat-trasferimenti robust jista’ wkoll jippermetti lil gruppi multinazzjonali jużaw lil Malta għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Malta qed timplementa inizjattivi Ewropej u maqbula internazzjonalment biex trażżan l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Malta implimentat it-tieni Direttiva kontra l-evitar tat-taxxa (ATAD 2), li għandha tinnewtralizza ċerti diskrepanzi ibridi li mod ieħor jirriżultaw f’nontassazzjoni doppja, u s-sitt emenda tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC 6), li tipprevedi regoli ġodda tat-trasparenza għall-intermedjarji involuti fl-ippjanar tat-taxxa. Barra minn hekk, Malta rratifikat il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD għall-Implimentazzjoni ta’ Miżuri relatati mat-Trattati dwar it-Taxxa għall-Prevenzjoni tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ April 2019. Minkejja li Malta tapplika din il-konvenzjoni għall-maġġoranza tal-imsieħba tat-trattat tagħha, għamlet riżervi fuq bosta artikoli, biex b’hekk illimitat l-effettività ta’ dan l-istrument multilaterali. Ftehim tal-Awtoritajiet Kompetenti bejn Malta u l-Irlanda daħal fis-seħħ f’Novembru 2019 sabiex jiżgura li t-trattat dwar it-taxxa bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi ma jintużax għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa permezz tal-istruttura “Single Malt” ( 17 ). Għad irid jiġi vvalutat kemm dawn l-inizjattivi qegħdin jillimitaw l-ambitu għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Ma ġew introdotti l-ebda riformi addizzjonali biex jindirizzaw regoli tat-taxxa speċifiċi użati minn kumpaniji multinazzjonali li jużaw strutturi ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa.

Graff 3.1.1:Pagamenti tal-imgħax eżoġeni totali minn Stati Membri tal-UE u sehem li jmur għal ċentri finanzjarji offshore***

* Pajjiżi li ma jippubblikawx is-sehem tal-pagamenti tad-dividendi li jmorru għand OFCs.
** BE, EE, ES u IE ma jippubblikawx
data dwar pagamenti tad-dividendi endoġeni jew eżoġeni separati.
*** Kif definit fl-Anness 7 tal-Vademecum dwar il-Bilanċi tal-Pagamenti tal-Eurostat

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Hemm dħul mit-taxxa sinifikanti li qed jintilef minħabba l-evażjoni internazzjonali tat-taxxa minn individwi. Il-ġid maħżun offshore miċ-ċittadini Maltin huwa stmat li laħaq 48 % tal-PDG fl-2016, 17-il pp aktar mill-medja tal-2001–2016. Dan huwa għoli ħafna meta mqabbel mal-medja tal-UE ta’ 9,7 % (ECOPA u CASE, 2019). Il-livell stmat korrespondenti tal-evażjoni tat-taxxa internazzjonali ta’ 2,4 % tal-PDG kien l-ogħla fl-UE (meta mqabbel mal-medja tal-UE ta’ 0,3 %). Kif intwera fi studju reċenti, wara l-introduzzjoni tal-Programm ta’ Investitur Individwali, id-depożiti taċ-ċittadini Maltin miżmuma f’pajjiżi b’rati baxxi ta’ taxxa li jirrapportaw lill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali żdiedu b’madwar 70 % (Langenmayr u Zyska, 2019). L-OECD ( 18 ) qalet li l-iskemi ta’ ċittadinanza u residenza għall-investituri ta’ Malta għandhom riskju potenzjalment għoli li jintużaw ħażin biex jevitaw l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji. Dan minħabba li skemi bħal dawn jiffaċilitaw il-ħabi tal-ġurisdizzjonijiet veri tar-residenza. Meta jintużaw bħala għodda biex jaħbu l-assi miżmuma barra mill-pajjiż milli jiġu rrapportati, jistgħu jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa.

Hemm xi sforzi għaddejjin biex jillimitaw l-evażjoni tat-taxxa internazzjonali minn individwi. Il-gvern Malti regolarment jiskambja l-informazzjoni ma’ gvernijiet oħra dwar nies li jkunu kisbu r-residenza/ċittadinanza permezz tal-iskemi ta’ ċittadinanza u residenza għall-investituri. Barra minn hekk, il-linji gwida tal-istandards komuni ta’ rappurtar tal-pajjiż ġew emendati biex jagħtu spjegazzjonijiet aktar dettaljati lill-istituzzjonijiet finanzjarji dwar dawn l-iskemi u l-potenzjal tagħhom biex tiġi evitata l-gwida dwar ir-rappurtar.

Il-konformità mar-regoli tat-taxxa żdiedet, u ġew implimentati aktar miżuri. Fl-2017, id-diskrepanza fil-ġbir tal-VAT ( 19 ) naqset b’0,7 pp addizzjonali għal 2 %. Dan huwa ferm inqas mill-medja tal-UE ta’ 10,9 % (CASE, 2019) u tagħti x’nifhmu li kien hemm titjib fil-konformità. Madankollu, minħabba l-eżenzjonijiet mill-VAT u l-applikazzjoni ta’ rati tal-VAT aktar baxxi għal prodotti magħżula, Malta hija wieħed mill-pajjiżi tal-UE bl-ogħla diskrepanza fir-rati, li tagħti x’nifhmu li hemm telf mid-dħul minħabba l-eżistenza (u l-livell) tar-rati mnaqqsin. Biex tiġi indirizzata l-evażjoni tat-taxxa, tranżazzjonijiet f’kontanti li jaqbżu EUR 10 000 ġew ipprojbiti għal xiri ta’ affarijiet bħal proprjetà, vetturi, opri tal-arti, ġawhar, u jottijiet. Minħabba ż-żieda qawwija fid-domanda tat-turisti għall-akkomodazzjoni privata, fl-2019 l-awtoritajiet għamlu ftehim mal-fornituri ewlenin tal-portals tar-reservazzjonijiet online biex jippromwovu l-proprjetajiet li kienu lliċenzjati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Dan se jtejjeb il-monitoraġġ tad-dħul privat mill-kiri u jtejjeb il-ġbir tat-taxxa ta’ 15 % li hija dovuta fuq dan it-tip ta’ dħul.

Id-dħul mit-taxxa relatat mal-proprjetà immobbli ġie esklussivament mit-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet. It-taxxi fuq il-proprjetà immobbli, li jiġu esklussivament mit-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet, b’kollox kienu jammontaw għal 1,3 % tal-PDG fl-2018, meta mqabbel mal-medja tal-UE ta’ 2,5 %. Kienu jirrappreżentaw 4,2 % tad-dħul totali mit-taxxa f’Malta meta mqabbel ma’ 6,4 % fl-UE, minħabba li Malta ma tapplikax it-tassazzjoni rikorrenti fuq il-proprjetà immobbli. It-tranżizzjoni mit-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet għal taxxi rikorrenti fuq il-proprjetà jistgħu jrawmu użu aktar effiċjenti tal-ispazju għall-bini, li huwa partikolarment rilevanti għal Malta. Madankollu, minħabba li Malta m’għandhiex reġistru tal-proprjetà, dan ikun jinvolvi ċerti spejjeż ta’ twaqqif. It-taxxi rikorrenti fuq il-proprjetà jistgħu wkoll jgħinu biex irażżnu ċ-ċikli potenzjali ta’ espansjoni u kontrazzjoni, partikolarment meta jitqiesu ż-żidiet konsiderevoli reċenti fil-prezzijiet tad-djar ta’ Malta (ara t-Taqsima 3.2).

Hemm lok biex tittejjeb it-tifsila tat-taxxi ambjentali. It-tassazzjoni ambjentali kemm f’termini tal-PDG u tad-dħul totali mit-taxxa taqbeż il-medja tal-UE. Dan huwa prinċipalment dovut għall-kategorija tat-taxxi fuq it-trasport li mhumiex relatati mal-fjuwil, li hija fost l-ogħla fl-UE. It-taxxi fuq il-vetturi jiddependu fuq l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tal-vettura, u għalhekk iħeġġu l-effiċjenza tal-fjuwil. Madankollu dawn ma jaffettwawx id-deċiżjonijiet dwar l-għadd ta’ kilometri misjuqa. It-taxxi fuq il-fjuwil, min-naħa l-oħra, jaffettwaw il-kost marġinali tal-użu ta’ vettura u għandhom tendenza li jkollhom l-akbar effett fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-użu tal-karozzi. It-taxxi fuq il-fjuwil huma parti mit-taxxi fuq l-enerġija, li hija l-akbar kategorija ta’ tassazzjoni ambjentali. It-taxxi fuq l-enerġija ta’ Malta huma taħt il-medja tal-UE, kemm bħala perċentwal tal-PDG kif ukoll bħala sehem tad-dħul totali mit-taxxa. Barra minn hekk, żewġ distorsjonijiet ewlenin tat-taxxa jnaqqsu l-effettività tat-taxxi fuq il-fjuwil, speċifikament ir-rata tal-VAT imraħħsa ta’ 5 % fuq l-elettriku u r-rata tad-dazju tas-sisa fuq id-diżil (li hija 14 % anqas mir-rata tal-petrol) (ara wkoll it-Taqsima 3.5). Miżuri ta’ kumpens ikunu jistgħu jgħinu biex itaffu l-impatti potenzjalment negattivi tat-taxxi fuq il-fjuwil għal gruppi bi dħul baxx (il-Kummissjoni Ewropea, 2019n). Ta’ min ninnutaw ukoll li Malta hija wieħed mill-ftit Stati Membri li ma jidhirx li għandha taxxa fuq il-miżbliet jew fuq l-inċinerazzjoni (Konfederazzjoni tal-Impjanti Ewropej tal-Enerġija mill-Iskart, 2017).

3.1.2.Qafas fiskali

Il-qafas fiskali sod Malti għandu fejn jittejjeb aktar. Il-qafas fiskali Malti huwa ggwidat tajjeb minn regoli fiskali numeriċi u pjanijiet baġitarji fuq terminu medju b’objettivi ta’ politika ċari. Barra minn hekk, il-politiki fiskali huma mmonitorjati minn kunsill fiskali indipendenti. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ trasparenza fiskali tal-FMI (FMI, 2018), il-gvern espanda l-kopertura tar-rapporti fiskali u tejjeb ir-rapportar ta’ unitajiet estrabaġitarji u l-intitolamenti tal-pensjoni. Madankollu, it-trasparenza tal-qafas tkun tibbenefika aktar: mir-rapportar tan-nefqa fiskali; mill-iżgurar tal-konsistenza bejn ir-rapporti fiskali differenti; mir-rieżami tal-prestazzjoni ta’ entitajiet baġitarji pubbliċi differenti; u mir-rieżami tal-prestazzjoni tas-settur tal-korporazzjonijiet pubbliċi (FMI, 2018).

Qed ikomplu l-inizjattivi fil-qasam tar-rieżamijiet tal-infiq. Fl-2019, ir-rieżami tal-infiq iffoka fuq il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Ir-rieżami kkonkluda li l-bidla li għaddejja lejn ċentri b’timijiet interdixxiplinarji għandha tippermetti lill-uffiċjali tal-pulizija jiġu riskjerati aħjar f’oqsma ta’ prijorità ġodda (jiġifieri biex jindirizzaw in-natura li qed tinbidel tal-kriminalità).

3.1.3.Analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn u riskji fiskali

Malta qiegħda taffaċċja riskji għas-sostenibbiltà fiskali fit-tul. Proporzjon tad-dejn għall-PDG relattivament baxx (43 % fl-2019) u li qed jinżel, flimkien ma’ surpluses fiskali nominali, jagħmlu lil Malta wieħed mill-pajjiżi b’riskji fiskali baxxi ( 20 ) fit-terminu qasir sa medju fl-UE. Madankollu, fit-tul l-indikatur tad-distakk tas-sostenibilità S2 ( 21 ) (3,0 pp tal-PDG) jagħti x’nifhmu li hemm riskji medji għas-sostenibbiltà fiskali. Dan huwa xprunat minn żieda projettata fil-kostijiet tat-tixjiħ demografiku ta’ 6,8 pp tal-PDG sal-2070, li huma dovuti għal: (i) spejjeż tal-pensjonijiet li qed jiżdiedu (2,9 pp tal-PDG); u nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul (4,1 pp tal-PDG).

Sistema tal-pensjonijiet

L-effetti ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ se jkunu ta’ piż fuq is-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet. In-nefqa ta’ 8 % tal-PDG fl-2016 fuq il-pensjonijiet f’Malta kienet fost l-aktar baxxi fl-UE. Skont il-Kummissjoni Ewropea (2018b), l-infiq fuq il-pensjonijiet f’Malta huwa projettat li jiżdied għal 10,9 % tal-PDG fl-2070. Minkejja li din se tkun qrib il-medja tal-UE, ir-rata ta’ tkabbir tul dan iż-żmien se tkun fost l-ogħla fl-UE. L-akbar kontribut għal din iż-żieda fl-infiq huwa projettat li jiġi mill-proporzjon ta’ dipendenza, li jirrifletti żieda relattiva fl-għadd ta’ pensjonanti meta mqabbel ma’ dawk tal-età tax-xogħol. Madankollu, ir-regoli tal-indiċjar li hemm fis-seħħ se jservu biex irażżnu n-nefqa fuq il-pensjonijiet ( 22 ).

Il-migrazzjoni aktarx li tnaqqas in-nefqa fuq il-pensjonijiet. Il-projezzjonijiet intermedji tal-popolazzjoni tal-Eurostat tal-2019 jipprevedu tkabbir tal-popolazzjoni aktar rapidu għal Malta minn previżjonijiet preċedenti minħabba flussi tal-migrazzjoni projettati ogħla. Jekk dawn il-previżjonijiet dwar il-migrazzjoni jiġu kkonfermati f’April 2020 ( 23 ), iż-żieda projettata fin-nefqa fuq il-pensjonijiet tkun 0,8 pp anqas sal-2070 milli kien stmat qabel. Madankollu, Malta xorta tibqa’ pajjiż b’riskju medju fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tagħha.

Jekk jiġu sostnuti, is-soġġorni qosra tal-ħaddiema migranti jistgħu jtaffu l-pressjoni fuq in-nefqa fuq il-pensjonijiet. Madwar nofs il-ħaddiema barranin jerġgħu jitilqu bejn sena u sentejn wara li jkunu waslu, u kważi 70 % ikunu telqu mill-pajjiż sas-sitt sena (Borg, 2019). Minħabba s-soġġorni relattivament qosra tagħhom, ftit huma l-ħaddiema barranin li jissodisfaw il-perjodu minimu ta’ kontribuzzjonijiet (10 snin) biex jikkwalifikaw għall-intitolament tal-pensjoni ( 24 ). Dan huwa partikolarment minnu għall-migranti minn pajjiżi terzi, li s-sehem tagħhom fil-migrazzjoni totali qed jikber.

Miżuri reċenti għandhom l-għan li jiddiversifikaw id-dħul tal-pensjoni u jżidu l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Fl-2019, il-gvern nieda l-pjan ta’ mobilizzazzjoni tal-kapital tad-djar, li tippermetti lill-pensjonanti li huma sidien tad-djar li jgħollu l-livell ta’ għajxien tagħhom billi jippermettilhom jaqilbu parti mill-valur ta’ darhom fi dħul. L-inċentivi fiskali għat-tfaddil privat tal-pensjonijiet u pensjonijiet okkupazzjonali volontarji ssaħħew ukoll billi żdied l-ammont massimu ta’ kreditu ta’ taxxa mogħti. Biex jindirizza l-adegwatezza tal-pensjonijiet, il-gvern żied il-pensjonijiet lil hinn mill-indiċi tal-COLA regolari. Dan wassal għal żieda ta’ aktar minn 20 % fil-pensjoni pubblika medja fl-2020, l-akbar żieda mill-1980. Fl-2020 huwa mistenni rieżami usa’ tas-sistema tal-pensjonijiet, meta l-Grupp Strateġiku dwar il-Pensjonijiet, li twaqqaf fl-2018, huwa mistenni li jippubblika r-rapport tiegħu.

Is-sistema tas-saħħa u tal-kura fit-tul

In-nefqa pubblika fuq il-kura tas-saħħa hija projettata li tiżdied konsiderevolment minħabba t-tixjiħ. Malta tonfoq 9,3 % tal-PDG tagħha fuq is-saħħa, ftit biss taħt il-medja tal-UE ta’ 9,8 % tal-PDG. Madankollu, in-nefqa mill-bwiet tal-pazjenti Maltin tkopri aktar minn terz tan-nefqa fuq is-saħħa, aktar mid-doppju tal-ammont tal-medja Ewropea. In-nefqa tal-gvern fuq is-saħħa (minbarra n-nefqa fuq il-kura fit-tul) għalhekk hija relattivament baxxa, 5,9 % tal-PDG (UE: 6,8 % tal-PDG fl-2016). Madankollu, minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ, in-nefqa pubblika fuq is-saħħa hija projettata tiżdied b’2,7 pp tal-PDG bejn issa u l-2070. Hija mistennija żieda addizzjonali ta’ 1,4 pp tal-PDG għan-nefqa fuq il-kura fit-tul matul l-istess perjodu.

Is-sistema tas-saħħa tidher effettiva u aċċessibbli sew. Malta għandha waħda mill-ogħla stennijiet tal-għomor (82,4 sena) fl-UE, u fl-aħħar snin irreġistrat tnaqqis sostanzjali fil-mortalità evitabbli permezz tal-prevenzjoni jew tal-kura. Madankollu, hemm fatturi ta’ riskju fl-imġiba li għadhom jippersistu. Ir-rata tal-obeżità għadha għolja u għandha bżonn aktar miżuri ta’ prevenzjoni. Ir-rata għolja (70 %) ta’ żjarat tat-tobba tal-familja li jsiru fi kliniċi privati (OECD/Osservatorju Ewropew għas-Sistemi u għall-Politiki tas-Saħħa, 2019) hija r-raġuni ewlenija għal nefqa kbira mill-but tan-nies. Minkejja dan, il-kura tas-saħħa tidher aċċessibbli sew, minħabba li ftit ħafna huma dawk li rrapportaw li kellhom ħtiġijiet mediċi li ma ġewx issodisfati.

L-użu żejjed tal-kura ta’ emerġenza fl-isptar għadu għaddej, filwaqt li ż-żmien ta’ stennija twil għall-konsulenti naqas. Fin-nuqqas ta’ servizzi wara l-ħinijiet tax-xogħol tat-tobba privati, il-pazjenti għandhom tendenza jużaw il-kura ta’ emerġenza fl-isptarijiet, minkejja li s-servizzi pubbliċi tal-kura għal pazjenti ta' barra żiedu l-ħinijiet tal-ftuħ, flimkien ma’ provvista mtejba ta’ dijanjostika u kura speċjalizzata. Il-gvern għamel kampanja ta’ informazzjoni biex iħeġġeġ lill-pazjenti biex f’każijiet bħal dawn imorru fiċ-ċentri tas-saħħa pubbliċi. Madankollu, jidher li dawn il-miżuri mhumiex biżżejjed biex joħroġ il-potenzjal kollu għall-effiċjenza li din id-drawwa li tiswa tant flus titnaqqas. L-arranġamenti bejn is-settur pubbliku u privat għall-kura għal pazjenti ta' barraoutpatient (pereżempju għad-dentisti u għad-dijanjostika permezz ta’ immaġnijiet) ġie rrapportat li naqqsu l-ħinijiet tal-istennija u huma mistennija jiġu rieżaminati ladarba l-każi pendenti jonqsu għal livell raġonevoli. Minkejja li l-għadd ta’ tobba u infermiera żdied fl-aħħar snin u resaq għall-medja tal-UE, għad hemm nuqqas ta’ staff tal-infermerija fl-isptarijiet u fil-kura fit-tul.

Bosta miżuri għandhom l-għan li jżidu l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa. Żewġ ċentri tal-kura tas-saħħa primarja, li huma mistennija li jkunu qed joperaw fl-2022, se joffru l-kura ta’ emerġenza għall-pazjenti ta’ barra u jżidu l-għadd ta’ speċjalisti. Jista’ jkun hemm żidiet fl-effiċjenza jekk jiġi llimitat l-użu inġustifikat tal-kura ta’ emerġenza fl-isptarijiet. Minħabba li hemm nuqqas ta’ dettalji dwar it-tariffi tas-servizzi għas-sħubija pubblika-privata fil-kura fl-isptarijiet, huwa ġġustifikat il-monitoraġġ biex jiżgura li l-ispejjeż jitrażżnu. Minħabba li d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta ( 25 ) għadha qed tiġi żviluppata, Malta għadha qed tħabbat wiċċha mal-isfidi mill-prezzijiet għoljin tal-mediċini u t-trattamenti innovattivi minħabba d-daqs żgħir tas-suq tagħha. Għalhekk huma meħtieġa miżuri ta’ politika ulterjuri f’dan il-qasam biex tiġi indirizzata l-pressjoni li qed tikber fuq il-finanzi pubbliċi. Is-sistema elettronika tar-rekords mediċi avvanzat sew. L-implimentazzjoni ta’ sistema tal-kura tas-saħħa elettronika nazzjonali usa’, li għandha l-potenzjal li ttejjeb l-effiċjenza tas-settur tal-kura tas-saħħa, għadha għaddejja.

Il-kapaċità tal-kura fit-tul espandiet fl-aħħar snin. Minkejja li l-kapaċità pubblika għall-kura istituzzjonali (jiġifieri d-djar residenzjali) hija madwar il-medja tal-UE, mhijiex biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda. Il-gvern għalhekk ikkuntratta sodod għall-kura fit-tul mis-settur privat. Is-servizzi bbażati fid-djar ukoll espandew fis-snin reċenti. Il-provvediment ta’ dawn is-servizzi huwa ttestjat għall-ħtiġijiet, iżda mhux għall-mezzi, u l-kopagamenti eżistenti mitluba mill-pazjenti huma relattivament baxxi. Id-domanda għas-servizzi tal-kura fit-tul mistennija li tikber minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ u s-sehem akbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, li tradizzjonalment kienu huma li jipprovdu din it-tip ta’ kura.

3.2.    Is-settur finanzjarju

3.2.1.L-istabbiltà finanzjarja

Il-banek domestiċi ewlenin komplew isaħħu l-pożizzjonijiet kapitali u l-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ tagħhom. Il-proporzjonijiet kapitali baqgħu għoljin fl-2018 wara li niżlu ftit fi snin preċedenti, li tista’ tiġi spjegata mill-espansjoni tal-karta bilanċjali (li twassal għat-tkabbir ta’ assi ppeżati għar-riskju) u telf tal-valutazzjoni kkawżat minn redditi ogħla. Il-proporzjon kapitali totali huwa 23,4 %, u l-proporzjon ta’ ingranaġġ huwa 12,3 % għas-settur ( 26 ). Il-profittabilità tal-banek domestiċi ewlenin għadha kemxejn taħt dik tal-pari tagħhom fiż-żona tal-euro, b’redditu fuq l-assi ta’ 0,4 % u redditu fuq l-ekwità ta’ 3,7 % (0,2 % u 3,2 % fiż-żona tal-euro rispettivament). Fl-ewwel nofs tal-2019, l-introjtu mill-imgħax nett niżel għal 73,6 % tal-introjtu gross. Il-proprozjon tal-kost operattiv mad-dħul niżel fit-tieni trimestru tal-2019, u laħaq 48,5 %, ferm taħt il-medja taż-żona tal-euro ta’ 66,2 %. Madankollu, il-kumpaniji FinTech, li jidħlu primarjament fin-negozju tal-flus elettroniċi, saru kompetituri sinifikanti għall-banek lokali f’dan il-qasam tas-servizz. Minkejja li l-impatt ta’ dan is-sors ġdid ta’ kompetizzjoni fuq il-marġni tar-rati tal-imgħax tal-banek għadu mhuwiex rilevanti, l-atturi diġitali l-ġodda żiedu s-sehem tagħhom fis-suq billi ħadu klijenti li ma joqogħdux fil-profil tar-riskju ta’ bank tradizzjonali.

Iċ-ċifri aggregati dwar is-self ipotekarju jaħbu rqajja’ ta’ vulnerabbiltà. Tranżizzjoni mis-settur tal-kostruzzjoni u dak tal-proprjetà lejn is-self ipotekarju naqqas ir-riskju tal-konċentrazzjoni, minħabba li s-self qed jinfirex madwar għadd akbar ta’ mutwatarji żgħar. Barra minn hekk, minkejja li l-pożizzjoni ta’ dejn tal-unitajiet domestiċi kibret, kienet akkumpanjata mill-akkumulazzjoni mill-unitajiet domestiċi ta’ ġid finanzjarju nett. Madankollu, kien hemm żieda kemm: (i) fis-sehem ta’ ipoteki b’valur ekwivalenti għal 5–6 darbiet tal-introjtu gross tal-klijent; u (ii) fis-sehem ta’ self ipotekarju lil nies bi proporzjon bejn il-ħlas tas-self u l-introjtu fl-intervall ta’ bejn 20 % u 25 % (Bank Ċentrali ta’ Malta, 2019b). Dan jagħti x’nifhmu li l-mutwatarji kulma jmur qed jintalbu jissellfu aktar meta mqabbel mal-introjtu tagħhom, u għalhekk għandhom pagamenti ogħla kull xahar. Is-self ipotekarju fil-biċċa l-kbira jingħata f’rati varjabbli, konnessi indirettament mar-rata tal-operazzjoni ta’ rifinanzjament ewlenija tal-Bank Ċentrali Ewropew (FMI, 2019), li joħloq vulnerabbiltajiet fil-każ ta’ tnaqqis fir-ritmu jew f’żidiet fir-rati tal-imgħax. Madankollu, it-testijiet tas-sensittività li saru mill-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar żieda potenzjali fir-rati tal-imgħax b’150 punt bażi fuq is-self ipotekarju ġdid juru li 5 % biss tas-self ġdid ikollu proporzjon tas-servizz tad-dejn mal-introjtu li jeċċedi l-40 %.

B’risposta għall-momentum fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali, ir-regoli ta’ superviżjoni ġew imsaħħa. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ id-Direttiva 16 “Regulation on Borrower-Based Measures”, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2019 u li tapplika għall-mutwanti domestiċi kollha li jagħtu self domestiku tal-proprjetà immobbli residenzjali. Għal żewġ kategoriji ta’ mutwatarji, il-miżuri jistabbilixxu limiti fuq: (i) id-daqs tas-self relattiv għall-valur tal-proprjetà; (ii) id-daqs tas-servizz tad-dejn b’relazzjoni mad-dħul; u (iii) il-maturità tas-self ( 27 ). Skont ir-regoli l-ġodda, min ikun qed jixtri proprjetà għall-ewwel darba jibbenefika minn proporzjon bejn is-self u l-valur ogħla u maturitajiet itwal meta mqabbla max-xerrejja tal-kategorija II. Dawn huma wkoll eżentati mir-restrizzjonijiet fuq il-proporzjon bejn is-self u l-valur u bejn is-servizz tad-dejn għall-introjtu jekk il-valur fis-suq tal-kollateral tal-proprjetà mixtrija jkun taħt EUR 175 000. Maż-żewġ kategoriji ta’ mutwatarji, il-banek għandhom “limiti tal-veloċità”, li jippermettu lill-banek jiddevjaw mill-proporzjonijiet massimi bejn is-self u l-valur għal għadd speċifikat ta’ self, li jvarjaw skont il-kategorija ta’ mutwatarji. Dawn il-miżuri bbażati fuq il-mutwatarji huma mistennija li: (i) isaħħu r-reżiljenza tal-mutwanti u l-mutwatarji għal xi xokkijiet potenzjali; u (ii) jippreżervaw l-istandards tas-self sodi u prudenti li hemm bħalissa.

Malta qed tkompli tiżviluppa s-suq tal-kapital tagħha għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-għadd ta’ entitajiet mhux bankarji kkwotati fil-Borża ta’ Malta żdiedu bis-saħħa bejn l-2013 u l-2019. Kien hemm ukoll żieda korrispondenti fl-ammont ta’ dejn maħruġ fis-swieq finanzjarji minn entitajiet mhux bankarji, li kważi ttriplikaw tul l-istess perjodu. Din ix-xejra ggravat il-proċess ta’ diżintermedjazzjoni (li l-kumpaniji jkunu jistgħu jiġbru l-fondi fis-swieq tad-dejn minflok ikollhom imorru għand il-banek), u hija mistennija li ttejjeb l-istabbiltà finanzjarja billi tiddiversifika r-riskju ta’ kreditu fost firxa ta’ parteċipanti fis-suq. Barra minn hekk, b’riżultat tal-pjan strateġiku nazzjonali dwar is-swieq kapitali li ġie varat fl-2016, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kienu kapaċi joħorġu bonds jew ekwità permezz tal-Faċilità Multilaterali tan-Negozjar Prospects, biex b’hekk żdied l-aċċess għas-swieq kapitali għall-atturi żgħar. Sal-2019, is suq tal-Faċilità Multilaterali tan-Negozjar Prospects, li kien jikkonsisti predominantement minn bonds, kien jikkostitwixxi kważi 2,5 % tal-ħruġ pendenti ta’ bonds korporattivi u kien jammonta għal daqs 0,4 % tal-PDG. Huwa importanti li jiġi żgurat li x-xerrejja ta’ strumenti finanzjarji differenti jkunu konxji tar-riskji assoċjati.

Is-settur tal-assigurazzjoni domestiku għadu jrendi l-qligħ u żamm pożizzjoni ta’ solvenza b’saħħitha. Minn 70 kumpanija tal-assigurazzjoni, tmien ditti biss jissottoskrivu riskji f’Malta bħala l-linja ewlenija tan-negozju tagħhom. Minkejja l-inċertezza prevalenti fuq ir-rendiment fis-swieq internazzjonali, is-settur tal-assigurazzjoni sistemikament rilevanti domestiku baqa’ jagħmel il-qligħ, b’redditu fuq l-assi u redditu fuq l-ekwità ta’ 1,3 % u 12 % rispettivament (assiguraturi fl-UE: 0,6 % u 12,7 %) f’Ġunju 2019. Tul l-istess perjodu, is-settur issodisfa r-rekwiżiti regolatorji ta’ Solvibbiltà II, peress li l-assiguraturi domestiċi kollha kellhom proporzjonijiet tar-rekwiżiti kapitali tas-solvenza ( 28 ) u tar-rekwiżit kapitali minimu ( 29 ) ferm ogħla minn 100 %.

L-irtirar tal-banek korrispondenti għad irid jiġi indirizzat. Il-banek korrispondenti, li jgħinu lill-banek domestiċi jwettqu t-tranżazzjonijiet f’muniti oħra, partikolarment fid-dollaru Amerikan, qed isiru aktar avversi għar-riskju f’dawn l-aħħar snin. Dan wassalhom biex jew ineħħu dan is-servizz inkella jneħħulu r-riskju f’ġurisdizzjonijiet żgħar u f’dawk li għandhom konċentrazzjoni ta’ klijenti b’riskju għoli. Ir-regolaturi tal-Istati Uniti jqisu li ħlasijiet li jinvolvu l-logħob tal-azzard u l-portali tal-ħlas li huma barra s-sistemi ta’ Visa u Mastercard bħala ta’ riskju għoli. Biex jindirizzaw tali tħassib, bosta banek implimentaw rekwiżiti stabbiliti mill-banek korrispondenti, bħal pereżempju li joqogħdu lura milli: (i) jipproċessaw ħlasijiet fis-setturi tal-logħob tal-azzard u tal-kriptovaluti; u (ii) jittrattaw ma’ klijenti li jkunu approfittaw mill-iskemi ta’ ċittadinanza jew ta’ residenza ta’ Malta (MONEYVAL, 2019). Deutsche Bank waqaf jipprovdi tali servizzi lill-banek lokali fl-2019, filwaqt li ING wiegħed li jestendihom sa Marzu 2020. Biex itejbu r-reputazzjoni internazzjonali tagħhom u biex ma jintilfux aktar banek korrispondenti, jista’ jkun hemm bżonn miżuri addizzjonali biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ ħasil tal-flus (ara t-Taqsima 3.2.2).

Il-proċeduri twal ma jipprovdux rimedju adegwat kontra l-insolvenza. Fir-rapport tal-Bank Dinji Doing Business 2020, Malta kklassifikat fost l-aħħar Stati Membri tal-UE għar-riżolviment tal-insolvenza. Dan huwa minħabba rata ta’ rkupru relattivament baxxa u proċedimenti twal (li bħala medja jdumu tliet snin). Barra minn hekk, l-indiċi tal-qafas tal-insolvenza ( 30 ) jindika dgħufija ġenerali fil-qafas tal-insolvenza kollu kemm hu. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta, f’valutazzjoni tas-sistema tal-insolvenza li għamel fil-bidu tal-2019 ħa kampjun ta’ 204 selfiet improduttivi. Il-valutazzjoni wriet li 27 obbligant (13 % tat-total) ġew riżolti fil-qorti u saldati fi żmien medjan ta’ 0,7 snin filwaqt li każijiet li damu aktar ħadu madwar erba' snin biex jiġu solvuti. Bħala rimedju għas-sistema, l-assoċjazzjoni bankarja pproponiet li l-banek b’self kummerċjali jkunu jistgħu jbigħu l-proprjetà immobbli kummerċjali huma stess biex jaċċelleraw il-proċess u jagħmlu disponiment tal-assi faċli. Il-gvern għadu ma ddiskutiex din il-miżura.

3.2.2.Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

L-ekonomija Maltija għadha vulnerabbli għar-riskji tal-ħasil tal-flus. Il-każijiet ta’ ħasil tal-flus affettwaw l-istituzzjonijiet tal-kreditu Maltin fi snin reċenti (il-Kummissjoni Ewropea, 2019k). Wara li l-Awtorità Bankarja Ewropea sabet li l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja kien kiser id-dritt tal-Unjoni f’Lulju 2018, u l-opinjoni sussegwenti mill-Kummissjoni Ewropea, is-sistema Maltija kontra l-ħasil tal-flus issaħħet f’dak li jirrigwarda s-superviżjoni. Madankollu, ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka ta’ Malta, ippubblikat minn MONEYVAL f’Lulju 2019, identifika nuqqasijiet fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, minħabba riżorsi limitati fi ħdan il-korp tal-pulizija u li ma ngħatawx biżżejjed prijorità. Instabu wkoll nuqqasijiet fit-traċċar tal-assi u fir-reġim ta’ konfiska għar-rikavati tal-kriminalità.

L-ispeċjalizzazzjoni ta’ Malta fil-logħob tal-azzard u l-pjanijiet għal speċjalizzazzjoni fl-assi virtwali, li għandhom riskji inerenti ta’ ħasil tal-flus, tenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ta’ mitigazzjoni korrispondenti. Il-logħob tal-azzard remot huwa wieħed mis-setturi ewlenin tal-ekonomija Maltija u huwa mistenni li fis-snin li ġejjin ikompli jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta (EY, 2019). Fl-istess waqt, kif ġie enfasizzat fil-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-pajjiż (Ministeru għall-Finanzi, 2018), il-logħob tal-azzard remot huwa intrinsikament vulnerabbli għall-ħasil tal-flus. Dan ikun jeħtieġ l-implimentazzjoni effettiva tal-verifiki ta’ mitigazzjoni xierqa, kemm fil-fażi inizjali (meta l-klijent jabbona) u fuq bażi kontinwa. Issaħħet il-kooperazzjoni bejn l-FIAU u l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Logħob. Barra minn hekk, bħala ċentru internazzjonali emerġenti fil-qasam tal-assi virtwali, Malta bdiet analiżi mmirata biex tivvaluta r-riskji ppreżentati mis-settur u mis-servizzi relatati. Il-konstatazzjonijiet tal-analiżi se jkunu kruċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet u r-riskji ta’ ħasil tal-flus li joħorġu minn dan is-settur.

Hemm riskji potenzjali ta’ ħasil tal-flus assoċjati mal-iskemi taċ-ċittadinanza u tar-residenza Maltin. Fl-2013, Malta introduċiet skema taċ-ċittadinanza għall-investituri, il-Programm ta’ Investitur Individwali, u skema ta’ residenza permezz tal-investiment, il-Programm ta’ Malta dwar ir-Residenza u Visa. Il-Programm ta’ Investitur Individwali qed jiġi amministrat minn entità governattiva indipendenti. Fil-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-pajjiż, ir-riskji potenzjali tal-ħasil tal-flus b’rabta mal-iskemi taċ-ċittadinanza u tar-residenza ma ġewx analizzati, minkejja li dawn l-iskemi minnhom infushom iqajmu tħassib dwar il-ħasil tal-flus (il-Kummissjoni Ewropea, 2019j). Il-fehim adegwat tar-riskji ppreżentati minn din it-tip ta’ skema u l-adozzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa għadhom sfida.

Malta għamlet aktar sforz biex issaħħaħ il-qafas regolatorju u superviżorju tagħha kontra l-ħasil tal-flus. L-FIAU, bħala s-superviżur kontra l-ħasil tal-flus, adottat pjan tal-iżvilupp għall-2019–2021. Il-pjan jimmira għal tkabbir sinifikanti fl-oqsma kollha tal-FIAU, bħall-investiment fir-riżorsi umani u s-soluzzjonijiet tal-IT biex itejbu l-ġbir tad-data u l-għodod ta’ valutazzjoni tar-riskju. L-FIAU qed tkompli tirrevedi l-politiki u l-proċeduri mmirati li jtejbu l-proċessi bbażati fuq ir-riskju. B’mod parallel, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA): (i) bdiet iżżid il-livelli ta’ persunal biex tappoġġa r-rwol superviżorju tagħha (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b); u (ii) eżaminat l-istruttura tagħha kif ukoll is-sorveljanza tagħha rigward il-ħasil tal-flus. Fi Frar 2019, l-MFSA ppubblikat strateġija dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. L-istrateġija tinkludi l-monitoraġġ tar-riskji relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati mal-kumpaniji ssorveljati mill-MFSA. Abbażi ta’ memorandum ta’ qbil, l-MFSA twettaq superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus flimkien mal-FIAU jew f’ismu, abbażi tal-manwal u l-proċeduri tal-FIAU. Ir-rispons mogħti mill-awtoritajiet Maltin fil-każ tas-Satabank (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b) huwa eżempju tal-kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-FIAU u l-MFSA fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu rigward il-ħasil tal-flus. Juri wkoll titjib fl-applikazzjoni ta’ Malta tas-sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-obbligi relatati mal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Madankollu, il-prassi tal-MFSA li tuża konsulenza privata għall-kompiti ta’ superviżjoni hija ta’ tħassib.

Min-naħa tal-infurzar tal-liġi, hemm ippjanati riformi addizzjonali, iżda l-effettività tagħhom għad trid tiġi vvalutata u għad iridu jagħtu l-frott. F’Ġunju 2019, Malta ħabbret għadd ta’ riformi bil-ħsieb li jsaħħu r-rwol tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-kriminalità finanzjarja b’mod aktar ġenerali (doi.gov.mt, 2019). Dawn ir-riformi jinkludu: (i) il-ħolqien ta’ Aġenzija kontra l-Kriminalità Finanzjarja Organizzata biex tinvestiga u tagħmel prosekuzzjoni kriminali tal-aktar każijiet serji tal-ħasil tal-flus u l-kriminalità finanzjarja; u (ii) aktar setgħat għall-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Għad irid jiġi vvalutat kif dawn ir-riformi se jiġu implimentati. Sa tmiem Ottubru 2019 il-Korp tal-Pulizija kellu l-ħsieb li jwaqqaf unità għall-prosekuzzjonijiet tiegħu iżda eventwalment din inqabżet minn deċiżjoni li saret qabel id-data tal-missjoni ta’ tiftix tal-fatti f’Novembru. Dak iż-żmien ġie maqbul li jkun hemm servizz ta’ prosekuzzjoni wieħed immexxi mill-Avukat Ġenerali, u li l-korp iżomm każijiet ta’ mhux aktar minn sentejn ħabs.

3.2.3.Is-suq tal-akkomodazzjoni

Kien hemm żieda sostnuta fil-prezzijiet tad-djar b’xi sinjali ta’ sovravalutazzjoni. Wara l-ogħla livelli li ntlaħqu bejn l-2005 u l-2008, it-tkabbir fil-prezzijiet tal-proprjetà kien batut sal-2014. Minn dak iż-żmien ’l hawn il-prezzijiet tad-djar—skont l-indiċi bbażat fuq it-tranżazzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika—qabdu r-rankatura, u kibru b’5,8 % fis-sena bejn l-2014 u l-2018. L-indiċi tal-prezzijiet tal-proprjetà, ippubblikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, li huwa bbażat fuq il-prezzijiet irriklamati, jindika rata annwali ta’ tkabbir medja saħansitra iktar mgħaġġla ta’ 9,3 %. L-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ indiċijiet ma jirrifletti l-ispazju ta’ art tal-proprjetajiet mibjugħa. Il-prezz għal kull metru kwadru jista’ għalhekk ikun għola b’aktar. Id-domanda għall-akkomodazzjoni ġiet appoġġata minn: (i) l-ambjent ta’ rati baxxi tal-imgħax; u (ii) miżuri baġitarji li jinċentivizzaw ix-xiri ta’ proprjetà għal min ikun qed jixtri għall-ewwel darba (u, aktar reċentement, ukoll għal min ikun qed jixtri għat-tieni darba). It-tkabbir ekonomiku li ġab miegħu ħafna impjiegi, flimkien ma’ parteċipazzjoni ikbar tan-nisa, ukoll ikkontribwixxa għal żieda fl-introjtu tal-unitajiet domestiċi, li appoġġa l-kapaċità tal-mutwatarji li japplikaw għal ipoteka. Id-domanda ogħla għall-proprjetà kienet motivata wkoll mill-immigrazzjoni u suq tat-turiżmu li sejjer tajjeb (kulma jmur, it-turisti qed jikru akkomodazzjoni privata għas-soġġorni tagħhom). Il-proporzjonijiet tal-prezzijiet tad-djar għad-dħul u għall-kera jindikaw devjazzjoni pożittiva mill-medji tagħhom fuq żmien twil, li jindikaw xi grad ta’ sovrażbilanċ (Graff  3.2.1). Din l-evidenza hija mtaffija mid-distakk mudell tas-sovravalutazzjoni, ibbażat fuq l-analiżi ekonometrika, li minflok jindika sottovalutazzjoni. Meta l-indikaturi kollha jiġu kkombinati, id-distakk tas-sovravalutazzjoni ġenerali jindika sovravalutazzjoni ta’ madwar 6 % (Philiponnet u Turrini, 2017) ( 31 ).

Il-provvista rrispondiet bil-qawwa għad-domanda li qed tiżdied għall-proprjetà residenzjali. Bejn l-2014 u l-2018, l-investiment residenzjali kważi ttriplika f’termini reali, u laħaq 5,2 % tal-PDG. Fl-2018, l-investiment reali fid-djar qabeż saħansitra l-quċċata tal-2007 (Graff 3.2.2) u kien jirrappreżenta aktar minn nofs l-investiment totali fil-kostruzzjoni. L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet l-ogħla numru ta’ permessi għall-bini li qatt ħarġet (għal 12 885 unità ta’ abitazzjoni) fl-2018, żieda ta’ 338 % meta mqabbel mal-2014. Għalhekk, aktarx li din ix-xalata ta’ kostruzzjoni se tibqa’ għaddejja. Kulma jmur qed joħorġu aktar permessi biex isir bini fuq art verġni.

Il-gvern qed ifittex li jrażżan il-prezzijiet tal-kiri għoljin minħabba li hemm tħassib dwar kemm dawn huma affordabbli. It-tkabbir rapidu tal-prezzijiet tad-djar jidher li għamilha aktar diffiċli biex il-familji bi dħul medju jidħlu fis-suq tal-proprjetà (MDA, 2019). Aktar importanti, il-prezzijiet tal-kera sparaw ’il fuq, motivati minn domanda li qed tikber, fil-biċċa l-kbira minn impjegati barranin u turisti li qed ifittxu soġġorni temporanji u fil-qosor (ara l-Kaxxa 3.5.1). Il-livelli għoljin ta’ inflazzjoni tal-kera jistgħu jeskludu lill-gruppi vulnerabbli minn dik li qabel kienet proprjetà affordabbli. Biex jindirizza din il-kwistjoni, il-gvern approva riforma biex tirregola s-suq tal-kiri li tibda fl-2020 mingħajr ma timponi limiti massimi tal-livelli tal-kera f’kuntratti ġodda tal-kera. L-elementi ewlenin tar-riforma jinkludu: (i) żidiet annwali fil-kera llimitati sa 5 %; (ii) kirjiet residenzjali għal minimu ta’ sena; (iii) krediti ta’ taxxa għas-sidien għal kirjiet twal; u (iv) obbligu biex il-kuntratti kollha tal-kiri jiġu rreġistrati online bl-użu tat-teknoloġija blockchain.

Graff 3.2.1:Spustar tal-prezzijiet tad-djar

Sors: Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea

Graff 3.2.2:Permessi tal-bini u investiment fid-djar

 

Sors: L-Awtorità Maltija tal-Ippjanar, l-Eurostat

3.3.    Is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-politiki soċjali

3.3.1.Is-suq tax-xogħol

Malta għandha livell għoli ta’ impjieg u s-suq tax-xogħol qed jintrass. Fl-2018, ir-rata ta’ impjieg f’Malta laħqet 75,5 %. Ir-rata ta’ tkabbir fl-impjiegi tagħha ta’ 5,7 % hija l-ogħla fl-UE. Ir-rata tal-qgħad hija fl-aktar livell baxx li qatt kien (3,7 %), inkluż għaż-żgħażagħ ta’ bejn 15 u 24 sena (9,1 %). Il-qgħad fit-tul (1,1 %) ukoll qiegħed fil-livell l-aktar baxx li qatt kien. Is-sehem ta’ żgħażagħ (bejn 15 u 24 sena) barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ huwa 7,3 %, ferm taħt il-medja tal-UE (10,5 %). Ir-rata ta’ attività żdiedet għal 74,7 % u issa hija ogħla mill-medja tal-UE (73,7 %). Madankollu, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ċerti gruppi għadha baxxa. Fl-2018, ir-rata ta’ impjieg ta’ dawk tal-età bejn 55 u 64 sena kienet ta’ 50,2 %, ferm anqas mill-medja tal-UE (58,7 %).

Graff 3.3.1:Nuqqas ta’ ħaddiema: rata ta’ sejbien ta’ impjieg u separazzjoni

(1) Medja ta’ 4 trimestri: trimestru ta’ referenza u
t-3 trimestri preċedenti

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

In-nuqqas ta’ ħaddiema jaffettwa l-livelli kollha tal-ħiliet. Is-sehem ta’ kumpaniji li jirrapportaw in-nuqqas ta’ ħaddiema bħala fattur ewlieni li jxekkel l-attività tagħhom huwa fost l-ogħla fl-UE, u żdied minn 4,2 % fl-2013 għal 38,1 % fl-2018. Id-diffikultajiet biex jinstabu u jinżammu l-ħaddiema tas-sengħa huma fost l-isfidi ewlenin espressi mill-impjegaturi (stħarriġ ta’ JobsPlus) (ara l-Graff 3.3.1). L-awtoritajiet jippjanaw li jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema permezz ta’ inċentivi għas-sahra, u billi jippromwovu opportunitajiet għat-titjib tal-ħiliet.

L-ispariġġ fil-ħiliet għadu problema. Is-sehem ta’ adulti bi ftit kwalifiki qed jonqos iżda għadu wieħed mill-ogħla fl-UE (46,7 % fl-2018 meta mqabbel ma’ 21,9 % fl-UE). Ir-rata ta’ impjieg tal-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet żdiedet minn 59,2 % fl-2017 għal 62,2 % fl-2018, iżda dawn għandhom tendenza li jingħataw impjiegi li m’għandhomx biżżejjed kwalifiki għalihom (it-tieni l-ogħla rata ta’ nuqqas ta’ biżżejjed kwalifiki fl-UE).

L-adozzjoni tal-iskemi ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ taħriġ mill-ġdid għadha baxxa, partikolari mill-SMEs u mill-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet. Il-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kienet ta’ 10,8 % fl-2018, li kważi laħqet il-medja tal-UE (11,1 %). Madankollu, 4,1 % biss tal-adulti b’livell baxx ta’ ħiliet ħadu sehem fit-taħriġ fl-2018, minkejja li kellhom aktar bżonn itejbu l-ħiliet tagħhom. L-inċentivi għall-involviment tal-impjegaturi, u r-rilevanza akbar għas-suq tax-xogħol tal-programmi tat-taħriġ, setgħu għenu biex żiedu l-għadd ta’ SMEs li fl-aħħar snin ipprovdew taħriġ lill-impjegati tagħhom. 249 SME pprovdew taħriġ lill-impjegati tagħhom skont l-iskema kkofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew, Investing in Skills, fl-2018 u fl-2019. Madankollu, il-livell ta’ parteċipazzjoni tal-SMEs fit-taħriġ huwa taħt il-medja tal-UE, u l-adozzjoni tal-iskemi tal-appoġġ eżistenti għadha baxxa. Il-maġġoranza tal-impjegati mistħarrġa mis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Malti jirrapportaw nuqqas ta’ interess tat-taħriġ fix-xogħol minħabba li jgħidu li diġà għandhom il-ħiliet meħtieġa għall-impjieg. L-impjegaturi, min-naħa tagħhom jgħidu li hemm nuqqas ta’ inċentiv li jinvestu fit-taħriġ tal-impjegati tagħhom minħabba r-rata għolja ta’ tibdil tal-ħaddiema.

Il-ħaddiema barranin ikkontribwew ħafna għad-dinamiżmu ekonomiku ta’ Malta, iżda t-tkabbir tal-popolazzjoni jista’ jaggrava l-isfidi eżistenti. Malta tiddependi ħafna fuq il-ħaddiema barranin biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet. Fl-2019, il-ħaddiema barranin irrappreżentaw 23,8 % tal-forza tax-xogħol f’Malta, li minnhom aktar minn 60 % kienu minn pajjiżi oħrajn tal-UE (Jobsplus). Skont l-Eurostat, il-popolazzjoni b’residenza Malta żdiedet bi 17 % bejn l-2008 u l-2018, prinċipalment minħabba l-flussi ta’ migrazzjoni ekonomika kbar minn pajjiżi tal-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi. Din żiedet id-domanda għas-servizzi pubbliċi (skejjel, saħħa, eċċ.) u l-abitazzjoni, u rriżultat fi sfida għall-integrazzjoni. Il-fatt li ħafna ħaddiema barranin ma jdumux fl-impjieg jimmina wkoll l-investiment fit-taħriġ ( 32 ).

Is-sehem ta’ ħaddiema barranin ivarja minn settur għall-ieħor, u l-livell ta’ ħiliet tagħhom huwa ogħla mill-medja tal-Maltin. Is-sehem tal-ħaddiema barranin huwa partikolarment għoli (39,9 %) fis-settur tal-arti, id-divertiment u rikreazzjoni (inkluż il-logħob tal-azzard) u fis-settur tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (32,1 %). Il-barranin fl-età ta’ bejn 25 u 54 huma rrappreżentati fil-livelli kollha ta’ ħiliet. Kważi nofs il-barranin għandhom kwalifiki għoljin (47,1 % taċ-ċittadini tal-UE u 45,6 % taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi), meta mqabblin ma’ 26,9 % tal-ħaddiema Maltin. Dawn spiss jiġu impjegati f’okkupazzjonijiet taħt il-livell ta’ ħiliet tagħhom (41 % tal-ħaddiema mwielda f’pajjiżi terzi fl-2018, meta mqabbla ma’ 13 % ta’ dawk imwielda Malta (Eurostat, Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol). Malta tattira wkoll ħaddiema barranin għal impjiegi b’livell medju jew baxx ta’ ħiliet. Żviluppat ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi terzi speċifiċi biex tlaħħaq mad-domanda li qed tikber f’setturi speċifiċi.

Il-ħaddiema barranin għandhom ħabta ma jibqgħux Malta. It-tul medju tas-soġġorn tagħhom huwa ta’ 3,5 snin, li relattivament ma nbidilx mill-2012 (Borg, 2019). Minħabba li ma jdumux fil-pajjiż, huwa probabbli li jkollhom integrazzjoni soċjali baxxa. Madankollu, Malta għadha ma adottatx inċentivi biex iżżomm il-ħaddiema barranin, pereżempju billi tiffaċilita l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom permezz tal-mobilità tal-forza tax-xogħol u opportunitajiet biex itejbu l-ħiliet tagħhom jew il-kwalità tal-impjiegi, u aċċess aħjar għas-servizzi.

Minkejja titjib sinifikanti, ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol għadha inqas minn tal-irġiel. Malta implimentat bosta inizjattivi ta’ politika mmirati li jattiraw aktar nisa għas-suq tax-xogħol, pereżempju: inċentivi fiskali biex imorru lura x-xogħol; arranġamenti ġodda għat-taxxa fuq id-dħul; żidiet fil-liv tal-maternità u tal-adozzjoni; krediti tat-taxxa għal min jaħdem għal rasu; u eżenzjonijiet mill-ittestjar tal-mezzi għad-dħul maqlugħ minn nisa li jaħdmu part-time. Minkejja dawn l-isforzi, għad hemm diskrepanza kbira fl-attività fis-suq tax-xogħol bejn in-nisa bejn 15 u 64 sena, li minnhom 64 % huma attivi, u l-irġiel, li minnhom 85 % huma attivi. Din id-disparità bejn is-sessi ta’ 21,9 pp hija wkoll waħda mill-ogħla fl-UE. Ir-rata ta’ impjieg ta’ nisa żgħażagħ żdiedet b’mod sinifikanti fl-aħħar snin (żieda ta’ 15,5 pp bejn l-2008 u l-2018 għan-nisa bejn il-25 u d-29 sena, u 18,2 pp għal dawk bejn it-30 u l-34 sena), iffaċilitata mill-iskema ta’ kura tat-tfal b’xejn u l-istrateġija “nagħmlu x-xogħol irodd” (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b). Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu ta’ tħassib f’Malta, u r-rata ta’ impjieg tan-nisa xorta tonqos wara l-età ta’ 40 sena (Graff 3.3.2). Mara minn kull ħamsa bejn l-età ta’ 46 u 55 sena tipprovdi servizzi ta’ kura bla ħlas, u r-rata ta’ impjieg ta’ dawk li jagħtu kura informali f’dan il-grupp ta’ età hija taħt il-50 % ( 33 ). Aktar appoġġ mis-suq tax-xogħol għal dawk li jagħtu l-kura informali, sew minn barra l-forza tax-xogħol jew il-qiegħda, jista’ jkompli jappoġġa d-disparità bejn il-ġeneri fl-impjiegi.

Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hija taħt il-medja tal-UE, iżda qed titwessa’ ftit. Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa kienet ta’ 12,2 %, bħala perċentwal tad-dħul gross medju fis-siegħa tal-irġiel fl-2017. Dan parzjalment huwa minħabba li n-nisa huma aktar probabbli li: (i) jieħdu sehem fis-suq tax-xogħol fuq bażi part-time (fl-2018, kienu biss 6,5 % tal-irġiel li ħadmu part-time, meta mqabbla ma’ 23,0 % tan-nisa); (ii) jokkupaw pożizzjonijiet b’ħiliet medji u baxxi; u (iii) jokkupaw anqas pożizzjonijiet maniġerjali (l-irġiel fl-2018 kienu jokkupaw 70 % tal-pożizzjonijiet maniġerjali). Minkejja li d-diskrepanza fil-pensjoni bejn l-irġiel u n-nisa qed titjieb ( 34 ), xorta, b’46 %, għadha waħda mill-ogħla fl-UE.

Graff 3.3.2:Rati ta’ impjieg tan-nisa skont il-koorti tal-età

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Ir-rata ta’ impjieg ta’ nies b’diżabilità għadha baxxa. Ir-rata ta’ impjieg ta’ nies b’diżabilità f’Malta (37 % fl-2017) żdiedet bi 8 pp f’sena, u tul 10 snin aktar milli rduppjat, iżda xorta għadha waħda mill-aktar baxxi fl-UE (medja tal-UE: 51%). Ir-rata ta’ attività tan-nies b’diżabilità wkoll hija baxxa ħafna. L-eżiti tas-suq tax-xogħol dgħajfa tan-nies b’diżabilità tista’ tiġi spjegata minn livell baxx ta’ kwalifika u kisbiet edukattivi (minkejja titjib reċenti) flimkien ma’ nuqqas ta’ aċċessibbiltà jew akkomodament raġonevoli fil-post tax-xogħol. Il-miżuri attwali biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni jinkludu kwota li teħtieġ li f’kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 20 impjegat mill-inqas 2 % tal-ħaddiema jkunu nies b’diżabilità, kif ukoll skemi li jappoġġaw it-tranżizzjoni ta’ nies b’diżabilità mill-qgħad għal impjieg (inklużi sussidji lill-impjegaturi u eżenzjonijiet mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali). Inizjattivi oħrajn jinkludu t-taħriġ ta’ qabel l-impjieg, ikkowċjar għall-impjiegi, u taħriġ għal impjieg protett (ANED, 2018).

Malta għandha għadd kbir ta’ speċjalisti u gradwati fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), iżda xorta fadal nuqqasijiet fl-ICT. Malta hija fuq quddiem fl-UE fit-taħriġ tal-ispeċjalisti tal-ICT (7,9 % tal-gradwati kollha) u jirrappreżentaw sehem relattivament għoli mill-forza tax-xogħol (4,8 % meta mqabbel ma’ 3,9 % fl-UE). Madankollu, fadal spariġġi. Fl-2019, 67,3 % tal-impriżi li ppruvaw iqabbdu speċjalisti tal-ICT kellhom diffikultajiet jirreklutaw impjegati bil-ħiliet xierqa. Filwaqt li s-sehem ta’ speċjalisti tal-ICT nisa huwa kemxejn ogħla mill-medja tal-UE, huwa importanti li jkompli jiżdied is-sehem tan-nisa f’dan is-settur, minħabba l-konċentrazzjoni tal-pajjiż fuq is-settur tal-ICT. Ittieħdu passi biex jindirizzaw l-ispariġġ fil-ħiliet u d-disparità bejn is-sessi fis-settur diġitali bil-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha. L-istrateġija ta’ Malta għall-intelliġenza artifiċjali tippromwovi t-taħriġ, inkluż programm speċifiku ta’ taħriġ mill-ġdid biex jgħin lill-ħaddiema vulnerabbli jiksbu ħiliet diġitali.

Is-sistema ta’ negozjar kollettiv taħdem tajjeb, u l-involviment tal-imsieħba soċjali fit-tfassil ta’ politika għadu frekwenti u sinifikattiv. Eżempji ta’ djalogu soċjali li qed jaħdem tajjeb jinkludu d-diskussjonijiet dwar il-paga minima jew ir-riformi tal-pensjonijiet. Madankollu l-kapaċità teknika tal-imsieħba soċjali xorta fadlilha fejn tittejjeb, u d-densità tas-sħubija fit-trade unions (38 % tal-ħaddiema kienu membri tat-trade unions fl-2018, Eurofound ( 35 )) mhijiex tlaħħaq maż-żieda fl-impjiegi. Dan huwa parzjalment riflessjoni tar-rati ta’ sħubija baxxi fit-trade unions tal-ħaddiema barranin, li jirrappreżentaw sehem li qed jikber tal-forza tax-xogħol.

Ix-xogħol mhux iddikjarat huwa problema, iżda hemm nuqqas ta’ definizzjoni ta’ dan il-fenomenu u ma hemmx mekkaniżmu ta’ monitoraġġ xieraq. Fl-2018, l-Uffiċċju tal-Istatistika Nazzjonali stima li l-ekonomija mhux osservata kienet tikkostitwixxi 2,9 % tal-PDG Malti. Reċentement Malta żiedet l-għadd ta’ spezzjonijiet u penali għall-impjegaturi li ma jimxux mar-rekwiżiti tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali. Ir-rati tat-taxxi fuq id-dħul ukoll naqsu biex iħeġġu n-nies ikunu impjegati formalment. L-introduzzjoni ta’ payslips dettaljati fl-2019 kellha l-mira li tnaqqas il-frodi u l-abbuż, b’mod partikolari għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Madankollu, il-koordinazzjoni bejn il-korpi ewlenin responsabbli biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat għadha problema.

3.3.2.L-edukazzjoni u l-ħiliet

Perċentwal kbir ta’ studenti m’għandhomx livell adegwat ta’ ħiliet bażiċi. L-aħħar riżultati tal-Programm tal-OECD għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) 2018 juru li, fit-tliet suġġetti ttestjati, il-prestazzjoni medja ta’ Malta hija anqas mill-medja tal-UE ( 36 ). Dawn ir-riżultati juru wkoll li l-proporzjon ta’ studenti bi prestazzjoni baxxa huwa ogħla mill-medja tal-UE u baqa’ prattikament l-istess mill-2015 ’il hawn ( 37 ) (OECD, 2019a; il-Kummissjoni Ewropea, 2019h). Il-prestazzjoni baxxa hija prevalenti fid-distribuzzjoni soċjoekonomika kollha. Dan jissuġġerixxi li fatturi edukattivi bħall-kurrikuli, il-prattiki ta’ valutazzjoni tal-istudenti, u l-kwalità tat-tagħlim huma wkoll fatturi determinanti importanti għar-riżultati ħżiena tal-istudenti. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-kurrikulu u r-riforma tal-valutazzjoni tal-istudenti huma kruċjali f’dan il-kuntest.

L-isfond soċjoekonomiku u t-tip ta’ skola jinfluwenzaw ir-riżultati tal-istudenti b’mod sostanzjali. PISA 2018 juri wkoll li l-prestazzjoni baxxa hija mifruxa ħafna fost l-istudenti żvantaġġati. Madwar 51 % tal-istudenti mill-kwartil soċjoekonomiku tal-qiegħ ma kisbux il-livell minimu ta’ ħiliet fil-qari (meta mqabbel ma’ 34,8 % fil-livell tal-UE). Dan huwa aktar mid-doppju tar-rata ta’ prestazzjoni baxxa fil-kwartil ta’ fuq — avolja r-rata ta’ prestazzjoni baxxa fil-kwartil ta’ fuq hija għolja anki skont l-istandards internazzjonali (24,3 % meta mqabbla mal-medja tal-UE għal dan il-kwartil ta’ fuq ta’ 9,3 %). Id-differenza bejn il-kwartil ta’ fuq u l-kwartil tal-qiegħ fil-punteġġ medju tal-qari naqset bi 17-il punt mill-2009, li jissuġġerixxi li l-ekwità tjiebet, iżda dan it-titjib għadu mhux biżżejjed. Il-prestazzjoni għadha relatata b’mod sostanzjali mat-tip ta’ skola li jattendi l-istudent, bl-istudenti tal-iskejjel privati jkollhom l-aqwa prestazzjoni (dawn għandhom punteġġ medju ta’ 516) meta mqabbla mal-pari fi skejjel tal-knisja (punteġġ ta’ 473) u skejjel pubbliċi (punteġġ ta’ 419) (Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi, 2019). Dan jissuġġerixxi frammentazzjoni persistenti tas-sistema edukattiva, fejn tfal li ġejjin minn familji soċjalment żvantaġġati, inkluż uħud minn dawk bi sfond ta’ migrazzjoni, ma għandhomx aċċess għall-iskejjel bl-aħjar prestazzjoni.

L-investiment relattivament għoli fis-sistema edukattiva mhux qed iwassal għal titjib fir-riżultati fl-edukazzjoni. Fl-2017, Malta nefqet 4,9 % tal-PDG tagħha (vs 4,6 % tal-PDG fil-livell tal-UE) u 13,9 % tan-nefqa pubblika totali tagħha (vs 10,2 % fil-livell tal-UE) fuq l-edukazzjoni. Il-livelli komparattivament għoljin tal-investiment, ir-rati għoljin ta’ prestazzjoni baxxa fil-ħiliet bażiċi, u s-sehem kbir ta’ studenti li ma jibqgħux jistudjaw jissuġġerixxu li hemm bżonn ta’ allokazzjoni tar-riżorsi aktar effettiva u effiċjenti. Dawn jissuġġerixxu wkoll li hemm bżonn ta’ strateġiji komprensivi fit-tul biex jindirizzaw l-isfida tal-ħiliet u li jakkomodaw għal popolazzjoni ta’ studenti li qed tikber u li hija aktar varjata.

Id-diffikultajiet fir-reklutaġġ u fiż-żamma tal-għalliema jistgħu jaffettwaw il-kwalità tat-tagħlim u r-riżultati tal-istudenti. In-nuqqas ta’ għalliema għandu tendenza li jkun problema rikorrenti. Il-progressjoni limitata tas-salarji matul il-karriera u nuqqas ta’ evalwazzjoni u feedback fuq il-prestazzjoni (il-Kummissjoni Ewropea/EACEA/Eurydice, 2019; il-Kummissjoni Ewropea 2019c) jistgħu jagħmluha aktar diffiċli biex jiġu attirati u miżmuma l-aħjar kandidati fil-professjoni. Jista’ jkun aktar diffiċli minħabba d-domanda għolja għal ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati fis-settur privat. It-tibdil kontinwu jista’ wkoll ikollu effetti negattivi fuq il-kollaborazzjoni tal-għalliema u r-riżultati tal-istudenti (OECD, 2019c). Dan jenfasizza l-ħtieġa li l-professjoni ssir aktar attraenti, u li jittieħdu miżuri li jmorru lil hinn mit-titjib tal-edukazzjoni tal-għalliema u l-aċċess tagħhom għal żvilupp professjonali kontinwu.

Bħalissa qed isiru sforzi biex l-edukazzjoni ssir aktar inklużiva iżda għad hemm xi sfidi. Bejn l-2014 u l-2017, l-għadd ta’ studenti mwielda barra l-pajjiż fl-età ta’ taħt il-15-il sena żdied b’67 %. F’xi skejjel, hemm aktar minn 50 nazzjonalità rappreżentati fost l-istudenti, u dan għandu impatt fuq l-ambjent tax-xogħol għall-għalliema (OECD, 2019c). Skont l-Istħarriġ Internazzjonali tat-Tagħlim u l-Apprendiment tal-OECD tal-2018 (TALIS), 20,4 % (vs 13,4 % fil-livell tal-UE) tal-għalliema jirrapportaw bżonn kbir ta’ taħriġ dwar kif jgħallmu f’ambjent multikulturali. Fl-2019, Malta adottat pjan strateġiku dwar l-edukazzjoni inklużiva fl-iskejjel. Hija għandha l-għan li tiggwida lill-iskejjel pubbliċi dwar kif jadattaw approċċi pedagoġiċi u jfasslu l-prattiki tagħhom mill-ġdid biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni ta’ studenti aktar varjata. Ġew stabbiliti programmi ta’ induzzjoni għal studenti li jkunu għadhom kif waslu li għadhom ma jistgħux jikkommunikaw bil-Malti jew bl-Ingliż. Dan jista’ jgħin biex titnaqqas id-differenza medja fil-prestazzjoni tal-qari bejn studenti barranin li jitkellmu l-Ingliż id-dar u dawk li ma jitkellmux Ingliż id-dar (fl-2018 kien hemm differenza fil-punteġġ PISA ta’ 63 punt). Għalkemm il-pjan intlaqa’ tajjeb, l-operazzjoni ta’ sistema ċentrali ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni tgħin ukoll biex tiġi żgurata implimentazzjoni ta’ politika aktar konsistenti u bbażata fuq l-evidenza bejn skola u oħra u fl-iskejjel infushom.

Il-parteċipazzjoni fl-indukrar tat-tfal għadha bejn wieħed u ieħor daqs il-medja tal-UE għal tfal ta’ età anqas minn tliet snin. L-iskema ta’ indukrar tat-tfal b’xejn għenet biex is-sehem ta’ tfal ta’ anqas mill-età ta’ tliet snin f’indukrar formali tat-tfal, jiġi rdoppjat minn 18 % fl-2015 għal 36,6 % fl-2017, kemxejn ogħla mill-medja tal-UE. Id-data tal-EU-SILC tindika tnaqqis għal 32,1 % fl-2018, għalkemm skont id-data amministrattiva hija rreġistrata żieda ulterjuri fl-għadd ta’ tfal irreġistrati fl-iskema. Iċ-ċentri għall-indukrar tat-tfal joffru postijiet għal tfal ta’ familji bi dħul baxx li mhumiex eliġibbli għall-iskema tal-indukrar tat-tfal b’xejn, li hija mmirata biss lejn il-ġenituri li jaħdmu jew jistudjaw. Madankollu, il-parteċipazzjoni fl-indukrar tat-tfal ta’ familji bi dħul baxx għadha baxxa, anki jekk dawn it-tfal jistgħu jibbenefikaw l-aktar mill-impatt pożittiv fit-tul ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal għal tfal ta’ erba’ snin fl-2017 kienet kważi universali (96,5 % mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 95,4 %).

It-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal għadu sfida. Il-gvern ilu minn Marzu 2019 jaħdem fuq politika nazzjonali ġdida għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, u qed jagħmel rieżami ta’ standards nazzjonali għall-grupp tal-età bejn 0 u tliet snin. Il-mira li l-gruppi kollha tat-tfal għandhom ikunu sorveljati minn tal-anqas membru wieħed tal-persunal bi kwalifika terzjarja għadha ma ntlaħqitx.

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola jibqa’ prijorità. Għalkemm is-sehem ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ fl-età bejn it-18-il sena u l-24 sena naqas mill-2010, dan għadu ogħla b’mod sinifikanti mill-medja tal-UE (17,4 % imqabbel ma’ 10,6 % fl-2018), u baqa’ kważi l-istess mill-2017. L-assenteiżmu mill-iskola sekondarja wkoll naqas b’mod sinifikanti, minn 30 % fl-2012/2013 għal 21,6 % fl-2016/2017. Abbażi tal-appoġġ li rċeviet permezz tal-Kummissjoni Ewropea, Malta qed taħdem biex ittejjeb il-mod kif tidentifika l-istudenti li jinsabu f’riskju u qed tintroduċi jew tintegra miżuri ta’ intervent. L-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell il-ġdida għandha l-għan li tkompli tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola billi tħalli lill-istudenti jikkombinaw suġġetti ġenerali, vokazzjonali u applikati, apparti l-kurrikulu ewlieni.

Malta żviluppat diversi inizjattivi għall-promozzjoni tal-ksib tal-ħiliet diġitali. Iż-żgħażagħ (fl-età ta’ bejn is-16 u d-19-il sena) irrapportaw li għandhom livell ogħla ta’ ħiliet diġitali mill-medja tal-UE (74 % mqabbel ma’ 57 %) fl-2017. Is-sehem tal-iskejjel Maltin bi provvista kbira ta’ tagħmir diġitali huwa ogħla mill-medji tal-UE fil-livell primarju (82 % mqabbel ma’ 35 % fil-livell tal-UE) u fl-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell (54 % mqabbel ma’ 52 %). Bħalissa għaddejjin miżuri biex jgħinu lill-għalliema jintegraw it-teknoloġiji diġitali fit-tagħlim tagħhom biex itejbu r-riżultati tal-istudenti. Madankollu, ma hemm l-ebda monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tal-politiki ta’ edukazzjoni diġitali, u dan joħloq ir-riskju li t-teknoloġiji mhux se jintużaw b’mod effettiv. L-eSkills Malta Foundation bdiet verifika tal-ħiliet tal-ICT biex tiġbor data dwar il-ħiliet meħtieġa għall-industrija tal-ICT. Dan jista’ jgħin biex ikompli jaġġorna l-kurrikulu tal-edukazzjoni u l-prattiki tat-tagħlim.

Ix-xejriet demografiċi jenfasizzaw il-bżonn ta’ strateġiji fit-tul għal investiment fl-edukazzjoni. Il-popolazzjoni tal-iskejjel primarji żdiedet b’6,4 % bejn l-2013 u l-2016, u l-popolazzjoni tal-istudenti (bejn ħames (5) snin u 16-il sena) hija mistennija tiżdied bi 12,7 % bejn l-2019 u l-2025, skont il-projezzjonijiet tal-linja bażi tal-Eurostat. Dan se jkollu impatt kbir fuq id-domanda għall-għalliema u l-infrastruttura tal-edukazzjoni. Dan l-aħħar, l-awtoritajiet lokali bnew skejjel ġodda jew estendew l-iskejjel eżistenti (inkluż bi klassijiet prefabbrikati). Madankollu, minħabba dawn ix-xejriet demografiċi, il-pressjoni fuq l-infrastruttura tal-iskola hija mistennija tippersisti matul is-snin li ġejjin.

L-għadd ta’ parteċipanti ġodda fl-edukazzjoni terzjarja dejjem qed jiżdied. Mill-2013 sal-2017, l-għadd ta’ parteċipanti ġodda fl-edukazzjoni terzjarja żdied bi 23,3 %, li jirrifletti l-fatturi demografiċi u l-miżuri li jiffaċilitaw l-aċċess. Il-proporzjon ta’ persuni bejn 30 sena u 34 sena li għandhom kwalifiki ta’ livell terzjarju żdied ukoll (12,6 pp mill-2010). Din ix-xejra pożittiva tista’ tgħin biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet fil-futur. Madankollu, dan il-proporzjon għadu anqas mill-medja tal-UE (34,7 % mqabbel ma’ medja tal-UE ta’ 40,7 %) minkejja li laħaq il-mira nazzjonali ta’ 33 %. Minkejja li għandha l-ogħla rata ta’ impjieg fl-UE għal gradwati terzjarji reċenti (96,7 % imqabbla ma’ 85,5 % għall-UE), il-ħiliet tal-gradwati terzjarji f’Malta ma jaqblux biżżejjed mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (EY, 2019). L-iżvilupp ta’ sistema ta’ traċċar tal-gradwati jista’ jgħin biex titjieb il-kwalità tal-programmi terzjarji u biex jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-ħiliet.

Minkejja l-impjegabbiltà għolja tal-gradwati tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), l-użu tal-ETV għadu baxx. Ir-rata ta’ impjieg ta’ gradwati tal-ETV f’Malta hija ferm ogħla mill-medja tal-UE (91 % imqabbla ma’ 79,5 % UE fl-2018). Is-sehem ta’ studenti tal-edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) irreġistrati fl-ETV naqas bi ftit minn 28,8 % fl-2017 għal 27,1 % fl-2018, u għadu ferm taħt il-medja tal-UE ta’ 48 %. In-nefqa fuq l-ETV żdiedet b’76% bejn l-2016 u l-2018 (Caruana, 2018). It-teħid ġenerali tas-suġġetti tal-ETV fl-iskejjel sekondarji żdied minn 23% fl-2016 għal 55 % fl-2019. Din iż-żieda sostanzjali fil-livell sekondarju mistennija tkun riflessa f’teħid akbar tal-ETV fil-livelli tal-ETV ulterjuri u f’dawk aktar għoljin fis-snin li ġejjin.

Malta ħadet passi biex ittejjeb ir-rilevanza tal-ETV inizjali għas-suq tax-xogħol. Fl-2017, bħala medja, 32 % tal-istudenti tal-ETV inizjali tal-edukazzjoni sekondarja għolja segwew programmi bbażati fuq ix-xogħol, rata ferm ogħla mill-medja tal-UE ta’ 27 %. L-għadd ta’ apprendistati organizzati mill-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) żdied għal 950 fis-sena akkademika 2019-2020, 130 aktar mis-sena ta’ qabel. Aktar minn 90 % tal-istudenti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi qed jibbenefikaw minn apprendistati permezz tal-VET fis-settur tat-Turiżmu u tal-Ospitalità. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta’ sħubija man-negozju ġew estiżi għall-istudenti wara perkors ta’ tagħlim applikat. Fl-2019, l-MCAST żied sitt apprendistati ġodda fil-livell 6 ta’ baċellerat, li jippermettu lill-istudenti jiksbu kwalifika rikonoxxuta filwaqt li jiksbu esperjenza ta’ xogħol. Barra minn hekk, hemm proġett kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew li joffri mentoraġġ għal-lekċerers tal-MCAST u għall-persunal involut fil-programmi ta’ apprendistat. Se jiġi adottat qafas għall-assigurazzjoni tal-kwalità għal tagħlim abbażi tax-xogħol, skont l-istandard tal-Kummissjoni Ewropea għal apprendistati ta’ kwalità għolja.

Is-sistemi tal-immappjar tal-ħiliet u tal-antiċipazzjoni tal-ħiliet għadhom frammentati, iżda bħalissa hemm diversi inizjattivi, inkluż fil-qasam tal-impjiegi ekoloġiċi. Malta kkollaborat mas-Cedefop u mal-Akkademja Slovakka tax-Xjenzi biex tiżviluppa sistema nazzjonali ta’ tbassir tal-ħiliet. Qed isir xi rfinar finali fil-mudell aġġornat tat-tbassir tal-ħiliet. L-implimentazzjoni tiegħu hija ppjanata għall-ewwel tliet xhur tal-2020. In-National Skills Council poġġa l-ħiliet ekoloġiċi fost il-prijoritajiet tiegħu, u qed jippjana verifika tal-ħiliet għall-2020. B’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, sa tmiem l-2020, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima se jniedi studju dwar l-impjiegi ekoloġiċi. L-istudju se jivvaluta l-potenzjal tal-ekonomija biex jiġu ġġenerati impjiegi ekoloġiċi u jiġu mmappjati s-setturi li jikkontribwixxu l-aktar għat-tranżizzjoni ekoloġika.

3.3.3.Politika Soċjali

L-indikaturi ewlenin tal-faqar u l-esklużjoni soċjali juru prestazzjoni tajba iżda jaħbu d-differenzi bejn il-gruppi soċjali. Ir-rata ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali f’Malta (19 %) hija anqas mill-medja tal-UE (21,9 %) u ilha tonqos b’mod kostanti f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, minkejja l-miżuri bil-għan li jillimitaw il-ħin li l-ħaddiema jqattgħu bil-paga minima għal sena, u dawk li jappoġġjaw ħaddiema b’paga baxxa, il-proporzjon ta’ persuni f’riskju ta’ faqar fost dawk li jaħdmu (6,4 %) qed jiżdied, għalkemm dawn il-proporzjonijiet għadu anqas mill-medja tal-UE. Il-polarizzazzjoni tal-pagi tista’ tispjega x-xejra fil-faqar fost dawk li jaħdmu: il-pagi tal-ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet qed jiżdiedu b’rata aktar mgħaġġla minn dawk ta’ ħaddiema b’ħiliet baxxi jew medji. Fil-fatt, fl-2019 is-salarju bażiku medju ta’ persuni li jokkupaw pożizzjoni bażika kien anqas minn nofs is-salarju bażiku ta’ persuni f’impjiegi maniġerjali. Il-pagi ta’ okkupazzjonijiet b’livell għoli ta’ ħiliet żdiedu bid-doppju meta mqabbla ma’ dawk f’okkupazzjonijiet b’livell baxx ta’ ħiliet bejn l-2014 u l-2019, minħabba li Malta tispeċjalizza f’setturi b’valur miżjud ogħla.

Il-benefiċċji soċjali naqqsu l-inċidenza tal-faqar f’Malta bi ftit anqas mill-medja tal-UE. Fl-2018, it-trasferimenti soċjali (esklużi l-pensjonijiet) naqqsu r-riskju tal-faqar b’30,6 % (33,2 % fl-UE). B’mod partikolari, il-mard, id-diżabbiltà, u l-benefiċċji tal-inklużjoni soċjali għandhom impatt kbir fuq ir-rata tar-riskju tal-faqar. L-adegwatezza tal-benefiċċji tad-dħul minimu f’Malta hija għolja. B’mod ġenerali, il-benefiċċji jżidu d-dħul tal-benefiċjarji b’mod sinifikanti, u b’hekk inaqqsu b’mod sostanzjali d-distakk tal-faqar u jqarrbu diversi familji lejn is-soll tal-faqar. Il-bidliet fil-politika tal-benefiċċji tat-taxxa li ġew introdotti mill-2008 ’l hawn ipproteġew b’mod partikolari l-gruppi bi dħul aktar baxx: id-dħul nett tal-anqas deċili żdied bi kważi 4 % bejn l-2008 u l-2018 (imqabbel ma’ anqas minn 1 % għad-deċili l-oħrajn). Minkejja dan, l-effett tal-benefiċċji tal-familja fuq l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar huwa wieħed mill-aktar baxxi fl-UE.

Malta naqqset xi distakki formali fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali. Fl-2019, Malta estendiet l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom. L-aċċess huwa bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet lis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi u r-reġistrazzjoni f’dan is-servizz. It-trainees, l-apprendisti u l-ħaddiema barranin huma wkoll koperti mill-istess kriterji.

Il-faqar fost it-tfal qed jonqos, iżda tfal b’ġenituri b’livell baxx ta’ ħiliet jew b’ġenituri barranin huma f’riskju akbar tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. Is-sehem ta’ tfal fl-età bejn 0 u 17-il sena fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali naqas għal 22,8 % fl-2018, li huwa anqas mill-medja tal-UE ta’ 24,3 % (ara l-Graff 3.3.3). Fl-2018, it-tfal li jiffaċċjaw l-ogħla riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali kienu dawk li l-ġenituri tagħhom kienu waħedhom (51 %), b’livell baxx ta’ ħiliet (40 %) jew imwielda barra l-pajjiż (33,5 % ta’ dawk it-tfal huma fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali mqabbel ma’ 20,2 % tat-tfal imwielda Malta). L-aċċess inugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità, inkluż għall-edukazzjoni u għall-indukrar bikrin, jista’ jkompli jaffettwa l-ugwaljanza tal-opportunitajiet għal dawk it-tfal (ara t-Taqsima 3.3.2). Ir-rata tal-faqar tal-familji kbar naqset, x’aktarx grazzi għaż-żieda fil-benefiċċji għat-tfal: minn Jannar 2019, il-familji bi dħul gross ta’ anqas minn EUR 20,000 rċevew żieda massima f’benefiċċji għat-tfal ta’ EUR 96 fis-sena għal kull tifel u tifla.

Graff 3.3.3:Ir-rata ta’ dawk fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE), gruppi tal-età

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Il-persuni b’diżabbiltà għadhom f’riskju ogħla ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali. Fl-2018, 30 % ta’ nies b’diżabbiltà severa jew b’xi diżabbiltà kienu f’riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali, imqabbla ma’ 17 % għal persuni mingħajr diżabbiltà. Il-miżuri ta’ appoġġ li ġew imħabbra fil-Baġit għall-2020 jinkludu t-titjib fil-pensjonijiet tad-diżabbiltà u tal-invalidità, l-għotja għax-xiri ta’ tagħmir speċjali, il-linja għall-għajnuna (helpline) apposta u t-taħriġ għall-impjegati fis-settur tad-diżabbiltà.”

F’Malta, il-persuni li għandhom 65 sena jew aktar qegħdin f’riskju kemxejn akbar ta’ faqar milli dawk li jinsabu fl-UE. Għal persuna mhux miżżewġa fl-età ta’ 65 sena jew akbar fl-età, ir-rata tar-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali hija ta’ 30,2 % (UE: 28,1 %). Għal unitajiet domestiċi magħmula minn żewġ adulti fejn mill-anqas wieħed minnhom ikollu aktar minn 65 sena, ir-rata hija ta’ 28,2 % (UE: 15,7 %). Minbarra r-riforma li għandha l-għan li tillimita l-irtirar bikri u żżid it-tul tal-ħajja tax-xogħol imwettqa f’dawn l-aħħar snin, il-gvern ħa miżuri biex iżid l-adegwatezza tal-pensjonijiet fl-2019 (indennizz addizzjonali ta’ EUR 4,50 kull ġimgħa għall-pensjonanti kollha, inkluż l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja). Fl-2019, ġie miżjud ukoll il-limitu massimu abbażi ta’ liema d-dħul mill-pensjonijiet huwa eżentat mit-taxxa fuq id-dħul. Minkejja dawn il-miżuri, l-adegwatezza tal-pensjonijiet għadha problema f’Malta, speċjalment għan-nisa u għall-ħaddiema b’karrieri mhux kompluti (mill-2014, qed jingħata bonus lil dawk li m’għandhomx biżżejjed kontribuzzjonijiet soċjali biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima). It-tixjiħ jippreżenta wkoll sfidi għall-kura fit-tul u għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. F’dawn l-aħħar snin, Malta introduċiet diversi servizzi biex tappoġġa lil min jagħti kura informali u lil adulti li huma akbar fl-età li jixtiequ jkomplu jgħixu fi djarhom minflok ma jirċievu kura residenzjali. Dawn is-servizzi jinkludu l-assistenza funzjonali, l-edukazzjoni, l-appoġġ psikoloġiku u l-kura temporanja. L-għadd ta’ sodod fl-istituzzjonijiet ġie miżjud ukoll. Madankollu, in-nuqqas ta’ persunal għadu problema (ara t-Taqsima 3.1).

Ir-residenti mwielda barra huma f’riskju akbar ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali, minkejja l-livelli għoljin tagħhom ta’ parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Fl-2018, il-popolazzjoni mwielda barra mill-pajjiż kienet tirrappreżenta 18% tat-total tal-popolazzjoni, u kienet maqsuma kważi b’mod indaqs bejn dawk li twieldu barra l-UE u dawk li twieldu f’pajjiżi oħra tal-UE. Fil-perjodu 2015-2018, Malta ħadet 3,845 deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjonijiet għall-ażil (ekwivalenti għal 4,6 % tal-popolazzjoni barranija totali jew 0,8 % tal-popolazzjoni totali). Persuni mwielda barra mill-UE jiffaċċjaw riskju ferm ogħla ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (28.8 %) minn dawk imwielda f’Malta (17.7 %). Dan huwa minkejja r-rati għolja ta’ impjieg kemm ta’ persuni li twieldu fl-UE kif ukoll ta’ dawk li ma tweldux fl-UE (80,3 %) u minkejja ċ-ċans akbar ta’ persuni li twieldu barra l-pajjiż li jkollhom edukazzjoni terzjarja (42,5 % imqabbel ma’ 22,3 % għal dawk li twieldu fil-pajjiż). Madankollu, meta mqabbla mal-medji tal-UE, id-distakki bejn in-nattivi u dawk li ma tweldux fl-UE huma moderati u mill-2017 ’l hawn bdew jitjiebu. Id-diskrepenza hija akbar għal żgħażagħ barra mill-impjieg, mill-edukazzjoni jew mit-taħriġ (20 % għal dawk li ma tweldux fl-UE vs 7 % għal dawk imwielda fil-pajjiż).

Malta qed tiffaċċja sfidi fl-integrazzjoni ekonomika u soċjali ta’ dawk li twieldu barra l-pajjiż. Persuni li twieldu barra mill-pajjiż jiffaċċjaw diffikultajiet fl-aċċess għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi soċjali (ostakli tal-lingwa u kulturali, nuqqas ta’ informazzjoni, eċċ.). Il-prekarjetà enerġetika u l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli huma dejjem aktar ta’ tħassib għal dan il-grupp. L-istrateġija nazzjonali għall-integrazzjoni adottata fl-2017 tindirizza parzjalment biss l-isfidi ffaċċjati mir-residenti li twieldu barra l-pajjiż, peress li l-miżuri jiffokaw prinċipalment fuq it-tagħlim tal-lingwi mhux obbligatorju u l-gwida tal-orjentament kulturali. Strateġija tal-integrazzjoni ta’ segwitu hija ppjanata għall-2020, bil-għan li tindirizza kwistjonijiet usa’ b’mod aktar integrat.

Il-prekarjetà enerġetika naqset, iżda l-gruppi vulnerabbli huma kemxejn aktar affettwati minn kwistjonijiet ambjentali minn persuni anqas vulnerabbli. Is-sehem ta’ persuni f’riskju ta’ faqar li jsofru minn tniġġis u minn problemi ambjentali oħrajn huwa 0,9 pp. Mill-2017, l-iskema “Eco-Reduction” (tnaqqis ekoloġiku) indirizzat b’suċċess il-prekarjetà enerġetika fil-pajjiż: is-sehem tal-unitajiet domestiċi Maltin li ma jistgħux iżommu darhom sħuna b’mod adegwat naqas minn 24% fl-2013 għal 6% fl-2017. Malta tipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għal familji bi dħul baxx biex jagħmlu d-djar tagħhom aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ara t-Taqsima 3.5). Filwaqt li f’Malta, is-sodisfazzjon bis-servizzi tal-enerġija huwa ogħla mill-medja tal-UE, għad fadal xi kwistjonijiet relatati mas-servizzi tal-kontijiet ( 38 ) li jaffettwaw partikolarment lill-familji bi dħul baxx.

Ittieħdu passi biex jiżdied l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali, iżda m’hemmx strateġija globali li tindirizza l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni. Biex tiġi indirizzata d-domanda li qed tiżdied għall-akkomodazzjoni, li tirriżulta mix-xejriet soċjodemografiċi (ara l-kaxxa b’analiżi fil-fond), fl-2019 l-awtoritajiet ħabbru li se jipprovdu 1,700 unità ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdida fis-snin li ġejjin. Il-fenomenu tal-persuni mingħajr dar fis-sens ta’ dawk li jgħixu fit-triq f’Malta huwa rari, iżda t-tensjonijiet fis-suq tad-djar aggravaw il-problemi relatati mal-aċċess għall-akkomodazzjoni. Barra minn hekk, Malta nieqsa minn: (i) definizzjoni formali tal-kundizzjoni ta’ persuna mingħajr dar u tal-esklużjoni mill-akkomodazzjoni; u (ii) strateġija globali li tiġġieled kontra l-problema ta’ persuni mingħajr dar u l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni.

Kaxxa 3.3.2: Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni fid-dawl tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu l-għan li jippromwovi konverġenza ’l fuq lejn kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol u tal-għajxien fl-Unjoni Ewropea. Jistabbilixxi 20 prinċipju u dritt essenzjali fl-oqsma tal-: opportunitajiet indaqs u tal-aċċess għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; u protezzjoni u inklużjoni soċjali.

Malta għandha prestazzjoni relattivament tajba fir-rigward tal-indikaturi mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, li fuqha jistrieħ il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, minkejja l-isfidi li għad fadal. L-espansjoni ekonomika qawwija fis-snin riċenti kkontribwiet għal waħda mill-ogħla rati ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-UE u għal tnaqqis fir-rati ta’ qgħad ġenerali u fit-tul. Kemm l-inugwaljanza fid-dħul kif ukoll fil-ġid stabbillizzaw f’livelli moderati. Madankollu, xi gruppi tal-popolazzjoni jinsabu f’riskju ta’ faqar li huwa ogħla mill-medja, b’mod partikolari: (i) it-tfal ta’ ġenituri waħedhom, bi dħul baxx jew barranin; (ii) il-persuni anzjani; (iii) il-persuni b’diżabbiltà; u (iv) l-ħaddiema migranti. L-ugwaljanza tal-opportunitajiet tippreżenta sfidi, peress li f’Malta hemm taħlita ta’ rata ta’ tluq bikri mill-iskola u sehem ta’ dawk b’livell baxx ta’ ħiliet bażiċi li huma fost l-ogħla fl-UE. Ir-riżultati edukattivi jvarjaw ħafna wkoll skont it-tip ta’ skola. Mil-lat pożittiv, il-ħiliet diġitali fost il-popolazzjoni huma mifruxa, u l-għadd ta’ persuni b’livell ta’ ħiliet diġitali ogħla minn dak bażiku huwa ogħla mill-medja tal-UE. Il-ħtiġijiet mhux issodisfati għall-kura medika huma baxxi, bi ftit varjazzjoni bejn il-gruppi ta’ dħul. Il-listi ta’ stennija twal għall-kura inpatient tnaqqsu b’suċċess, iżda dawn għadhom jirrappreżentaw problema sinifikanti għas-servizzi speċjalisti ta’ outpatient.

Ir-rati għoljin ta’ tluq bikri mill-iskola jostakolaw il-koeżjoni soċjali u s-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku. Għalkemm qed tonqos, ir-rata ta’ tluq bikri mill-iskola (17,4 %) għadha waħda mill-ogħla fl-UE (il-medja tal-UE hija 10,6 %). Barra minn hekk, il-livelli ta’ edukazzjoni baxxi jżidu r-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali fil-futur. F’Malta, is-sehem tal-adulti b’ħiliet baxxi huwa għoli, u l-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti u fit-titjib tal-ħiliet huwa limitat.

Il-provvista tal-indukrar tat-tfal b’xejn ikkontribwiet għal żieda sinifikanti fir-rata tal-impjieg tan-nisa żgħażagħ. Bejn l-2014 u l-2018, ir-rata tal-impjieg tan-nisa żgħażagħ żdiedet b’mod sinifikanti (+5 pp għal persuni bejn 20 u 29 sena u +2,1 pp għal persuni bejn 30 u 34 sena), ffaċilitata mill-iskema tal-indukrar tat-tfal b’xejn ipprovduta mis-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi għal ġenituri li jinsabu f’impjieg jew f’edukazzjoni. Is-servizz jistenna li t-teħid tal-iskema se jkompli jiżdied. Madankollu, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol wara l-età ta’ 40 sena għadha qed tonqos, u d-diskrepanza ġenerali fl-impjiegi bejn il-ġeneri (21,9 pp) għadha l-ogħla fl-UE (11,6 pp bħala medja). L-appoġġ għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol lil persuni li jindukraw b’mod informali jista’ jitjieb.

3.4. Il-kompetittività, ir-riformi u l-investimenti

3.4.1.Produttività u Innovazzjoni

L-investiment stabbilizza ruħu f’livelli relattivament għoljin, xprunat mill-kostruzzjoni. Grazzi għal tkabbir ekonomiku pożittiv, l-investiment laħaq l-ogħla livell tiegħu fl-2016 u għadu f’livelli storikament għoljin. B’mod partikolari, l-investiment ġie appoġġjat minn tkabbir kostanti fl-investiment fil-kostruzzjoni (ara l-Graff 3.4.1). Il-kostruzzjoni kkostitwiet kważi 45 % ta’ investiment aggregat fl-2018. Fost komponenti oħrajn tal-investiment, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali esperjenzaw tkabbir sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u jirrappreżentaw 17 % tal-investiment totali fl-2018 (żieda minn 6 % fl-2013).

Graff 3.4.1:Ix-xejriet fl-investiment f’Malta, eskluż il-makkinarju

Sors: AMECO

Il-produttività żdiedet iżda għadha anqas mill-medja tal-UE fil-biċċa l-kbira tas-setturi. L-ekonomija ta’ Malta qed tkun dejjem aktar immexxija mis-servizzi (ara wkoll it-Taqsima 1) u bejn l-2008 u l-2018 rat il-produttività għal kull persuna impjegata tiżdied fis-setturi kollha ( 39 )(ara l-Graff 3.4.2). Barra minn hekk, is-sehem tal-ħaddiema impjegati fis-setturi bi produttività għolja żdied matul l-istess perjodu. Is-servizzi professjonali, id-divertiment u n-negozju rreġistraw l-akbar tkabbir fil-produttività, segwiti mill-agrikoltura, il-kostruzzjoni u s-servizzi finanzjarji. L-akbar produttività hija rreġistrata fis-settur tad-divertiment (fejn il-produttività hija ogħla mill-medja tas-settur tad-divertiment tal-UE), segwita mill-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u mill-attivitajiet finanzjarji (iż-żewġ setturi għandhom livelli ta’ produttività anqas mill-medja tal-UE għal dawn is-setturi). Il-bini huwa s-settur bl-anqas produttività. Madankollu, l-analiżi tal-produttività tiffaċċja limitazzjonijiet sostanzjali fid-data (eż. id-deflaturi tas-settur, is-sigħat maħduma fis-setturi ewlenin tas-servizzi, id-data fil-livell tal-kumpaniji, u l-kontribut tal-attivitajiet barranin). Dan l-aħħar, Malta waqqfet Bord Nazzjonali tal-Produttività, li ppubblika l-ewwel rapport annwali tiegħu f’Novembru 2019 (il-Bord Nazzjonali tal-Produttività, 2019).

Graff 3.4.2:Il-produttività tax-xogħol skont is-settur, 2008-2018

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma l-kontributuri ewlenin għat-tkabbir ekonomiku, l-impjieg u l-produttività. Fl-2018, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ġġeneraw 82 % tal-valur miżjud u 78 % tal-impjiegi. Bejn l-2014 u l-2018, il-valur miżjud tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju żdied bi 58%, li jaqbeż dak ta’ kumpaniji kbar Maltin (fejn il-valur miżjud żdied biss bi 43%). Fl-istess perjodu, it-tkabbir fl-impjieg ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju kien ta’ 19%, li baqa’ lura meta mqabbel maż-żieda ta’ 32 % f’kumpaniji Maltin kbar. Il-produttività annwali tal-intrapriżi Maltin żgħar u ta’ daqs medju ( 40 ) hija ta’ EU 44,300, qrib il-medja tal-UE ta’ EUR 44,600 u ogħla minn dik ta’ kumpaniji Maltin kbar, li l-għadd tagħhom huwa baxx (anqas minn 1 %) minħabba l-limitazzjonijiet ta’ daqs żgħir tas-suq lokali. Il-kumpaniji l-kbar joperaw prinċipalment fl-industrija, fis-servizzi amministrattivi u fit-trasport.

F’xi setturi tas-servizzi, l-intrapriżi mikro u żgħar huma aktar produttivi minn dawk li huma akbar. L-istimi tal-produttività skont is-settur u skont il-klassi tad-daqs ( 41 ) juru li, fl-2016, il-mikrointrapriżi kellhom prestazzjoni aħjar minn negozji akbar fis-servizzi tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni, u amministrattivi, filwaqt li l-intrapriżi żgħar kellhom prestazzjoni aħjar minn negozji akbar fis-setturi tal-bini, tal-proprjetà immobbli u tal-kummerċ, fejn intrapriżi kbar huma kważi assenti. Min-naħa tagħhom, l-intrapriżi kbar marru aħjar minn mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar fis-servizzi professjonali, fl-ikel u fl-akkomodazzjoni (ara l-Graff 3.4.3).

Graff 3.4.3:Il-produttività għal kull persuna impjegata skont is-settur u d-daqs tal-intrapriża, 2016

Sors: Il-kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-data mill-Bank Ċentrali ta’ Malta

L-istrumenti finanzjarji tal-UE jappoġġaw l-investiment strateġiku f’Malta Bejn l-2015 u l-2019, it-total tal-finanzjament taħt il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi f’Malta laħaq EUR 44 miljun, u dan mistenni jwassal EUR 211-il miljun f’investimenti addizzjonali. Madwar EUR 33 miljun ġew allokati għal proġetti ta’ infrastruttura u ta’ innovazzjoni, filwaqt li EUR 11-il miljun kienu mmirati lejn il-finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Innovazzjoni

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol limitat fl-ekonomija. Minkejja ż-żieda fil-prestazzjoni tal-innovazzjoni mill-2011 (il-Kummissjoni Ewropea, 2019d), ir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) għad għandhom rwol limitat fl-ekonomija ta’ Malta, li qed tikber b’rata mgħaġġla. L-investiment ta’ Malta fir-R&Ż, li huwa rilevanti wkoll għall-progress fl-SDG 9, huwa baxx ħafna (ikklassifikat fis-26 post fl-UE) u naqas b’mod sinifikanti mill-2012 (0,55 % tal-PDG fl-2018 meta mqabbel ma’ 0,83 % fl-2012). L-investiment pubbliku fir-R&Ż ilu juri wkoll xejra li qed jonqos mill-2015 u b’hekk Malta tinsab fil-qiegħ tal-klassifikazzjoni tal-UE dwar din il-miżura. Skont l-awtoritajiet Maltin, Malta se titlef il-mira tal-intensità tagħha tar-R&Ż tal-2020 ta’ 2 % tal-PDG.

Il-governanza tar-riċerka u l-innovazzjoni għadha frammentata wisq meta mqabbla mad-daqs żgħir tal-bażi tax-xjenza. Sitt ministeri/korpi governattivi differenti ( 42 ) huma responsabbli għall-politika tar-R&I, filwaqt li r-riċerka pubblika titwettaq prinċipalment minn istituzzjoni waħda (l-Università ta’ Malta). Il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet differenti involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-istrateġija tar-R&I għadhom dgħajfin. L-evalwazzjoni bejn il-pari tal-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki ta’ Orizzont 2020 tas-sistema tar-R&I Maltija indikat il-bżonn ta’ tiġdid maġġuri tal-governanza tal-politika tar-R&I, bil-possibbiltà li istituzzjoni/ministru waħda/wieħed li jipprovdu tmexxija politika (il-Kummissjoni Ewropea, 2019g).

Għalkemm Malta qed tirkupra fir-rigward tal-eċċellenza xjentifika, huwa ta’ tħassib li r-riċerka mhijiex qed tissarraf f’innovazzjoni. Fl-2018, Malta kklassifikat qrib il-medja tal-UE għall-preżenza taċ-ċittadini tagħha f’kopubblikazzjonijiet internazzjonali f’ġurnali akkademiċi. Għalkemm l-Università ta’ Malta tejbet il-prestazzjoni xjentifika tagħha bi speċjalizzazzjoni fix-xjenzi mediċi, l-attività ta’ riċerka tagħha ssofri minn finanzjament nazzjonali limitat għar-R&Ż, għall-iżvilupp teknoloġiku, u għall-kooperazzjoni industrijali. Inċentivi ulterjuri jistgħu jattiraw ukoll riċerkaturi ġodda, billi (i) itejbu l-kundizzjonijiet qafas għal studji ta’ dottorat u impjieg tal-postdottorat; u (ii) iżidu inizjattivi ta’ popolarizzazzjoni bħaċ-ċentru tax-xjenza ta’ ESPLORA. Il-fondi strutturali ġew diretti lejn l-istabbiliment ta’ infrastrutturi ta’ riċerka ġodda (ara l-Kaxxa 2.1). Madankollu, il-konnessjonijiet bejn l-akkademiċi u n-negozji huma sottożviluppati minħabba l-kapaċità baxxa ta’ assorbiment ta’ R&Ż tal-kumpaniji Maltin.

L-attività ta’ innovazzjoni tal-kumpaniji għadha limitata. L-intensità tar-R&Ż tan-negozji kienet ta’ 0,33 % tal-PDG fl-2018 (vs 0,48 % fl-2012), waħda mill-anqas livelli fl-UE. Il-kumpaniji innovattivi f’Malta huma ftit wisq. Il-maġġoranza tal-kumpaniji innovattivi huma proprjetà tal-barranin, li jispjega parzjalment l-adozzjoni baxxa ta’ ħafna mill-iskemi tar-R&I ( 43 ). Il-maġġoranza tal-kumpaniji Maltin huma żgħar ħafna u mhumiex intensivi fir-R&Ż. Madankollu, intrapriżi Maltin żgħar u ta’ daqs medju fis-servizzi speċjalizzati b’intensità għolja ta’ għarfien u fis-setturi tal-manifattura high-tech (fejn it-tnejn li huma normalment għandhom intensità għolja ta’ R&Ż) ammontaw għal 38 % tal-valur miżjud tal-SMEs fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi fl-2018, ogħla mill-medja tal-UE ta’ 33%. Fl-istess ħin, is-sehem ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jintroduċu l-innovazzjoni u li jikkooperaw ma’ oħrajn għadu ferm anqas mill-medja tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea, 2019a).

L-intrapriżi Maltin għandhom livelli ta’ diġitalizzazzjoni għoljin, għalkemm għad hemm distakk bejn kumpaniji kbar u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Malta għandha prestazzjoni ogħla mill-medja tal-UE għad-diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi. Skont l-indiċi tal-intensità diġitali, 29 % tal-kumpaniji f’Malta biss għandhom livell baxx ħafna ta’ diġitalizzazzjoni (imqabbla ma’ 46 % fl-UE), u 32 % huma diġitalizzati ħafna (imqabbla ma’ 18 % fl-UE). In-negozji Maltin għandhom prestazzjoni aħjar mill-medja tal-UE għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali. Madankollu, hemm differenza bejn kumpaniji kbar u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Pereżempju, 54 % tal-kumpaniji kbar għandhom livell għoli ta’ intensità diġitali, filwaqt li dan is-sehem jaqa’ għal 31 % għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Minkejja l-inizjattivi li ttieħdu dan l-aħħar, id-diffikultà biex jinstabu nies bil-ħiliet tekniċi xierqa hija ostaklu għal aktar progress fid-diġitalizzazzjoni (ara wkoll it-Taqsima 3.3).

L-iżvilupp tal-ekonomija diġitali ġie appoġġat minn miżuri ta’ politika ddedikati. Il-gvern Malti qed jagħti prijorità lil miżuri għall-bini tal-kapaċità fit-teknoloġiji diġitali, u jqis li din hija għodda kruċjali għat-titjib tal-kompetittività tal-pajjiż. Waħda mill-inizjattivi ewlenin f’dan il-qasam kienet l-adozzjoni fl-2018 ta’ strateġija u qafas regolatorju ddedikati għat-teknoloġija blockchain (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b). F’Ottubru 2019, Malta nediet ukoll l-istrateġija tagħha tal-intelliġenza artifiċjali (ara t-Taqsima 3.4.3). F’Marzu 2019 ġie mwaqqaf ukoll korp ġdid, Tech.mt biex “jippromwovi lil Malta bħala ċentru teknoloġiku għal teknoloġiji innovattivi”. Tech.mt se jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp tal-kapital uman bħala prekundizzjoni għat-tkabbir fl-IT u l-industriji tal-IT u tat-teknoloġija. Malta għandha prestazzjoni tajba ħafna wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-kopertura tal-broadband (inkluż dik fissa, veloċi u ultraveloċi) bi kważi 100% tal-unitajiet domestiċi koperti. Fir-rigward tal-baned pijunieri tal-5G, skont il-pjan direzzjonali ppubblikat f’Malta f’Ġunju 2018, il-banda ta’ 700 MHz għandha tkun disponibbli sal-2021 filwaqt li t-3,6 u s-26 GHz diġà huma disponibbli iżda l-ebda operatur ma esprima interess għal dawn il-baned. F’Mejju 2019, l-awtorità nazzjonali għall-komunikazzjonijiet ippubblikat karta ta’ diskussjoni u stħarriġ dwar “Id-Domanda tal-5G u l-Mudelli Kummerċjali tal-Futur - Lejn Varar Fattibbli tal-5G” iżda t-tweġibiet tal-partijiet ikkonċernati mhumiex disponibbli pubblikament.

3.4.2.Governanza u Ambjent tan-negozju

Is-sistema ġudizzjarja

It-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura jirrikjedi aktar sforzi. Il-perċezzjoni tan-negozji dwar l-indipendenza ġudizzjarja (2018-2019) għadha f’livell baxx meta mqabbla mal-pajjiżi tal-UE, u marret għall-agħar mill-2010 (il-Kummissjoni Ewropea, 2020a).

Filwaqt li bħalissa għaddejjin xi riformi fis-sistema ġudizzjarja, in-nuqqasijiet identifikati għadhom jippersistu. F’Jannar 2020, il-Gvern stabbilixxa Kumitat tal-Kabinett dwar il-governanza, li se jkun inkarigat mir-riformi ewlenin tal-governanza, li qed iwieġbu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-GRECO, inkluż metodu ġdid għall-ħatriet ġudizzjarji. L-implimentazzjoni tar-riformi istituzzjonali mħabbra mill-gvern f’Marzu 2019 bdiet, speċjalment bl-adozzjoni tal-“Att dwar l-Avukat tal-Istat” ta’ Lulju 2019, u l-ħatra sussegwenti ta’ Avukat tal-istat ġdid f’Diċembru 2019. Dawn huma passi fid-direzzjoni t-tajba iżda jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw it-tħassib eżistenti dwar il-funzjonament indipendenti u r-responsabbiltà tas-servizzi tal-prosekuzzjoni u tal-pulizija (ara wkoll it-Taqsima 2). B’mod partikolari, għad hemm sfidi rigward: (i) is-sistema ta’ kontrokontrolli fil-proċedura futura tal-ħatra tal-Avukat Ġenerali; u (ii) ir-rwol tiegħu jew tagħha. Barra minn hekk, abbażi tal-livelli attwali ta’ persunal u prospetti ta’ reklutaġġ għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, it-twaqqif ta’ funzjoni ta’ prosekuzzjoni separata mill-Pulizija tesiġi perjodu tranżitorju. It-tħassib fit-tul jista’, għalhekk, jippersisti sakemm titlesta r-riforma u jkun hemm rekord pożittiv stabbilit. L-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom frammentarji, u r-reati relatati mal-korruzzjoni, l-abbuż ta’ poter, u l-ħasil tal-flus mhumiex qed jiġu mħarrka b’mod effettiv. Fl-2019, il-pulizija rrapportat dwar seba’ investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin dwar il-korruzzjoni li jinvolvu uffiċjali pubbliċi, fejn tnejn minnhom jikkonċernaw każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli ( 44 ). Bħalissa hija ppjanata riforma ewlenija biex tiżdied il-kapaċità tal-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi sal-2020. L-implimentazzjoni f’waqtha ta’ din ir-riforma hija essenzjali biex tissaħħaħ il-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni.

It-tul tal-proċedimenti għadu fost l-itwal fl-UE. Minkejja xi titjib f’dawn l-aħħar snin, it-tul tal-proċedimenti fil-livelli kollha u fil-kategoriji kollha tal-kawżi jibqa’ relattivament twil. Għall-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi fl-ewwel istanza, il-qrati Maltin fl-2018 kienu jeħtieġu 440 jum biex ilestu kawża bħala medja, li huwa fost l-itwal żminijiet għal kawżi fl-UE. Dan huwa aggravat aktar bi proċeduri twal fit-tieni istanza (1,120 jum bħala medja) li huwa wkoll fost l-itwal ħinijiet għat-tlestija fl-UE. Bl-istess mod, il-proċedimenti fil-qrati amministrattivi għadhom jieħdu ħafna ħin (medja ta’ 1,057 jum), minkejja xi titjib f’dawn l-aħħar snin. Ir-rati tal-għeluq tal-kawżi jindikaw ukoll li attwalment il-qrati qed joperaw fil-limitu tal-kapaċitajiet tagħhom (il-Kummissjoni Ewropea, 2020a, CEPEJ 2018).

Ġew adottati xi miżuri biex l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja titjieb. Il-miżuri li ttieħdu dan l-aħħar biex tittejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja jinkludu l-estensjoni tal-kompetenza tal-Qorti Ċivili (it-Taqsima Kummerċjali) biex tinkludi l-kompetizzjoni u l-affarijiet tal-konsumaturi. Ġie assenjat imħallef addizzjonali għal din it-taqsima biex jiddeċiedi dwar il-kompetizzjoni u l-każijiet tal-konsumatur. Il-miżuri biex ikomplu jtejbu l-użu tal-IT fil-qrati jinkludu: (i) l-estenzjoni tal-arkivjar elettroniku (e-filing) u tal-pagament elettroniku tal-miżati għal aktar qrati ċivili; (ii) aċċess online b’xejn garantit lil ċittadini u professjonisti legali sabiex dawn jaraw l-atti relatati mal-każijiet tagħhom; u (iii) il-ħolqien ta’ pjattaforma tal-Qrati elettroniċi, li toffri għadd ta’ servizzi relatati mal-ġustizzja lill-pubbliku ġenerali u lill-professjonisti legali.

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Indikaturi differenti jindikaw dgħufija perċepita tal-qafas ta’ governanza. Il-klassifikazzjoni ta’ Malta fl-indiċi tal-kontroll tal-korruzzjoni tal-Bank Dinji kienet tvarja f’dawn l-aħħar snin. Attwalment tinstab fit-72 perċentil (deterjorament mis-77 perċentil fl-2018) fost il-pajjiżi kollha fid-dinja. Skont l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar in-Negozju tal-2019 dwar il-korruzzjoni, 60% tal-kumpaniji mistħarrġa qalu li l-korruzzjoni hija problema meta wieħed jinnegozja f’Malta, filwaqt li l-medja tal-UE kienet ta’ 37% (il-Kummissjoni Ewropea, 2019e). B’punteġġ ta’ 54 fl-2019 ( 45 ), b’mod simili għall-2018 Malta rat nuqqas sinifikanti fl-indiċi tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni ta’ Transparency International, fejn niżlet b’sitt punti mill-2015 ’l hawn (Transparency International, 2020).

Nuqqasijiet istituzzjonali li jfixklu d-detezzjoni effettiva tal-korruzzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni ta’ Venezja u GRECO kollha kkritikaw in-nuqqas ta’ impatt tal-Kummissjoni Permanenti ta’ Malta kontra l-Korruzzjoni, li hija responsabbli għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u inkjesti amministrattivi dwar rapporti relatati mal-korruzzjoni (il-Kummissjoni ta’ Venezja, 2018). Id-difetti strutturali jżommu lill-Kummissjoni Permanenti milli twettaq ir-rwol tagħha b’mod indipendenti u effettiv. Ir-rapporti tagħha jipprovdu informazzjoni lill-Ministeru tal-Ġustizzja u lill-Prim Ministru biss, filwaqt li l-liġi ma teħtieġx infurzar ta’ segwitu jew prosekuzzjoni (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b). Madankollu ma hemm l-ebda pjan speċifiku biex jiġu riveduti s-setgħat tal-Kummissjoni Permanenti jew biex din tkun tista’ twettaq inkjesti b’mod li jwassal għal riżultati tanġibbli u jippermetti lill-pulizija ssegwi s-sejbiet tagħha.

Il-governanza tal-iskemi taċ-ċittadinanza u tar-residenza tqajjem tħassib. It-trasparenza u l-governanza tal-iskema tal-għoti taċ-ċittadinanza (Programm ta’ Investitur Individwali) u l-iskema tar-residenza (Programm ta’ Malta ta’ Viża għal Residenza) jistgħu jittejbu (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b;) il-Kummissjoni Ewropea 2019j). Barra minn hekk, l-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment potenzjalment iqajmu tħassib fir-rigward tal-kompatibilità tagħhom mat-Trattati tal-UE. Il-Programm ta’ Investitur Individwali ddedika regolatur indipendenti apposta, li ilu jagħmel rieżami tal-applikazzjonijiet kollha u joħroġ rapport annwali mill-2019. Madankollu, ma jeżisti l-ebda regolatur simili għall-Programm ta’ Viża għal Residenza. Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli timmonitorja kwistjonijiet aktar wesgħin ta’ konformità mad-dritt tal-UE li tqajmu mill-iskemi.

Hemm indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Il-Kummissarju għall-Istandards li għadu kif ġie maħtur irrimarka li l-ħatriet politiċi f’pożizzjonijiet ad hoc affettwaw l-abbiltà tal-persuni maħtura li joperaw b’mod indipendenti mill-gvern. Dan it-tħassib ġie aggravat bil-ħatriet ta’ deputati tal-parlament f’karigi importanti mħallsa bħal dawk ta’ kapijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi. Skont l-indikatur tar-Riżorsi tal-Atturi Leġiżlattivi ta’ Bertelsmann 2019, Malta tikklassifika minn tal-aħħar (fit-38 post minn 46 pajjiż).

Trasparenza limitata fl-akkwist pubbliku taffettwa l-ambjent tan-negozju. 64% tan-negozji jemmnu li l-abbuż ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel huma komuni fl-akkwist pubbliku (Ewrobarometru 2019). Fil-fatt, l-awditi uffiċjali jirrimarkaw dwar il-prattika komuni ta’ ordnijiet diretti (jiġifieri ordnijiet magħmula mingħajr ma jkun hemm sejħa għall-offerti) u irregolaritajiet oħrajn, u tliet konċessjonijiet fis-settur tas-saħħa huma attwalment taħt skrutinju ġudizzjarju (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b). Fl-2018, l-ordnijiet diretti approvati mill-Ministeru għall-Finanzi ammontaw għal EUR 86 miljun; kważi 9% minnhom saru mill-Ministeru għas-Saħħa (l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, 2019). It-trasparenza tal-kuntratti hija wkoll limitata hekk kif Malta għandha rata baxxa ta’ pubblikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi meta mqabbla mal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE. Id-Dipartiment tal-Kuntratti tal-Ministeru tal-Finanzi wettaq diversi kompiti regolatorji u operazzjonali, u l-persunal huwa ftit wisq biex jimmonitorja l-akkwist pubbliku. Id-deċentralizzazzjoni li għaddejja tal-akkwist pubbliku tista’ tkabbar xi wħud minn dawn l-isfidi (ara t-Taqsima 3.4.3).

L-ambjent tan-negozju

L-ambjent għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tjieb f’dawn l-aħħar snin, iżda f’ċerti oqsma għadu lura. Mill-2008 ’l hawn, Malta għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, fejn kien hemm progress sinifikanti prattikament fl-oqsma kollha. Madankollu, Malta għadha taħt il-medja tal-UE f’diversi oqsma, inkluż fuq politiki li jiffavorixxu kemm l-aċċess għal finanzjament kif ukoll li jagħtu t-tieni opportunità lill-intraprendituri li fallew (ara t-Taqsima 3.2.1). Min-naħa tagħha, Malta għamlet progress dwar il-politiki li jinkoraġġixxu l-intraprenditorija, il-ħiliet u l-innovazzjoni.

Il-problemi ewlenin fl-ambjent tan-negozju ta’ Malta għadhom in-nuqqas ta’ ħaddiema u aċċess limitat għall-finanzjament. In-negozji jilmentaw dwar nuqqasijiet severi ta’ ħaddiema u dwar nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet li huma faċilment disponibbli (ara t-Taqsima 3.3). Huma jilmentaw ukoll dwar diffikultajiet dejjem akbar fl-aċċess għall-kreditu bankarju, li huwa l-aktar tħassib sinifikanti għal 13 % tal-intrapriżi Maltin żgħar u ta’ daqs medju (imqabbel mal-medja tal-UE ta’ 7% ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) (il-Bank Ċentrali Ewropew, 2019). In-negozji Maltin jilmentaw ukoll dwar is-servizzi bankarji. Stħarriġ riċenti mill-Kamra ta’ Malta tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju juri li 60 % tal-intrapriżi Maltin iqisu li s-servizzi bankarji f’dawn l-aħħar snin marru għall-agħar: 73,4 % ma jsibuhiex faċli li jiksbu finanzjament mill-banek u 17,4 % ġew irrifjutati kreditu mill-banek. Barra minn hekk, nofs il-kumpaniji li ġew mistħarrġa sabu diffikultajiet biex jiftħu kont bankarju. Il-Bank Malti għall-Iżvilupp qed jistabbilixxi skemi ta’ garanzija biex jappoġġaw is-self għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Ir-“rata ta’ twelid” tan-negozji hija għolja, grazzi għar-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji bi sjieda barranija. Fl-2018, ġew irreġistrati aktar minn 12 000 negozju ġdid, li tirrappreżenta żieda ta’ 7 % meta mqabbla mal-2017. L-għadd totali ta’ kumpaniji rreġistrati f’Malta żdied b’47 % mill-2013 ’l hawn, u laħaq aktar minn 113 000 fl-2018. Il-kumpaniji bi sjieda barranija jammontaw għal kważi nofs ir-reġistrazzjonijiet ta’ negozji ġodda u totali (il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, 2019).

Il-kapital ta’ riskju insuffiċjenti jista’ jillimita l-espansjoni tan-negozju. L-għadd ta’ kumpaniji b’rata għolja ta’ tkabbir b’aktar minn 10 impjegati bħala perċentwal tal-intrapriżi kollha f’Malta (14 % fl-2017) huwa fost l-ogħla fl-UE. Madankollu, l-investimenti kapitali ta’ riskju jammontaw għal sehem baxx ħafna tal-PDG ta’ Malta, li jagħmilha diffiċli biex jiġi żgurat finanzjament għall-espansjoni tan-negozji.

Servizzi pubbliċi diġitali

Malta għamlet progress fis-servizzi pubbliċi diġitali li toffri bħalissa, iżda l-użu ta’ dawn is-servizzi mill-pubbliku għadu baxx. Malta żviluppat servizzi ta’ amministrazzjoni elettronika għaċ-ċittadini u n-negozji, inkluż għadd ta’ applikazzjonijiet mobbli biex jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi pubbliċi. Is-servizzi tal-amministrazzjoni elettronika tagħha għandhom ukoll punteġġ għoli meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn ( 46 ). Madankollu, 56,8 % biss tal-individwi li jridu jippreżentaw formoli jagħmlu dan permezz ta’ servizzi online; Għalkemm dan is-sehem qed jiżdied, xorta għadu anqas mill-medja tal-UE ta’ 67,3 %. Bl-istess mod, 6 % tal-pubbliku biss juża servizzi tas-saħħa elettronika (imqabbel ma’ 18 % tal-UE). Skont stħarriġ li sar mill-gvern Malti, ir-raġunijiet għall-użu baxx ta’ servizzi diġitali tal-amministrazzjoni elettronika jinkludu: nuqqas ta’ għarfien; il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni; u livelli baxxi ta’ edukazzjoni (aktar ma l-livell ta’ edukazzjoni ta’ persuna jkun baxx anqas hemm ċans li jużaw is-servizzi tal-amministrazzjoni online). L-istħarriġ irriżulta f’sett ta’ rakkomandazzjonijiet ( 47 ). Barra minn hekk, l-istrateġija ġdida għat-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika għall-2019-2021 tindirizza l-użu tas-servizzi tal-amministrazzjoni elettronika, b’enfasi fuq is-simplifikazzjoni u approċċi ċċentrati fuq il-klijent (Servizz Pubbliku ta’ Malta, 2019). Finalment, il-gvern beda għadd ta’ proġetti taċ-ċibersigurtà, li huma mistennija jżidu s-sigurtà tal-infrastruttura diġitali ( 48 ). Fl-2019, is-Servizz Pubbliku f’Malta ħa l-inizjattiva li jiżviluppa Riinġenerija tal-Proċess tan-Negozju (BPR, Business Process Re-Engineering), li hija mistennija ttejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika permezz ta’ mezzi diġitali.

3.4.3.L-integrazzjoni tas-Suq Uniku u l-prestazzjoni settorjali

L-importanza tan-negozju intra-UE żdiedet. Bejn l-2011 u l-2018, l-esportazzjonijiet intra-UE ttripplikaw, u dawn jirrappreżentaw 70 % tal-esportazzjonijiet totali ta’ Malta. In-negozju tal-oġġetti jirrappreżenta frazzjoni ta’ negozju fis-servizzi, madankollu s-sehem tal-esportazzjonijiet intra-UE ta’ oġġetti żdied fil-valur u fil-piż relattiv matul iż-żmien, probabbilment minħabba l-enfasi dejjem akbar tas-settur tal-manifattura fuq is-segmenti b’valur miżjud għoli: fl-2018 kien ammonta għal madwar 58 % tal-esportazzjonijiet totali (minn 41 % fl-2011). L-importazzjonijiet juru dipendenza dejjem tiżdied fuq il-provvisti intra-UE għas-servizzi (70 % tal-importazzjonijiet kollha fl-2018, żieda minn 22 % fl-2011).

Malta bbenefikat b’mod sinifikanti mis-suq uniku. Studju riċenti jistma li n-negozju ta’ oġġetti intra-UE żdied bi 42 % minħabba l-adeżjoni fl-UE. Iż-żieda hija ferm aktar għolja mill-medja tal-UE u partikolarment għolja fis-setturi tat-tagħmir tat-trasport u tal-ikel u x-xorb. L-istimi juru wkoll li l-pajjiż jista’ jibbenefika minn żidiet addizzjonali fin-negozju (ta’ 4,7 %-7,2 %) jekk huwa jkun konformi bis-sħiħ mal-qafas tas-suq uniku (il-Kummissjoni Ewropea, 2019m).

L-indikaturi tal-konformità mar-regoli tas-suq uniku juru li hemm lok għal titjib fil-qasam tal-oġġetti. Malta għandha livell baxx ta’ notifiki ta’ regolamenti tekniċi skont id-Direttiva dwar it-Trasparenza (il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, 2015). Dan jissuġġerixxi li l-pajjiż qed jagħmel użu limitat minn din l-għodda biex jippermetti djalogu mal-Istati Membri biex jittejjeb il-moviment liberu tal-merkanzija. Malta hija aktar attiva fir-reazzjoni għal notifiki ta’ pajjiżi oħra milli fit-tħabbir ta’ notifiki dwar ir-regoli tagħha stess. Bejn l-2016 u l-2018, Malta nnotifikat biss 28 abbozz ta’ regolament, jiġifieri 1,3 % mit-total. L-integrazzjoni fis-suq uniku għall-oġġetti hija anqas żviluppata minn dik fl-oqsma tal-kapital u tas-servizzi (LE Europe, 2017).

L-effikaċja tal-akkwist pubbliku tista’ tissaħħaħ. Id-data tat-TED ( 49 ) turi li l-aktar prezz baxx intuża bħala l-uniku kriterju tal-għoti f’97 % tal-każijiet fl-2018. Dan ifisser li l-kwalità tal-provvisti jew tas-servizzi mhijiex żgurata għal ħafna kuntratti. Barra minn hekk, l-użu tal-kriterji tal-għoti tal-proporzjon tal-aqwa kwalità skont il-prezz jista’ jgħin biex jiġu evitati l-konċentrazzjoni tas-suq u l-kartelli. Apparti dan, ix-xiri qed isir dejjem aktar deċentralizzat mingħajr monitoraġġ u kontroll imsaħħin: 1% biss huma offruti f’isem xerrej pubbliku ieħor (bħala medja 6 % huma offruti f’isem xerrej ieħor fl-UE). Dan jissuġġerixxi li Malta tista’ titlef l-opportunità li tiġbor flimkien ir-riżorsi u l-kompetenza biex tikseb l-aħjar riżultat possibbli. Id-deċentralizzazzjoni tista’ wkoll tfixkel il-professjonalizzazzjoni u l-akkwist pubbliku innovattiv. It-titjib fl-akkwist pubbliku ekoloġiku jikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ sostenibbiltà.

Is-settur tas-servizzi

Is-settur dinamiku tas-servizzi ta’ Malta huwa kontributur ewlieni għas-suċċess ekonomiku tal-pajjiż. Apparti s-settur finanzjarju kbir (ara t-Taqsima 3.2.1), l-industrija tat-turiżmu hija waħda mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija, filwaqt li s-settur tal-logħob tal-azzard qed ikompli jesperjenza tkabbir qawwi.

Graff 3.4.4:It-turiżmu lejn Malta, Jannar 2018-Ottubru 2019

Sors: L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika

L-industrija tat-turiżmu qed tkompli tikber. L-għadd ta’ viżitaturi li jaslu rdoppja mill-2010 ’l hawn, u laħaq 2,6 miljun fl-2018 u 2,1 miljun matul l-ewwel disa’ (9) xhur tal-2019 (l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, 2019). In-nefqa turistika żdiedet ukoll b’mod sinifikanti, għalkemm b’ritmu iktar bil-mod. Karatteristika b’saħħitha fil-pajjiż kienet il-kapaċità tiegħu li jattira viżitaturi matul is-sena kollha. Madankollu, is-settur tat-turiżmu huwa espost għar-riskju ta’ tnaqqis ekonomiku globali, għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil, u għall-inċertezzi fl-ekonomiji tas-sħab kummerċjali tiegħu.

L-isfidi fis-settur tat-turiżmu jinkludu l-pressjoni addizzjonali li jeżerċita fuq ir-riżorsi li huma diġà limitati. L-għadd sinifikanti ta’ turisti li jiġu Malta kull sena kien jammonta għal żieda fil-popolazzjoni bejn 15 000 u 45 000 persuna fix-xahar fl-2019, b’livelli għoljin ħafna matul is-sajf. Dan għandu implikazzjonijiet għall-użu tal-ilma, l-użu tal-art, il-provvista tal-akkomodazzjoni, il-mobbiltà lokali u l-kwalità tal-ħajja (ara t-Taqsima 3.5).

L-industrija tal-logħob tal-azzard tkompli testendi l-impatt tagħha, inkluż lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. L-industrija tirrappreżenta 13,2 % tal-valur miżjud gross u 2,8 % tal-impjiegi (4,1 % tal-impjiegi, inklużi l-impjiegi relatati fis-servizzi ta’ appoġġ). Kemm il-fatturat kif ukoll l-impjiegi fl-industrija huma mistennija jiżdiedu fl-2019 (bi 12 % u 10 % rispettivament) u fl-2020 (b’14 % u 11 % rispettivament) (MGA, 2019). Is-settur għandu l-ogħla tkabbir fil-produttività minn kwalunkwe settur fl-ekonomija Maltija (ara t-Taqsima 3.4.1). Is-servizzi tal-i-gaming ipprovduti taħt il-liċenzji Maltin huma fin-natura tagħhom mingħajr fruntieri. Fl-2018, il-kumpaniji tal-logħob tal-azzard Maltin kellhom kważi 18-il miljun kont tal-klijenti, 30 % aktar milli fl-2017. Il-binjiet tal-logħob tal-azzard tradizzjonali wkoll irreġistraw sehem għoli ta’ żjarat totali minn persuni li mhumiex Maltin: 55,4% għal każinòs u 40 % għal swali tal-logħob tal-azzard fl-2018 (MGA, 2019).

Ir-regoli l-ġodda li ġew adottati fl-2018 taw spinta lis-settur tal-logħob tal-azzard, iżda kienu jinvolvu wkoll sfidi ta’ governanza. L-Att dwar il-Logħob tal-Azzard issimplifika s-sistema tal-liċenzjar. Rigward l-i-gaming, id-detenturi ta’ liċenzja minn negozju għal konsumatur jew ta’ liċenzja minn negozju għal negozju issa jistgħu joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi li qabel kienu jaqgħu taħt liċenzji separati. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ qafas regolatorju bbażat fuq l-użu tat-teknoloġiji tar-reġistru distribwit fetħet il-possibbiltà għall-kumpaniji tal-logħob tal-azzard li jadottaw mudelli ta’ negozju innovattivi. Il-kumplessità dejjem tiżdied tal-industrija u l-amplifikazzjoni tal-firxa tas-servizzi pprovduti, inkluż permezz tal-pjattaformi, jitolbu livell għoli ta’ attenzjoni regolatorja. Minħabba s-sinifikat internazzjonali ta’ settur li jinvolvi klijenti, sħab u ħaddiema minn firxa ta’ pajjiżi (u b’mod partikolari minn Stati Membri oħra tal-UE), jista’ jkun hemm ir-riskju ta’ effetti sekondarji sinifikanti għas-suq uniku (ara t-Taqsima 2 u t-Taqsima 3.2.2).

Is-servizzi diġitali innovattivi jibqgħu prijorità strateġika. Dan l-aħħar, Malta adottat qafas regolatorju komprensiv iddedikat għat-teknoloġija blockchain (il-Kummissjoni Ewropea, 2019b). L-impatti ta’ din it-teknoloġija fuq l-ekonomija għadhom ma mmaterjalizzawx iżda huwa mistenni li se jinħassu fil-futur. F’Ottubru 2019, il-gvern adotta wkoll strateġija nazzjonali għall-intelliġenza artifiċjali (“A Strategy and Vision for Artificial Intelligence in Malta 2030”), ibbażata fuq tliet pilastri strateġiċi: l-investiment; l-istart-ups u l-innovazzjoni; u l-adozzjoni kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat. Huwa mistenni li l-istrateġija tkun appoġġata bit-twaqqif ta’ ċentru ta’ innovazzjoni diġitali u permezz ta’ talba għal aktar attenzjoni regolatorja. Malta tikkoopera wkoll ma’ Stati Membri oħrajn f’dawn l-oqsma strateġiċi, wara li ffirmat id-Dikjarazzjoni ta’ kooperazzjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u d-Dikjarazzjoni tas-Sħubija Ewropea tal-Blockchain.

Kaxxa 3.4.3: L-isfidi u r-riformi tal-investiment f’Malta

Taqsima 1. Il-perspettiva makroekonomika

Fl-2017 u l-2018, l-investiment naqas bi prezzijiet kostanti, parzjalment minħabba l-livell għoli li beda bih fl-2016. Madankollu, fl-2019 u l-2020 l-investiment huwa mistenni jikber. Il-proġetti ta’ investiment fuq skala kbira fis-setturi tal-avjazzjoni, tas-saħħa u tat-turiżmu, b’mod partikolari, mistennija jagħtu spinta lill-investiment privat. It-tkabbir fl-investiment, imbagħad, huwa projettat li jonqos fl-2021, hekk kif jitlestew uħud minn dawn il-proġetti. L-investiment fil-kostruzzjoni huwa mbassar li jikber b’pass progressivament aktar bil-mod, wara l-espansjoni qawwija li dehret f'dawn l-aħħar snin. Il-proporjzon tal-investiment pubbliku mal-PDG huwa mistenni li jiżdied ukoll b’mod sinifikanti, u li jaqbeż l-4% fl-2019. Dan se jkun xprunat l-aktar mill-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE. Fil-futur, it-tkabbir fl-investiment pubbliku mistenni jonqos hekk kif ir-rata tal-assorbiment tal-fondi tal-UE tistabbilizza ruħha.

Taqsima 2. Il-valutazzjoni tal-ostakli għall-investiment u r-riformi li għaddejjin

F’dawn l-aħħar snin, l-ambjent tan-negozju tjieb, b’mod partikolari għall-SMEs. Madankollu, id-distakki fl-aċċess għall-finanzi qed ikomplu jillimitaw il-prospetti ta’ tkabbir tad-ditti. Id-dgħufijiet fil-qafas ta’ governanza għadhom jippersitu, speċjalment dawk fis-sistema ġudizzjarja u fil-qafas istituzzjonali kontra l-korruzzjoni. Fir-rigward tal-kapital uman, l-ostakli għall-investiment li għad iridu jiġu indirizzati jinkludu livelli baxxi ta’ ħiliet, nuqqas ta’ ħaddiema, u prestazzjoni moderata ta’ R&Ż. Barra minn hekk, l-infrastruttura tat-trasport u l-użu limitat ta’ soluzzjonijiet tat-trasport sostenibbli għadhom punti dgħafja fl-ambjent tan-negozju f’Malta. L-impatt tal-miżuri ta’ politika ppjanati biex jinkoraġġixxu bidla modali li tbiegħed lin-nies mill-użu tal-karozzi privati għadu limitat. Il-limitazzjonijiet infrastrutturali, inkluża l-konġestjoni severa tat-traffiku, jostakolaw it-tkabbir tal-produttività u joħolqu sfidi għas-sostenibbiltà. L-indirizzar tad-distakk fl-infrastruttura b’fokus aktar b’saħħtu fuq l-ambjent jista’ jsaħħaħ is-sostenibbiltà fit-tul u jtejjeb l-abbiltà ta’ Malta li tattira u żżomm il-ħaddiema u l-investiment.

L-ostakli ewlenin għall-investiment

1. Minħabba suq tax-xogħol aktar ristrett u rata ta’ qgħad f’livell baxx rekord, id-diffikultà biex jiġi reklutat u biex jinżamm persunal ikkwalifikat tikkostitwixxi ostaklu kbir għall-investiment. L-influss ta’ ħaddiema barranin jgħin biex jitnaqqsu n-nuqqasijiet tal-ħiliet, iżda joħloq ukoll sfidi għall-integrazzjoni u s-sostenibbiltà. Ir-riżultati edukattivi għadhom batuti, u anki t-teħid ta’ skemi tat-titjib tal-ħiliet fost dawk li jaħdmu. Il-miżuri ta’ politika li għaddejjin iffokati fuq it-titjib tal-ħiliet diġitali u ekoloġiċi, u fuq it-trawwim tal-użu tat-teknoloġiji diġitali, huma mistennija jgħinu biex jindirizzaw din il-kwistjoni (it-Taqsima 3.3).

2. L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jesperjenzaw diffikultajiet dejjem akbar fl-aċċess għall-kreditu. Minkejja li l-Bank ta’ Malta għall-Iżvilupp qed joħloq qafas ta’ skemi ta’ garanzija biex jappoġġja s-self, il-banek irrestrinġew it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-self korporattiv. Għadd dejjem akbar ta’ kumpaniji qed isibuha diffiċli li jiksbu saħansitra servizzi bankarji bażiċi (ara t-Taqsima 3.4.2). 

3.5. Is-sostenibbiltà ambjentali

Il-kisba ta’ tkabbir ekonomiku li jkun sostenibbli għall-ambjent hija waħda mill-isfidi ewlenin ta’ Malta. Malta hija l-iżgħar u l-aktar pajjiż urbanizzat u bl-aktar popolazzjoni densa fl-UE. Peress li t-tkabbir demografiku u ekonomiku mistenni li jagħmel iktar pressjoni fuq il-limiti tal-kapaċità fis-snin li ġejjin, l-ekonomija Maltija qed tiffaċċja sfidi sinifikanti fis-sostenibbiltà. Dawn l-isfidi jistgħu jaffettwaw il-kompetittività futura u l-istandards tal-għajxien ta’ Malta. Iż-żieda fl-attività ekonomika x’aktarx taggrava t-tħassib ambjentali u tagħmel pressjoni fuq ir-riżorsi naturali skarsi. Bħala stat gżira żgħir, sfida partikolari għal Malta hija d-domanda ta’ popolazzjoni li qed tikber għall-art, l-ilma u l-enerġija. Fl-istess ħin, l-indirizzar tar-restrizzjonijiet infrastrutturali u l-promozzjoni tat-tranżizzjoni għal mudell ekonomiku newtrali għall-klima għadu kruċjali biex is-sostenibbiltà tissaħħaħ fuq żmien twil.

It-tisħiħ tas-sostenibbiltà jirrikjedi strateġija komprensiva li tkopri firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. It-tmexxija tat-tranżizzjoni għal żvilupp ekonomiku li jkun aktar ekoloġiku u sostenibbli teħtieġ strateġija komprensiva u fit-tul. Din l-istrateġija għandha tkun immirata b’mod partikolari lejn is-setturi u l-gruppi tal-popolazzjoni vulnerabbli. L-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali, pereżempju, jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-kompetittività fis-settur turistiku ta’ Malta. Fl-istess ħin, it-tkabbir ġenerali tal-popolazzjoni, li jinkludi l-iżvilupp tat-turiżmu se jkompli jagħmel iktar pressjoni fuq l-użu tal-ilma, it-trattament tal-iskart, il-kwalità tal-arja, u l-konġestjoni tat-traffiku. L-azzjonijiet prijoritarji għal dan is-settur jistgħu għalhekk jinkludu (iżda mhumiex limitati għal): (i) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali li tippromwovi r-reżiljenza u l-ekwità tat-tibdil fil-klima; u (ii) mobilità sostenibbli. Meħudin flimkien, dawn l-azzjonijiet jistgħu jiggwidaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Li jiġi żgurat li l-ħiliet meħtieġa jkunu disponibbli biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika (ara t-Taqsima 3.3.2), u li tiżdied il-partiċipazzjoni fi proġetti ta’ innovazzjoni, jista’ jikkonsolida r-reżiljenza u l-ekwità tal-ekonomija. Dan jista’ jsaħħaħ lil Malta biex tisfrutta aħjar il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda li ma jagħmlux ħsara lill-klima (il-Kummissjoni Ewropea, 2019n).

L-azzjoni klimatika

Malta hija partikolarment vulnerabbli għar-riskji tal-klima. Minħabba l-ispeċifiċitajiet u n-natura insulari tagħha, Malta hija partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Il-viżjoni ta’ Malta għal żvilupp b’livell baxx ta’ karbonju tintegra kemm il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll l-adattament għalih, u attwalment għandha tinbidel fi strateġija komprensiva mistennija li tidentifika azzjonijiet addizzjonali ta’ adattament biex jikkomplementaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ adattament ta’ Malta. Sforzi addizzjonali jistgħu jgħinu biex jiġu integrati aktar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-miżuri tat-tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri. Bħalissa, Malta ma għandhiex qafas komprensiv għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, u l-pjanijiet settorjali mhux dejjem jinkludu valutazzjoni ta’ kif it-tibdil fil-klima jista’ jaffettwa r-riskji ta’ diżastri. Setturi partikolarment vulnerabbli (bħall-ġestjoni tal-ilma, l-infrastruttura u l-użu tal-art; l-ekosistemi naturali; l-agrikoltura u s-sajd; is-saħħa; u t-turiżmu) jistgħu jibbenefikaw minn investimenti mmirati fir-reżiljenza, kif ukoll fit-tħejjija, fil-ġestjoni u fir-rispons għar-riskju ta’ diżastri.

L-isforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ma jidhrux li huma biżżejjed biex jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis ta’ Malta. Għalkemm Malta għandha l-aktar emissjonijiet baxxi ta’ gass b’effett ta’ serra per capita fl-UE, l-emissjonijiet assoluti tagħha qed jiżdiedu. Il-mira tal-2020 tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi hija mistennija li ma tintlaħaqx b’marġni wiesgħa ta’ 27 pp skont l-aħħar projezzjonijiet nazzjonali ppreżentati lill-Kummissjoni, li jqisu l-miżuri eżistenti kollha. Fl-2030, din id-diskrepanza mal-mira tal-kondiviżjoni tal-isforzi hija mistennija li tiżdied għal 62 pp. Attwalment, Malta qed tħejji strateġija għan-newtralità tal-klima sal-2050, u fl-14 ta’ Ġunju 2019 hija approvat id-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta li tappoġġja dan l-għan. Fit-22 ta’ Ottubru 2019, Malta ddikjarat “emerġenza klimatika”. It-tnaqqis tal-intensità tal-karbonju tal-ekonomija Maltija se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-SDG 7 u 13.

Graff 3.5.1:Total ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra (eskluża l-avjazzjoni internazzjonali), l-UE u Malta

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Trasport sostenibbli

Is-settur tat-trasport bit-triq jiġġenera fatturi esterni negattivi sinifikanti, li jiġu aggravati bit-tkabbir demografiku u ekonomiku. Il-kost estern tat-trasport bit-triq f’Malta huwa stmat għal madwar EUR 400 miljun fis-sena, madwar 4 % tal-PDG ( 50 ). Din iċ-ċifra tinkludi kostijiet esterni relatati mal-konġestjoni, l-aċċidenti, u d-dannu ambjentali (it-tniġġis tal-arja; it-tibdil fil-klima; u l-kostijiet relatati mal-produzzjoni tal-enerġija, jiġifieri l-emissjonijiet well-to-tank, l-istorbju, il-ħsara lill-ħabitats). Dawn il-kostijiet esterni kollha spiss jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Maltin. Fis-snin reċenti, Malta esperjenzat żieda fil-volumi tat-traffiku bit-triq, l-aktar minħabba tkabbir rapidu fil-popolazzjoni, fl-ekonomija u fit-turiżmu. Is-settur tat-trasport huwa responsabbli għal madwar kwart tat-total tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra f’Malta. It-tniġġis tal-arja relatat mat-trasport jiġġenera wkoll impatti soċjali konsiderevoli ( 51 ). Il-konġestjoni fit-toroq li sejra għall-agħar hija r-riżultat ta’ dipendenza qawwija fuq il-vetturi għat-trasport u ta’ żidiet qawwija fin-numru ta’ vetturi bil-mutur liċenzjati. L-infrastruttura ħażina tat-trasport u l-kwalità baxxa tat-toroq huma wkoll meqjusa bħala wieħed mill-iżvantaġġi tal-gżira fl-attraenza għall-investiment (il-Forum Ekonomiku Dinji, 2019 u Ernst & Young, 2019). Filwaqt li l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq jibqa’ prijorità tal-gvern, għadu mhuwiex ċar sa liema punt il-proġetti tat-toroq li ġew ippjanati se jikkontribwixxu għal bidla modali. Azzjoni mmirata u effettiva f’dan il-qasam tista’ twassal għal progress fl-SDG 9.

It-trasport marittimu jista’ jibbenefika minn soluzzjonijiet ekoloġiċi. Iż-żewġ portijiet ewlenin huma parti sinifikanti mill-ekonomija permezz tat-tkabbir u l-impjiegi li joħolqu: il-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsaxlokk. L-użu tal-magni tal-vapuri għall-provvista tal-enerġija waqt it-trakkar huwa sors sinifikanti ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra u ta’ tniġġis. Malta qed tippjana li tibni sistema biex tipprovdi d-domanda elettrika neċessarja għal vapuri li jittrakkaw fil-Port il-Kbir. Din is-sistema u sistema simili fil-Port ta’ Marsaxlokk (li għadha ma ġietx ippjanata) jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika ta’ Malta u jappoġġaw il-kompetittività tal-portijiet fit-tranżizzjoni (ara l-Anness D). Sors ieħor ta’ emissjonijiet u tniġġis tal-arja huma t-tankers taż-żejt li ma jirmiġġaw f’ebda port, iżda li jbaħħru jew jieħdu l-fjuwil lil hinn mill-kosta ta’ Malta. Is-soluzzjonijiet ekoloġiċi s’issa għadu teknikament diffiċli li jintlaħqu, iżda għandhom jiġu inklużi fl-aġendi nazzjonali u reġjonali ta’ riċerka.

Graff 3.5.2:Ix-xejriet fit-tkabbir tal-popolazzjoni u fis-settur tat-trasport bit-triq

Stokk ta’ vetturi minbarra trejlers u muturi

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea

Diversi miżuri ta’ politika, li ġew stabbiliti jew ippjanati dan l-aħħar, għandhom il-potenzjal li jippromwovu trasport sostenibbli. Jidher li l-politiki attwali qed jinkoraġġixxu x-xiri ta’ vetturi elettriċi. Il-gvern ġedded ukoll skemi ta’ għotjiet għal vetturi tal-passiġġieri li huma aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ seba’ proġetti tat-toroq li kienu għaddejjin f’April 2019 identifikat l-iffrankar eventwali ta’ 62 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena (doi.mt.gov, 2019b). Twaqqaf kumitat interministerjali biex jiddeċiedi sa tmiem l-2020 dwar id-data limitu għall-projbizzjoni tal-importazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ bejgħ ġdid jew second hand (irreġistrati ġodda) ta’ magni b’kombustjoni interna fit-territorju Malti. Il-baġit tal-2020 jintroduċi għadd ta’ miżuri ambjentali li jinkludu: (i) estensjoni tat-trasport pubbliku b’xejn għaċ-ċittadini kollha li għandhom aktar minn 75 sena u għall-istudenti kollha; (ii) għotjiet sa EUR 200 000 għall-iskrappjar ta’ makkinarju li jniġġes jekk jinxtraw mudelli aktar nodfa; (iii) tariffi tal-elettriku mnaqqsa għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fid-dar; (iv) estensjoni tas-servizz tan-netwerk tal-laneċ f’Malta; u (v) skemi addizzjonali biex jinkoraġġixxu x-xiri ta’ roti, scooters u pedelecs. Madankollu, l-ammont tal-baġit iddedikat għal miżuri ta’ trasport sostenibbli huma konsiderevolment iżgħar mill-investiment ippjanat f’toroq ġodda. L-impatt tal-miżuri riċenti fuq l-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra se jiġi evalwat matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-pjan direttur tat-trasport fl-2020. Li tittieħed aktar azzjoni dwar il-mobbiltà sostenibbli, inkluż it-titjib tat-trasport pubbliku u aktar inkoraġġiment tal-użu tiegħu, jgħin biex jitnaqqsu kemm il-konġestjoni kif ukoll l-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni fuq l-infrastruttura tat-trasport.

Tranżizzjoni tal-enerġija

L-impatt li popolazzjoni u ekonomija li qed jikbru għandhom fuq il-konsum tal-enerġija jenfasizza l-ħtieġa għal aktar effiċjenza enerġetika. L-ilħiq tal-miri tal-karbonju u tal-enerġija ta’ Malta għall-2020 u l-2030 jesiġi sforzi addizzjonali li jridu jsiru lil hinn minn dawk ippjanati. It-tnaqqis tal-konsum primarju u finali tal-enerġija huwa essenzjali biex jiżgura li l-miri tal-effiċjenza enerġetika u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju jintlaħqu u jiġi appoġġat il-progress fir-rigward tal-SDGs 7, 12 u 13. F’kuntest ta’ tkabbir demografiku u ekonomiku qawwi, il-konsum finali tal-enerġija kompla jiżdied f’dawn l-aħħar snin. Fl-2016, is-settur tat-trasport kien responsabbli għal aktar minn nofs il-konsum tal-enerġija ta’ Malta, segwit mis-setturi tal-bini u tas-servizzi. Il-Pjan Nazzjonali ta’ Malta dwar l-Enerġija u l-Klima, li ġie ppreżentat f’Diċembru 2019 ( 52 ), jistma li bejn l-2018 u l-2030 il-gvern se jonfoq madwar EUR 1,66 biljun fuq proġetti u miżuri relatati mal-enerġija. In-nefqa hija mistennija tilħaq l-ogħla livell fl-2021 b’1,7 % tal-PDG reali. Is-settur tat-trasport huwa mistenni jżomm l-akbar sehem f’termini ta’ investimenti stmati, segwit mis-setturi tas-servizzi u residenzjali.

Il-konsum tal-enerġija mill-bini qed jiżdied. Is-settur tal-kostruzzjoni residenzjali huwa sors ewlieni ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, li jiġu mill-konsum tal-enerġija, mill-gassijiet fluworurati għat-tkessiħ, u mid-disponiment tal-iskart (inkluż l-iskart tal-kostruzzjoni). Apparti l-iskemi ta’ għotjiet għall-pompi tas-sħana, Malta ma għandha l-ebda politika fis-seħħ immirata lejn id-domanda dejjem tikber għall-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sistemi tal-arja kondizzjonata. Il-miżuri jidhru li jiffukaw fuq iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tal-arja kondizzjonata, minflok fuq approċċ aktar olistiku li jimmira wkoll lejn l-istruttura tal-bini.

Ir-rinnovazzjoni tal-istokk ta’ bini tista’ tgħin biex l-effiċjenza enerġetika tiżdied b’mod sostanzjali. Għalkemm il-bini residenzjali jirrappreżenta 84 % tal-istokk ta’ bini ta’ Malta, 0,6 % ta’ dan il-bini biss jiġi rinnovat kull sena. Min-naħa l-oħra, madwar 2,1 % tal-bini mhux residenzjali jiġi rinnovat. Ir-rinnovazzjonijiet “radikali” relatati mal-enerġija jitwettqu f’0,1 % tal-bini residenzjali u f’0,4 % tal-bini mhux residenzjali kull sena, filwaqt li r-rinnovazzjonijiet medji u ħfief huma predominanti (il-Kummissjoni Ewropea, 2019o). Riżultat ta’ dan, ir-rinnovazzjonijiet jirriżultaw f’iffrankar enerġetiku ta’ 10% biss għas-settur residenzjali bħala medja u f’iffrankar enerġetiku ta’ 15% għas-settur mhux residenzjali. L-użu tar-rinnovazzjoni enerġetika jista’ jibbenefika minn: (i) żieda fis-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-iskemi ta’ appoġġ; (ii) użu aħjar taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u (iii) strateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul komprensiva biex tindirizza kemm l-infrastruttura tal-akkomodazzjoni soċjali kif ukoll il-bini bl-agħar prestazzjoni fl-istokk ta’ bini. Fl-2020, se jitnieda proġett biex tiġi vvalutata u mkejla l-effiċjenza enerġetika tal-akkomodazzjoni soċjali.

L-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhuwiex biżżejjed. Jidher li Malta hija konformi mat-trajettorja indikata fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinnovabbli ppreżentat fl-2017. Biex jintlaħqu l-miri tal-2020 dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, Malta tat prijorità lill-iżvilupp ta’ sorsi domestiċi tal-enerġija. Biħsiebha wkoll tniedi skemi addizzjonali biex tinċentiva l-installazzjoni ta’ ħiters tal-ilma solari u pannelli fotovoltajċi. Madankollu, il-politiki attwali tal-enerġija rinnovabbli u l-inizjattivi ppjanati jidhru li mhumiex biżżejjed biex jiġġeneraw il-volumi ta’ enerġija rinnovabbli meħtieġa purament f’livell domestiku (il-Kummissjoni Ewropea, 2019REPR). Malta qed tippjana li tikkunsidra trasferimenti statistiċi ( 53 ) bħala miżura ta’ kontinġenza biex jintlaħqu l-miri tal-2020. Jistgħu jiġu esplorati opportunitajiet ulterjuri f’investimenti fl-enerġija rinnovabbli taħt ir-regolament rivedut dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u taħt il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Il-parteċipazzjoni ta’ Malta fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jesploraw teknoloġiji tar-riħ u solari lil hinn mill-kosta tista’ tipprovdi għażliet addizzjonali biex jiżdied is-sehem ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Ġestjoni tar-riżorsi naturali

Il-ġestjoni tajba tar-riżorsi tal-ilma għadha prijorità, minħabba l-iskarsezza sostnuta u severa tal-ilma dovuta għal limitazzjonijiet naturali. L-“indiċi ta’ sfruttament tal-ilma” huwa ferm ogħla mil-livell limitu għal skarsezza severa tal-ilma u qed jiżdied. Dan jiġi parzjalment ibbilanċjat mill-intensità baxxa fl-użu tal-ilma ta’ Malta, waħda mill-aktar baxxi fl-UE. Madankollu, dan tal-aħħar jindika kapaċità limitata biex l-effiċjenza tal-konsum tal-ilma tkompli tiżdied. Għalhekk għadha sfida ewlenija li wieħed ilaħħaq mad-domanda dejjem tikber għall-ilma. Għalkemm is-sors ewlieni tal-ilma tax-xorb huwa d-desalinazzjoni minn tliet impjanti ta’ osmosi inversa li jinsabu fil-gżejjer, Malta tiddependi ħafna wkoll fuq il-provvista tal-ilma tal-pjan mill-akwiferi. Dawn l-akwiferi jiġu sfruttati kemm minn entitajiet privati kif ukoll mill-Korporazzjoni pubblika għas-Servizzi tal-Ilma. Il-gvern Malti impenja ruħu li jinvesti biex ikompli jindirizza s-sostenibbiltà tas-settur tal-ilma. B’mod aktar speċifiku, il-gvern ippjana miżuri ffokati li jkomplu: (i) itejbu l-kwalità tal-ilma tal-vit; u (ii) jindirizzaw it-trattament parzjali tal-iskart likwidu tal-irziezet sabiex ikun jista’ jiġi skarikat fin-netwerk tal-infrastruttura tal-ilma.

Iż-żieda kostanti fl-użu tal-art tirrappreżenta theddida għall-bijodiversità u l-ekonomija Maltija. Is-servizzi tal-ekosistema relatati mal-użu tal-art huma kritiċi għall-ekonomija ta’ Malta (eż. telf ta’ dħul minn turiżmu orjentat lejn in-natura u agrikoltura) u l-kwalità tal-ħajja. Malta kellha l-ogħla teħid tal-art ( 54 ) fiż-ŻEE39 matul il-perjodu 2012-2018 (ŻEE, 2019b), l-aktar minħabba l-estrazzjoni u t-tifrix urban. Id-data dwar il-kostruzzjoni turi żieda konsiderevoli (ittripplar fil-perjodu bejn l-2013 u l-2018) fl-għadd ta’ approvazzjonijiet tal-bini fuq art verġni. Il-konverżjoni ta’ żoni naturali f’użu tal-art, inkluż f’żoni mibnija, qed thedded il-bijodiversità u jista’ jkollha wkoll impatti ekonomiċi negattivi (eż. it-telf ta’ dħul mit-turiżmu ekoloġiku u mill-agrikoltura). L-amministrazzjoni tal-art ta’ kwalità għolja hija essenzjali biex jiġi indirizzat it-tħassib ambjentali, iżda l-amministrazzjoni tal-art tidher li hija ta’ kwalità relattivament modesta f’Malta (Forum Ekonomiku Dinji, 2019). L-inizjattivi tal-afforestazzjoni li għaddejjin bħalissa u l-iskemi ta’ tħawwil ta’ siġar (b’mod partikolari dawk meħtieġa bħala parti mill-approvazzjoni tal-ippjanar) huma mistennija li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-art u l-kwalità tal-arja. Barra minn hekk, l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-bijodiversità stabbilew 19-il mira nazzjonali li għandhom jintlaħqu sal-2020 biex jappoġġaw il-wirt naturali ta’ Malta. Turiżmu ppjanat u ġestit tajjeb f’żoni naturali, speċjalment f’Għawdex, għandu potenzjal sinifikanti biex jiġġenera dħul u impjiegi.

Id-dipendenza qawwija fuq sorsi tal-enerġija esterni, in-nuqqas ta’ riżorsi naturali u l-ispazju limitat li jista’ jintuża jikkontribwixxu għall-bżonn ta’ soluzzjonijiet innovattivi, iżda fl-istess ħin jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari aktar diffiċli. Malta ppjanat azzjonijiet biex tnaqqas l-ammont tal-iskart iġġenerat u li jmur fil-miżbliet. Il-miżuri rilevanti biex dan jinkiseb jinkludu: (i) faċilità ta’ enerġija mill-iskart; (ii) sistema ta’ ġbir għas-separazzjoni tal-karta, il-metall, il-plastik, il-kartun u l-bijoskart; u (iii) faċilità ta’ rkupru tal-materjal biex jinġabru flussi ta’ skart differenti għat-tħejjija u l-ħażna. Il-gvern qed jippjana li jimplimenta dawn il-miżuri fuq perjodu ta’ erba’ snin, u huma mistennija jgħinu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Madankollu, l-ippjanar tal-kapaċità ta’ installazzjonijiet bħal dawn jeħtieġ approċċ prudenti, peress li dawn il-faċilitajiet għandhom ħajja twil u kostijiet kapitali għoljin. Għalhekk, biex ikunu ekonomikament vijabbli hemm bżonn li joperaw qrib il-kapaċità sħiħa tagħhom. Id-distakki li fadal biex iċ-ċirkolarità tal-ekonomija Maltija tissaħħaħ jinkludu: (i) l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġbir separat (li min-naħa tagħhom jippermettu riċiklaġġ aħjar fil-pajjiż); u (ii) skemi riveduti tar-responsabbiltà tal-produttur biex itejbu l-effikaċja, jiġbru data ta’ kwalità tajba, u jiżguraw li l-produtturi jissodisfaw il-miri ta’ riċiklaġġ tagħhom. L-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni żdied għal aktar minn 2,2 miljun tunnellata fl-2017 (żieda minn 1,3 miljun tunnellata fl-2016); 56 % ta’ dan ġie mirdum u 19 % tiegħu intrema fil-baħar ( 55 ). Il-gvern nieda konsultazzjoni pubblika għal Strateġija tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u d-Demolizzjoni għal Malta 2020 – 2025 bil-għan li l-ekonomija ta’ Malta ssir aktar ċirkolari billi tittratta l-iskart tal-kostruzzjoni bħala riżorsa. L-indirizzar ta’ dawn l-isfidi jista’ jwassal għal progress fl-SDG 12.

Kaxxa 3.5.4: L-implikazzjonijiet tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali tas-settur tad-djar f’Malta

Malta qed tesperjenza tkabbir b’saħħtu fid-domanda u l-provvista tad-djar. Il-popolazzjoni Maltija kibret malajr b’mod eċċezzjonali (17%), fl-aħħar għaxar snin. Din iż-żieda kienet akkumpanjata minn żieda saħansitra akbar fl-għadda ta’ unitajiet domestiċi (36,6 %), li xprunat id-domanda għall-akkomodazzjoni. Il-bidliet fl-istrutturi tal-familji naqqsu d-daqs medju tal-unitajiet domestiċi (minn 2,9 persuni għal 2,5 persuni f’10 snin), filwaqt li l-għadd ta’ unitajiet domestiċi b’persuna waħda żdied b’aktar mid-doppju. Iż-żieda fid-domanda għall-akkomodazzjoni kienet sostnuta minn espansjoni mgħaġġla fil-provvista tad-djar, b’mod partikolari mill-2015 ’il quddiem, b’żieda annwali ta’ 50 % f’approvazzjonijiet ta’ unitajiet ta’ residenza bejn l-2015 u l-2018.

Il-bidliet demografiċi u soċjali joħolqu pressjoni fuq is-suq tal-kiri. Għalkemm Malta għadha pajjiż tas-sidien tad-djar (81,2 % tal-popolazzjoni huma s-sidien tad-dar tagħhom), is-sehem tal-popolazzjoni li tikri bil-prezz tas-suq f’Malta żdied b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin (minn 2,1 % fl-2011 għal 6,8 % fl-2018). Din iż-żieda hija dovuta għal tkabbir demografiku u għal influssi kbar ta’ migranti li primarjament ifittxu akkomodazzjoni temporanja. Min jikri għandu firxa ta’ dħul dejjem aktar diversa, u l-provvista tal-kiri attwali ma tissodisfax id-domanda għal unitajiet orħos u iżgħar. Dan huwa, parzjalment, minħabba li l-istandards tal-kostruzzjoni attwali jimponu daqs minimu relattivament kbir għal abitazzjonijiet ġodda. Pereżempju, hemm nuqqas ta’ proprjetajiet disponibbli għall-kiri bi prezz ta’ anqas minn EUR 1 000 fix-xahar, u l-proprjetajiet għal anqas minn EUR 600 fix-xahar huma limitati ħafna. Min-naħa l-oħra, kien hemm provvista eċċessiva ta’ proprjetajiet fil-kategorija tan-nofs tal-firxa tal-prezzijiet bi prezz bejn EUR 1 000 u EUR 2 000 (MDA, 2019).

Iż-żieda fid-domanda għall-kiri u ż-żieda fil-livelli tal-kera jqajmu tħassib dwar l-aċċess u l-affordabbiltà għall-familji vulnerabbli. Il-koppji żgħażagħ u l-persuni waħedhom, inklużi l-ġenituri waħedhom, huma fost l-unitajiet domestiċi bl-aktar ċans li jikru u li jiffaċċjaw iż-żieda fil-prezzijiet tal-kiri. 18,5 % tal-persuni waħedhom issa jikru bil-prezz tas-suq, imqabbla ma’ 6,8 % għall-popolazzjoni totali. Is-sehem tal-kera mid-dħul disponibbli tal-unitajiet domestiċi b’persuni li jikru ilu jiżdied b’mod kostanti għal dawn l-aħħar għaxar snin, minn 4,6 % fl-2008 għal 7,7 % fl-2018, għalkemm għadu sew taħt il-medja tal-UE (24,7 %). L-akkwist ta’ proprjetajiet affordabbli qed isir dejjem aktar diffiċli, b’mod partikolari għal min jixtri l-ewwel darba, problema li tista’ żżid id-domanda fis-settur tal-kiri privat.

Malta ħadet sensiela ta’ miżuri biex tindirizza dawn l-isfidi. Il-liġi dwar ir-riforma tal-kera li ġiet adottata fl-2019 għandha l-għan li tindirizza n-nuqqas ta’ sistema tal-kiri regolari u qafas legali xieraq. Malta introduċiet ukoll benefiċċju għall-akkomodazzjoni affordabbli biex tappoġġa lil min jikri, u toffri għajnuna finanzjarja lix-xerrejja li għandhom aktar minn 40 sena permezz ta’ skema ta’ “ekwità kondiviża”. Qed titħejja wkoll skema ta’ ekwità kondiviża għaż-żgħażagħ. Il-gvern ħabbar ukoll il-bini ta’ 1 700 unità ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-2019. Fl-2020, Malta qed tippjana li tabbozza Strateġija Nazzjonali għall-Akkomodazzjoni, li se tinkludi dimensjoni tas-sostenibbiltà, u qed tikkunsidra tadotta politika nazzjonali tal-akkomodazzjoni aktar komprensiva.

L-indirizzar tat-tħassib ambjentali għadu kruċjali biex jiġi żgurat suq tal-akkomodazzjoni sostenibbli. Għalkemm jirrappreżenta sors importanti ta’ tkabbir ekonomiku, is-settur tad-djar jippreżenta wkoll għadd ta’ esternalitajiet negattivi (l-użu tal-art, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-konsum tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart, fost oħrajn) li jistgħu jħallu impatt sever fuq is-sostenibbiltà ambjentali. L-għadd ta’ approvazzjonijiet ta’ unitajiet ta’ residenza fuq art verġni (madwar 33 % tat-total fl-2018) żdied b’mod parallel mal-approvazzjonijiet totali tal-unitajiet ta’ residenza, u fl-2018 kien erba’ darbiet ogħla milli fl-2014. Il-proġetti ta’ kostruzzjoni qed isiru wkoll regolarment f’żoni li ma ġewx allokati għall-iżvilupp, u b’hekk jinħoloq effett kumulattiv maż-żmien. Madankollu, it-tkabbir kbir fi proġetti ġodda ta’ kostruzzjoni (madwar 5 % fis-settur residenzjali u 7 % fis-settur mhux residenzjali), joħloq opportunitajiet sinifikanti biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tas-settur. Pereżempju, il-prestazzjoni tal-enerġija tista’ tittejjeb billi jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi kostottimali u jiġi adottat standard aktar ambizzjuż bi kważi l-ebda emissjoni għal bini ġdid.

Ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti u skemi ta’ taħriġ immirati jistgħu jgħinu fit-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. Ir-rati baxxi ta’ rinnovazzjoni ta’ Malta jirriżultaw f’nuqqas ta’ ffrankar tal-enerġija. In-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-kostruzzjoni jwassal għal kompetenza limitata fl-effiċjenza fl-enerġija. Il-proġett ZEROCO2, iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali minn Interreg Europe, stabbilixxa programmi ta’ taħriġ għal periti u inġiniera u żied l-iskemi ta’ għotjiet għal ħiters tal-ilma solari. Aktar fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jistgħu: (I) jipprovdu inċentivi fiskali għal kuntratturi li jibnu skont standards tal-effiċjenza għoljin, b’enfasi speċjali fuq l-iżolament termiku tas-sajf; (ii) jestendu proġetti ta’ pannelli solari għas-settur residenzjali; u (iii) jużaw fondi tar-R&I biex jiżviluppaw l-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija.

Ittieħdu passi biex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-settur tal-bini. Matul żminijiet ta’ attività tal-bini b’saħħitha, l-infurzar tal-kodiċijiet u l-kunsiderazzjoni ta’ fatturi ta’ sostenibbiltà huwa kruċjali. Dan għaliex l-istokk tal-bini l-ġdid se jibqa’ fil-biċċa l-kbira l-istess matul ġenerazzjoni. Bl-istess mod, il-manutenzjoni regolari hija essenzjali għall-binjiet eżistenti u għal sistemi ta’ tisħin u tkessiħ. Il-baġit għall-2020 ppropona sorveljanza regolatorja aktar b’saħħitha fis-settur tal-kostruzzjoni. Bħalissa qed tiġi stabbilita l-Awtorità Maltija tal-Kostruzzjoni u l-Bini biex tiżgura l-ġestjoni u r-regolamentazzjoni konsistenti tas-settur tal-kostruzzjoni, li qabel kien soġġett għal leġiżlazzjoni frammentata.

Anness A: Tabella b’ħarsa kumplessiva

Impenji

Valutazzjoni sommarja( 56 )

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2019 (CSRs)

CSR 1: Tiżgura s-sostenibbiltà fiskali tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet, inkluż billi tillimita l-irtirar bikri u taġġusta l-età statutorja tal-irtirar minħabba li huwa mistenni li l-istennija tal-għomor tiżdied.

Malta ma għamlet l-Ebda Progress fl-indirizzar tas-CSR 1:

Fir-rigward tas-sistema tal-pensjonijiet, l-adegwatezza tal-livell medju tal-pensjonijiet hija konformi mal-medja tal-UE u l-miżuri biex iżidu l-impjieg ta’ koorti ta’ età akbar, kif ukoll l-inċentiv lin-nies biex itawlu l-ħajja tax-xogħol tagħhom huma passi fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, in-nefqa pubblika fuq il-pensjonijiet mhijiex sostenibbli fit-tul, fin-nuqqas ta’ azzjoni ulterjuri bħar-restrizzjoni tal-irtirar kmieni u/jew l-aġġustament tal-età statutorja tal-irtirar. Barra minn hekk, iż-żieda addizzjonali fil-ġimgħa ta’ EUR 3,51 fil-pensjonijiet pubbliċi mħabbra fil-baġit tal-2020 hija vvalutata bħala azzjoni li żżid il-pressjoni fuq in-nefqa pubblika fuq il-pensjonijiet fit-tul, anke jekk il-benefiċċji potenzjali minn projezzjonijiet aktar għolja tal-popolazzjoni jimmaterjalizzaw, u għalhekk, ma tindirizzax il-problema ta’ sostenibbiltà mqajma mis-CSR tal-2019. Fir-rigward tal-politiki tal-kura tas-saħħa, qed jinbnew żewġ ċentri reġjonali tal-kura primarja b’servizzi ta’ kura ta’ emerġenza u qed isiru investimenti biex jespandu l-użu tas-saħħa elettronika gradwalment, u li b’hekk joħolqu l-bażi għar-restrizzjoni tal-ammissjonijiet fl-isptar li ma jkunux iġġustifikati u l-użu ta’ kura ta’ emerġenza fl-isptar. Il-kapaċitajiet ta’ kura fit-tul (LTC) istituzzjonali jew ibbażata fid-dar qed jiġu estiżi u dan jista’ jnaqqas it-tul tas-soġġorn fil-kliniċi ġerjatriċi. Madankollu, ir-riżultati konkreti ta’ dawn il-potenzjali ta’ effiċjenza u l-impatt tagħhom fuq is-sostenibbiltà fiskali fit-tul se jkunu jidhru biss fi ftit snin.

CSR 2: Tindirizza l-karatteristiċi fis-sistema tat-taxxa li jistgħu jiffaċilitaw ippjanar aggressiv tat-taxxa minn individwi u kumpaniji multinazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ pagamenti diretti ’l barra mill-pajjiż. Issaħħaħ il-qafas globali ta’ governanza, inkluż billi tkompli l-isforzi biex tinkixef il-korruzzjoni u jinfetħu kawżi għall-każijiet ta’ korruzzjoni. Tkompli bil-progress li qed isir dwar it-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, b’mod partikolari rigward l-infurzar. Issaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, b’mod partikolari s-salvagwardji għall-ħatriet ġudizzjarji u għas-sensji, u tistabbilixxi servizz ta’ prosekuzzjoni separat.

Malta għamlet Progress Limitat fl-indirizzar tas-CSR 2:

Tindirizza l-karatteristiċi fis-sistema tat-taxxa li jistgħu jiffaċilitaw ippjanar aggressiv tat-taxxa minn individwi u kumpaniji multinazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ pagamenti diretti ’l barra mill-pajjiż.

L-Ebda Progress L-evidenza ekonomika tissuġġerixxi li r-regoli tat-taxxa ta’ Malta qed jintużaw għal skopijiet ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. B’mod speċifiku, ir-regoli bħan-nuqqas ta’ taxxi f’ras il-għajn u t-tfassil tal-iskemi ta’ Malta ta’ ċittadinanza u ta’ residenza tal-investituri huma kawżi ta’ tħassib. Minbarra t-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE f’dan il-qasam, li mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw it-tħassib eżistenti, ma tħabbru l-ebda riformi addizzjonali.

Issaħħaħ il-qafas globali ta’ governanza, inkluż billi tkompli l-isforzi biex tinkixef il-korruzzjoni u jinfetħu kawżi għall-każijiet ta’ korruzzjoni.

Progress Limitat Ir-riżorsi tal-pulizija qed jitjiebu. Madankollu, jeħtieġ li l-isforzi biex tinkixef il-korruzzjoni u biex jinfetħu kawżi għall-każijiet ta’ korruzzjoni jissaħħu aktar sabiex jiġi ssodisfat it-tħassib.

Tkompli bil-progress li qed isir dwar it-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, b’mod partikolari rigward l-infurzar.

Xi Progress Inkiseb xi progress fit-tisħiħ tal-infurzar tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus. Il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għamlet progress sostanzjali fit-tisħiħ tal-kapaċità superviżorja tagħha. Iż-żieda fir-riżorsi umani u l-implimentazzjoni ta’ approċċ għas-superviżjoni bbażat fuq ir-riskju diġà taw riżultati tajbin. Ittieħdu wkoll passi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-FIAU u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (l-MFSA) iżda l-prattika tal-MFSA ta’ internalizzazzjoni ta’ konsulenza privata għal kompiti superviżorji hija ta’ tħassib. Diġà ttieħdu passi biex jiġu indirizzati r-riskji tal-logħob tal-azzard remot permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-FIAU u l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob, filwaqt li qed issir valutazzjoni tal-esponiment għar-riskju ta’ assi virtwali. Fl-istess ħin, inkiseb progress limitat rigward l-infurzar ta’ miżuri ripressivi kontra l-Ħasil tal-Flus. Filwaqt li għaddejja riforma fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Finanzjarja fi ħdan il-pulizija, inkluża żieda riċenti fir-riżorsi umani, ir-riżultati għadhom ma mmaterjalizzawx. Il-kisbiet f’termini ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni għall-ħasil tal-flus u reati relatati għadhom limitati.

Issaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, b’mod partikolari s-salvagwardji għall-ħatriet ġudizzjarji u għas-sensji, u tistabbilixxi servizz ta’ prosekuzzjoni separat.

Progress Limitat. Il-gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jindirizza l-kwistjoni iżda sa issa għadhom ma ttiħdux miżuri konkreti dwar il-ħatra u s-sensja tal-imħallfin. Dwar is-servizzi tal-Prosekuzzjoni, il-gvern ħa passi biex joħloq servizz ta’ prosekuzzjoni awtonomu, bl-adozzjoni tal-Att dwar l-Avukat tal-Istat f’Lulju 2019. Din il-leġiżlazzjoni għandha l-għan li tissepara r-rwol doppju li għandu l-Avukat Ġenerali bħala l-prosekutur pubbliku primarju u l-konsulent primarju tal-gvern fi kwistjonijiet legali. Madankollu, ir-riforma mhijiex biżżejjed biex tissodisfa t-tħassib eżistenti fir-rigward tal-funzjonament indipendenti, l-effikaċja u r-responsabbiltà tas-servizzi tal-prosekuzzjoni. Għad hemm tħassib dwar is-sistema ta’ ekwilibriju ta’ setgħat fil-proċedura tal-ħatra tal-Avukat Ġenerali, li fil-prattika jibqgħu taħt is-setgħa esklużiva tal-Prim Ministru.

CSR 3: Tiffoka l-politika ekonomika, marbuta mal-investiment, fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, it-trasport sostenibbli, it-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi.

Malta għamlet Xi Progress biex tindirizza s-CSR 3:

Tiffoka l-politika ekonomika marbuta mal-investiment fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni,

Xi Progress Bl-għajnuna tal-FSIE, il-gvern investa f’infrastrutturi ta’ riċerka bil-għan li titjieb il-kapaċità tat-tagħlim u tar-riċerka tas-settur pubbliku. Bħalissa qed titħejja l-Istrateġija Nazzjonali tar-R&I għal wara l-2020, l-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti qed tiġi aġġornata u l-Istrateġija Nazzjonali tal-IA tnediet fil-ħarifa tal-2019. Ir-riżultati ta’ dawn il-politiki għandhom jiġu evalwati fis-snin li ġejjin.

ġestjoni tar-riżorsi naturali,

Xi Progress Fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilma, il-proġett ‘Net Zero-Impact Utility’ huwa mistenni li jwassal għal titjib olistiku fis-settur tal-ilma f’termini ta’ sigurtà tal-provvista, il-kwalità, il-konservazzjoni tal-ilma tal-pjan u l-effiċjenza tal-operat. It-trattament tal-ilma mormi f’Malta ġie kkonfrontat bir-rimi ta’ demel tal-irziezet fis-sistemi tal-ġbir. Dan ikkawża problema ta’ kapaċità iżda wkoll ta’ trattament, peress li t-teknoloġija tal-ilma urban mormi mhijiex adattata għal dan it-tip ta’ skart. L-awtoritajiet Maltin irrappurtaw progress dwar dan, billi ħadu miżuri biex jisseparaw iż-żewġ flussi ta’ ilma mormi, u b’hekk jipprovdu alternattiva għall-bdiewa. Il-problema ġiet irrappurtata li ġiet solvuta għal Għawdex u Malta fl-2020 - se jiġu stabbiliti faċilitajiet separati għall-ġestjoni tal-iskart tal-irziezet sa Marzu, u mbagħad l-aċċess għas-sistema ta’ ġbir tal-ilma urban mormi se jingħalaq għall-bdiewa sal-ħarifa. Id-demel solidifikat se jmur lura għand il-bdiewa bħala fertilizzant, u l-likwidu jinbidel f’ilma tat-tisqija. B’mod parallel, qed isiru xogħlijiet biex titjieb il-kapaċità/teknoloġija għall-impjanti fin-Nofsinhar u fit-Tramuntana tal-gżira ta’ Malta. Ittieħdu xi miżuri li għandhom l-għan li jottimizzaw il-ġestjoni tal-ilma tax-xita skulat permezz ta’ inizjattivi għall-ġestjoni tal-widien u għall-iżvilupp ta’ faċilitajiet tal-ħżin fuq il-post, b’mod partikolari bil-għan li jindirizzaw id-domanda tas-settur agrikolu. Qed jiġu indirizzati wkoll l-infiltrazzjonijiet tal-ilma tal-baħar. L-enerġija solari tibqa’ sors predominanti ta’ enerġija rinnovabbli f’Malta. Valutazzjoni tal-potenzjal tekniku ta’ Malta għall-enerġija fotovoltajka solari saret mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma fl-2018. Il-valutazzjoni tal-potenzjal tekniku tindika li l-iskjerament fotovoltajku wara l-2020 se jkun limitat ħafna għal bjut xierqa fis-setturi residenzjali, kummerċjali u industrijali, kif ukoll għal għadd żgħir ta’ sistemi mmuntati fuq l-art. Ix-xejriet tal-iżvilupp u tal-kostruzzjoni sostnuti minn tkabbir ekonomiku qawwi jwasslu għal żieda fl-għadd ta’ bjut li jitqiesu mhux xierqa għal installazzjonijiet fotovoltajċi.

L-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija,

Xi Progress Il-progress għadu limitat fir-rigward tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika, b’mod partikolari fis-setturi tat-trasport u tal-bini. B’mod partikolari, is-settur tal-abitazzjoni jiġġenera għadd ta’ fatturi esterni negattivi, inkluż dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-iskart, mit-tisħin u mit-tkessiħ. Minħabba r-rati għolja ta’ tkabbir kemm fis-settur residenzjali kif ukoll f’dak mhux residenzjali, iridu jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-enerġija u, l-aktar ħaġa importanti, infurzati b’mod rigoruż. Fis-6 ta’ Mejju 2019, ġiet organizzata laqgħa ta’ diskussjoni dwar il-Finanzjament tal-Effiċjenza Enerġetika f’Malta bi sħubija mal-Inizjattiva tan-NU dwar il-Finanzjament Ambjentali u l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ta’ Malta. Dan l-avveniment wera diversi ostakoli strutturali fis-settur tal-bini f’Malta, il-bżonnijiet ta’ investiment u r-riformi meħtieġa biex tingħata spinta lir-rati ta’ rinnovazzjoni u titqajjem kuxjenza fl-iżvilupp ta’ proġetti u programmi ta’ investiment fl-enerġija sostenibbli. Fil-qafas tal-Inizjattiva għall-Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti, il-Bank Ewropew tal-Investiment (il-Grupp approva u ffirma ftehim ta’ EUR 12-il miljun ma’ Malta bl-użu tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Id-deċiżjoni li jsir użu mill-mekkaniżmu tat-trasferiment statistiku biex jingħalaq id-distakk lejn il-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-2020 hija meqjusa bħala titjib tajjeb. Peress li l-identifikazzjoni preċiża tal-modi għal dan it-trasferiment statistiku (jiġifieri l-Istati Membri minn fejn għandu jiġi s-sors tat-trasferiment statistiku) bħalissa mhijiex pprovduta, l-ilħiq tal-mira tal-enerġija rinnovabbli tal-2020 jibqa’ inċert. Skont ir-“Rapport ta’ Twissija Bikrija”, Malta hija meqjusa f’riskju li ma tilħaqx il-mira ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali tal-2020 ta’ 50%. Id-dipendenza qawwija fuq ir-rimi tal-iskart mhijiex konformi mal-miri tal-UE u hija pressjoni bla bżonn fuq l-art limitata tagħha. Saret Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni għal Malta 2020-2025. Din l-istrateġija għandha l-għan li tagħmel l-ekonomija aktar ċirkolari billi tittratta l-iskart tal-kostruzzjoni bħala riżorsa. Fil-preżent Malta rreġistrat żieda fir-rata tar-riċiklaġġ tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni u trawwem l-użu mill-ġdid ta’ materjali biex iżżommhom milli jidħlu f’dan il-fluss ta’ skart.

It-trasport sostenibbli, it-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku u

Progress Limitat Malta hija bbażata fuq it-trasport bit-triq, u t-trasport marittimu intern huwa alternattiva potenzjali, għalkemm limitata. F’konformità mal-Pjan Nazzjonali tat-Trasport tal-2025, l-investiment jiffoka fuq għadd ta’ miżuri biex tiġi mħeġġa bidla modali mill-karozza privata għal trasport kollettiv sostenibbli u alternattiv b’livell baxx ta’ karbonju permezz tal-użu ta’ konnessjonijiet bil-lanċa għall-ivvjaġġar f’Malta. Hemm xi promozzjoni ta’ inċentivi biex jitnaqqas l-użu ta’ vetturi privati f’tentattiv biex titnaqqas il-konġestjoni, li tibqa’ l-kwistjoni ewlenija tat-trasport. L-inċentivi qed imorru wkoll għaċ-ċikliżmu, l-elettrifikazzjoni tal-karozzi, is-sistemi ta’ trasport intelliġenti fil-Pjanijiet ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs). Filwaqt li l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq jibqa’ prijorità tal-Gvern, mhuwiex ċar kemm il-proġetti ppjanati tat-toroq se jikkontribwixxu biex jippermettu bidla modali u l-espansjoni ferm meħtieġa tal-offerti tat-trasport pubbliku u t-titjib fl-affidabbiltà tal-karozzi tal-linja. Miżura importanti meħuda mill-awtoritajiet Maltin hi dik tal-adozzjoni ta’ riforma fis-servizz tat-trasport pubbliku. Din is-sena, it-trasport pubbliku b’xejn ġie estiż biex jinkludi tfal ta’ bejn l-14 u l-20 sena u studenti full-time ikbar minn 20 sena. Mill-2020, it-trasport pubbliku b’xejn qed jiġi estiż għal persuni li għandhom ’il fuq minn 75 sena. Ma hemm l-ebda valutazzjoni affidabbli tal-impatt ta’ miżuri ġodda tat-trasport skont il-Master Plan tat-Trasport fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. L-istudji li għaddejjin bħalissa fuq sistema ta’ tranżitu rapida u l-eliminazzjoni gradwali tal-magni ta’ kombustjoni interna huma sinjali promettenti. L-introduzzjoni ta’ miżuri li jippromwovu aktar l-użu ta’ fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport hija meqjusa bħala żvilupp pożittiv.

L-edukazzjoni inklużiva u t-taħriġ.

Xi Progress Sar xi progress biex l-edukazzjoni ssir aktar inklużiva għal kulħadd. Fl-2019 ġew ippubblikati politika dwar l-edukazzjoni inklużiva fl-iskejjel u qafas edukattiv inklużiv nazzjonali. Madankollu, għad irid isir progress biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-politika l-ġdida fost u fi ħdan l-iskejjel. Ġew stabbiliti programmi ta’ induzzjoni għal studenti li jkunu għadhom kif waslu li ma jistgħux jikkomunikaw bil-Malti jew l-Ingliż. Malta talbet ukoll appoġġ tekniku mill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-Migrant Learners’ Unit. Għad iridu jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu d-differenzi fir-riżultati tal-istudenti bejn tipi differenti ta’ skejjel. Għalkemm ġew irreġistrati riżultati pożittivi, bħat-tnaqqis fir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ u żieda f’dawk b’edukazzjoni terzjarja, il-livelli komparattivament għoljin ta’ nfiq mhux qed iwasslu għal riżultati edukattivi aħjar għal kulħadd. Ir-riżultati tal-edukazzjoni huma ġeneralment aktar baxxi fit-tqabbil tal-UE u dan jissuġġerixxi xi sfidi fl-effiċjenza tal-infiq. Malta tejbet ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol kemm tal-ETV inizjali kif ukoll ta’ dak kontinwu. Minkejja l-impjegabbiltà għolja tal-gradwati tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u l-miżuri importanti implimentati f’dawn l-aħħar snin, it-teħid tal-ETV għadu baxx. Malta żiedet ukoll l-offerta tagħha ta’ titjib tal-ħiliet u ta’ tagħlim għall-adulti, iżda t-teħid tagħha għadu baxx, speċjalment għall-SMEs, minkejja l-fatt li s-sehem ta’ adulti b’livell baxx ta’ ħiliet huwa għoli u li min iħaddem jirrapporta diffikultajiet fir-reklutaġġ u ż-żamma tal-forza tax-xogħol imħarrġa tajjeb.

Ewropa 2020 (miri nazzjonali u progress)

Il-mira tar-rata ta’ impjieg stabbilita fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma: 70 %

Fl-2018, ir-rata ta’ impjieg kienet ta’ 75,5%.

Il-mira stabbilita tar-R&Ż fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma: 2 % tal-PDG

Il-mira stabbilita mhux se tintlaħaq, in-nefqa totali tar-R&Ż kienet biss 0,55% tal-PDG fl-2018 u naqset mill-2012. Is-sistema ta’ R&I nieqsa mill-appoġġ pubbliku u privat kemm f’termini ta’ investiment kif ukoll f’termini ta’ dedikazzjoni f’dan il-qasam.

Il-mira nazzjonali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra: +5% fl-2020 imqabbel mal-2005 (f’setturi barra mill-ambitu tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet)

Fl-2020, l-emissjonijiet huma projettati li jkunu 32 % ogħla mil-livell tal-2005. B’hekk, Malta mhix se tilħaq il-mira tal-2020.

il-mira (interim) tal-2018: +5% imqabbel mal-2005: Fl-2018, l-emissjonijiet kienu 32 % ogħla mil-livell tal-2005.

Il-mira għall-enerġija rinnovabbli 2020: 10 % tal-konsum gross finali tal-enerġija

Malta għamlet progress lejn il-mira tal-enerġija rinnovabbli għall-2020, u laħqet 8 % fl-2018 (ipprojettata li tilħaq sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 9,3 % sa tmiem l-2020). Madankollu, hija tistima li hija kemxejn ’il bogħod mis-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ta’ 10 % meħtieġ u għalhekk se tikkunsidra tagħmel użu minn importazzjonijiet ta’ bijofjuwil u trasferimenti statistiċi (kif indikat mill-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima ppreżentat f’Diċembru 2019).

Effiċjenza enerġetika, miri tal-konsum tal-enerġija għall-2020:

Il-mira ta’ Malta tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 hija ta’ 0,823 Mtoe, espressa f’konsum ta’ enerġija primarja (0,623 Mtoe espressa f’konsum finali tal-enerġija)

Il-progress għadu limitat fir-rigward tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika.

Iż-żieda qawwija fil-popolazzjoni u fil-PDG, id-domanda fis-suq tad-djar u t-tkabbir fit-turiżmu qed jikkontribwixxu għal żieda fil-konsum tal-enerġija primarja kif ukoll il-konsum finali tal-enerġija.

Għalkemm Malta rnexxielha tnaqqas il-konsum tal-enerġija primarja tagħha sal-2016 (minn 0,916 Mtoe fl-2005 li tela’ għal 0,970 Mtoe fl-2012 u mbagħad naqas għal 0,723 Mtoe fl-2016), l-indikaturi għall-2017 u l-2018 għal darb’oħra juru tendenza ta’ żieda (0,8 Mtoe skont Eurostat).

Il-konsum finali tal-enerġija ilu jiżdied kontinwament matul l-aħħar snin (laħaq 0,7 Mtoe fl-2018, skont Eurostat), u t-trasport jibqa’ s-settur li jikkonsma l-aktar. Skont il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima, Malta mhijiex fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2020.

Il-mira tat-tluq bikri mill-iskola/taħriġ: 10 %

Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar, Malta għadha ’l bogħod mill-mira, bi tluq bikri mill-iskola ta’ 17,4 % fl-2018.

Il-mira tal-edukazzjoni terzjarja: 33 % tal-popolazzjoni fl-età ta’ bejn it-30 u l-34 sena.

Malta laħqet il-mira ta’ 34,7 % tal-popolazzjoni ta’ bejn it-30 u l-34 sena li temmew l-edukazzjoni terzjarja fl-2018.

Il-mira għat-tnaqqis tal-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, espressa bħala numru assolut ta’ persuni: 6,560 (sena bażi 2010: 2,008).

Fl-2018, 89 000 persuna kienu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali. F’termini assoluti, dan jinvolvi 9 000 persuna aktar milli fl-2008, iżda 10,000 inqas mill-2015. Dan jirrappreżenta sehem ta’ 19 % tal-popolazzjoni totali.

Anness B: Analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-Kummissjoni u riskji fiskali

Anness C: C. Tabelli Standard

Tabella C.1:L-indikaturi tas-suq finanzjarju

(1) L-aħħar data tal-Q3 2019. Tinkludi mhux biss il-banek iżda l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji kollha bl-esklużjoni tal-banek ċentrali.
(2) L-aħħar
data tal-Q2 2019.
(3) Il-valuri ta’ kull kwart mhumiex annwalizzati.

* Imkejjel f’punti bażi.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea (rati tal-imgħax fit-tul); Il-Bank Dinji (dejn estern gross); Eurostat (dejn privat); BĊE (l-indikaturi l-oħra kollha).

Tabella C.2:L-indikaturi Prinċipali tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali

(1) Persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE): l-individwi li huma fir-riskju tal-faqar (AROP) u/jew li qed ibatu minn privazzjoni materjali estrema u/jew li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità żero jew baxxa ħafna tax-xogħol.
(2) Il-persuni qiegħda huma dawk kollha li ma kinux impjegati iżda kienu qed ifittxu x-xogħol b’mod attiv u kienu lesti li jibdew jaħdmu immedjatament jew fi żmien ġimagħtejn.

(3) Id-dħul disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi huwa ddefinit f’termini mhux aġġustati, skont l-abbozz tar-rapport konġunt dwar l-impjiegi tal-2019.

(4) Tnaqqis fil-perċentwal tar-rata ta’ riskju tal-faqar, minħabba trasferimenti soċjali (ikkalkulat bit-tqabbil tar-rati ta’ riskju tal-faqar qabel it-trasferimenti soċjali ma’ dawk ta’ wara t-trasferimenti; il-pensjonijiet mhumiex meqjusa bħala trasferimenti soċjali fil-kalkolu).

(5) Il-medja tal-ewwel tliet kwarti tal-2019 għar-rata tal-impjiegi, ir-rata tal-qgħad u d-diskrepanza bejn is-sessi fl-impjiegi.

Sors: Eurostat

Tabella C.3:L-indikaturi tal-edukazzjoni u tas-suq tax-xogħol

* Indikatur mhux fit-tabella ta’ valutazzjoni
(1) Il-persuni qiegħda fit-tul huma persuni li ilhom qiegħda għal mill-anqas 12-il xahar.

(2) Differenza bejn il-medja tal-qligħ gross fis-siegħa tal-impjegati rġiel imħallsa u tal-impjegati nisa mħallsa bħala perċentwal tal-medja tal-qligħ gross fis-siegħa tal-impjegati rġiel imħallsa. Huwa definit bħala “mhux aġġustat”, peress li ma jikkoreġix għad-distribuzzjoni ta’ karatteristiċi individwali (u b’hekk jagħti stampa kumplessiva tal-inugwaljanza bejn is-sessi f’termini ta’ pagi). Huma inklużi l-impjegati kollha li jaħdmu f’kumpaniji b’10 impjegati jew aktar, mingħajr restrizzjonijiet ta’ età u sigħat maħduma.

(3) Ir-riżultati tal-PISA (OECD) għal prestazzjoni baxxa fil-matematika għat-tfal ta’ 15-il sena.

(4) L-impatt tal-istatus soċjoekonomiku u kulturali fuq il-punteġġi tal-PISA (OECD).

(5) Il-medja tal-ewwel tliet kwarti tal-2019. Id-
data għar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hija aġġustata skont l-istaġun.

Sors: Eurostat, OECD

Tabella C.4:L-indikaturi tal-inklużjoni soċjali u tas-saħħa

* Indikatur mhux fit-tabella ta’ valutazzjoni
(1) Rata ta’ riskju ta’ faqar (AROP): il-proporzjon ta’ nies b’introjtu disponibbli ekwivalizzat taħt is-60 % tal-introjtu medjan nazzjonali ekwivalizzat.

(2) Il-proporzjon ta’ persuni li jesperjenzaw mill-inqas erbgħa mill-forom ta’ deprivazzjoni li ġejjin: ma jkunux jistgħu jaffordjaw li i) iħallsu l-kera jew il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom, ii) iżommu d-dar tagħhom adegwatament imsaħħna, iii) jiffaċċjaw spejjeż mhux mistennija, iv) jieklu laħam, ħut jew ekwivalenti tal-proteina darba kull jumejn, v) igawdu ġimgħa vaganzi ’l bogħod mid-dar darba fis-sena, vi) ikollhom karozza, vii) ikollhom magna tal-ħasil, viii) ikollhom TV bil-kulur, jew ix) ikollhom telefown.

(3) Il-perċentwal tal-popolazzjoni totali li tgħix f’abitazzjonijiet iffullati u li turi privazzjoni ta’ abitazzjoni.

(4) Persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna ta’ xogħol: il-proporzjon tal-persuni fl-età ta’ 0-59 sena li jgħixu f’unitajiet domestiċi fejn l-adulti (esklużi tfal dipendenti) jkunu ħadmu anqas minn 20 % tal-ħin tax-xogħol potenzjali totali tagħhom matul it-12-il xahar preċedenti.

(5) Il-proporzjon tal-medjan tal-pensjonijiet grossi individwali ta’ persuni bejn il-65 u l-74 sena mqabbel mal-medjan tal-qligħ gross individwali ta’ persuni bejn il-50 u d-59 sena.

(6) L-użu ta’ broadband b’mod fiss (33 %), ta’ broadband mobbli (22 %), il-veloċità (33 %) u l-affordabbiltà (11 %), mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Diġitali.

Sors: Eurostat, OECD

Tabella C.5:Indikaturi tal-prestazzjoni tas-swieq tal-prodotti u indikaturi tal-politika

 

*Filwaqt li l-valuri tal-indikaturi mill-2003 sal-2013 huma komparabbli, il-metodoloġija nbidlet b’mod konsiderevoli fl-2018. Riżultat ta’ dan, is-settijiet tad-data antiki ma jistgħux jitqabblu mal-indikaturi PMR tal-2018.

(1) Valur miżjud fi prezzijiet kostanti diviż bin-numru ta’ persuni impjegati.
(2) Kumpens tal-impjegati fi prezzijiet kurrenti diviż bil-valur miżjud fi prezzijiet kostanti.

(3) Il-metodoloġiji, inklużi s-suppożizzjonijiet, għal dan l-indikatur huma murija fid-dettall hawnhekk: http://www.doingbusiness.org/methodology.

(4) Medja tat-tweġiba għall-mistoqsija Q7B_a.- "[Kreditu bankarju]: Jekk applikajt u ppruvajt tinnegozja għal dan it-tip ta’ finanzjament matul l-aħħar 6 xhur, x’kien ir-riżultat?”. It-tweġibiet ġew ikkodifikati kif ġej: żero jekk tkun irċevejt kollox, wieħed jekk irċevejt 75 % jew aktar, tnejn jekk irċevejt anqas minn 75 %, tlieta jekk ġie rrifjutat, u trattati bħala bla valur jekk l-applikazzjoni tkun għadha pendenti jew l-eżitu ma jkunx magħruf.

(5) Il-perċentwali tal-popolazzjoni bejn l-etajiet ta’ 15 u 64 sena li jkunu lestew kors tal-edukazzjoni terzjarja.

(6) Il-perċentwal tal-popolazzjoni bejn l-etajiet ta’ 20 u 24 sena li jkunu kisbu mill-anqas l-edukazzjoni sekondarja għolja.

(7) Indiċi: 0 = mhux regolat; 6 = l-aktar regolat. Il-metodoloġiji tal-indikaturi tar-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodotti tal-OECD huma murija fid-dettall hawn: http://www.oecd.org/competition/reform/indicatorsofproductmarketregulationhomepage.htm

(8) Medja tal-indikaturi tar-regolamentazzjoni għall-avukati, il-kontabilisti, il-periti u l-inġiniera.

(9) L-indikaturi aggregati tal-OECD tar-regolamentazzjoni fl-enerġija, it-trasport u l-komunikazzjoni.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea; Il-Bank Dinji — Doing Business (għall-infurzar tal-kuntratti u l-ħin meħud biex jinbeda negozju); OECD (għall-indikaturi tar-regolamentazzjoni tas-suq tal-prodott); SAFE (għal eżitu ta’ applikazzjonijiet tal-SMEs għall-krediti bankarji).

Tabella C.6:It-tkabbir ekoloġiku

 

L-indikaturi kollha tal-makrointensità huma espressi bħala proporzjon ta’ kwantità fiżika mal-PDG (bi prezzijiet tal-2010)
Intensità enerġetika: il-konsum gross domestiku tal-enerġija (f’kgoe) diviż bil-PDG (f’EUR).

Intensità tal-karbonju: l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra (f’ekwivalenti ta’ kg CO2) diviżi bil-PDG (f’EUR).

Intensità tar-riżorsi: il-konsum ta’ materjal fil-pajjiż (f’kg) diviż bil-PDG (f’EUR).

Intensità tal-iskart: l-iskart (f’kg) diviż bil-PDG (f’EUR)

Il-bilanċ tal-enerġija tal-kummerċ: Il-bilanċ tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-enerġija, espress bħala % tal-PDG.

Il-ponderazzjoni tal-enerġija fl-HICP: il-proporzjon ta’ elementi ta’ “enerġija” fil-basket tal-konsum użat għall-kostruzzjoni tal-HICP.

Id-differenza bejn il-bidla fil-prezz tal-enerġija u l-inflazzjoni: il-komponent tal-enerġija tal-HICP, u l-inflazzjoni totali tal-HICP (bidla annwali f’%).

L-ispiża reali għal kull unità tal-enerġija: l-ispejjeż reali tal-enerġija bħala % tal-valur miżjud totali għall-ekonomija.

L-intensità enerġetika tal-industrija: il-konsum finali tal-enerġija tal-industrija (f’kgoe) diviż bil-valur miżjud gross tal-industrija (bi prezzijiet tal-2010 f’EUR).

Spejjeż reali għal kull unità tal-enerġija għall-industrija tal-manifattura minbarra r-raffinar: spejjeż reali bħala % tal-valur miżjud għas-setturi tal-manifattura.

Sehem tal-industriji intensivi fl-enerġija fl-ekonomija: sehem tal-valur miżjud gross tal-industriji intensivi fl-enerġija fil-PDG.

Il-prezzijiet tal-elettriku u l-gass għall-utenti industrijali ta’ daqs medju: il-medda tal-konsum 500–20 00MWh u 10 000 -100 000 GJ; iċ-ċifri ma jinkludux il-VAT.

Ir-rata tar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali: il-proporzjon ta’ skart muniċipali riċiklat u kkompostjat mal-iskart muniċipali totali.

Ir-R&Ż pubbliċi għall-enerġija jew għall-ambjent: l-infiq tal-gvern fuq ir-R&Ż għal dawn il-kategoriji bħala % tal-PDG.

Il-proporzjon tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra kopert mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) (bl-esklużjoni tal-avjazzjoni): abbażi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

(minbarra l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija) kif irrappurtat mill-Istati Membri lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

L-intensità enerġetika tat-trasport: il-konsum finali tal-enerġija tal-attività tat-trasport inkluża l-avjazzjoni internazzjonali (kgoe) diviż bil-valur miżjud gross fis-settur tat-trasportazzjoni u tal-ħżin (bi prezzijiet tal-2010 f’EUR).

L-intensità ta’ karbonju tat-trasport: l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra fis-settur tat-trasportazzjoni u tal-ħżin diviżi bil-valur miżjud gross fis-settur tat-trasportazzjoni u tal-ħżin (bi prezzijiet tal-2010 f’EUR).

Id-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija: l-importazzjonijiet netti tal-enerġija diviżi bil-konsum gross domestiku tal-enerġija inkluż il-konsum ta’ karburanti tal-bastimenti internazzjonali.

L-indiċi aggregat tal-konċentrazzjoni tal-fornituri: l-indiċi Herfindahl li jkopri ż-żejt, il-gass u l-faħam. Valuri iżgħar jindikaw diversifikazzjoni ikbar u għalhekk riskju aktar baxx.

Diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija: l-indiċi Herfindahl li jkopri l-gass naturali, il-prodotti tal-petrol totali, is-sħana nukleari, l-enerġiji rinnovabbli u l-fjuwils solidi. Valuri iżgħar jindikaw diversifikazzjoni akbar.

* Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent -
data proviżorja tal-2018.

Sors: il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (Sehem ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra kopert mill-ETS); Il-Kummissjoni Ewropea (Taxxi ambjentali fuq it-taxxi fuq ix-xogħol u l-PDG); Eurostat (l-indikaturi l-oħra kollha).

Anness D: Gwida għall-investiment dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 2021-2027 għal Malta

Huwa u jibni fuq il-proposta tal-Kummissjoni, dan l-Anness( 57 ) jippreżenta l-opinjonijiet preliminari tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-oqsma ta’ investiment prijoritarji u l-kundizzjonijiet qafas għat-twettiq effettiv tal-investimenti tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 2021-2027 f’Malta. Dawn l-oqsma ta’ investiment prijoritarji huma meħuda mill-analiżi aktar wiesgħa tat-territorji li jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomika newtrali għall-klima tal-Unjoni sal-2050 f’Malta, ivvalutati fir-rapport. Dan l-Anness jipprovdi bażi għad-djalogu bejn Malta u s-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll gwida rilevanti għall-Istati Membri biex iħejju l-pjanijiet territorjali tagħhom għal tranżizzjoni ġusta, li se jifformaw bażi għall-ipprogrammar tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. L-investimenti tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jikkomplementaw dawk iffinanzjati mill-Politika ta’ Koeżjoni, bi gwida pprovduta fl-Anness D fir-Rapport tal-Pajjiż għall-2019 ta’ Malta ( 58 ) .

L-abbozz tal-pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima jindika li hemm sfidi partikolari għal Malta biex tilħaq il-miri ta’ dekarbonizzazzjoni tal-2030 fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra (GHG) mhux tal-ETS, tal-konsum primarju u finali, u tal-enerġija rinnovabbli. L-akbar sors ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mhux tal-ETS huwa t-trasport, u l-bini, inkluż l-użu tal-gassijiet fluworurati.

F’dan il-kuntest, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jista’ jimmira b’mod partikolari lejn iż-żewġ portijiet Maltin ewlenin, li huma parti importanti mill-ekonomija f’termini li jippermettu t-tkabbir u jipprovdu l-impjiegi. Il-Port il-Kbir għal bastimenti tal-kruċiera jilqa’ aktar minn 700 000 viżitatur/sena ( 59 ) u l-Port Ħieles ta’ Malta jservi bħala ċentru ta’ trasbord fil-Baħar Mediterran billi jiġġestixxi 3,3 miljun kontejner/sena( 60 ). Abbażi ta’ din il-valutazzjoni preliminari, jidher li huwa ġġustifikat li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jikkonċentra l-intervent tiegħu fuq dawn l-oqsma.

Fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra mill-vapuri huma u jitrakkaw, jeħtieġ li tiġi pprovduta alternattiva għall-ħruq ta’ fjuwil tqil/żejt tal-gass f’dawn il-portijiet billi l-vapuri jingħataw provvista tal-enerġija, fid-dawl tal-esperjenza miksuba f’portijiet oħra tal-UE ( 61 ). Investimenti bħal dawn jindirizzaw ukoll restrizzjonijiet regolatorji futuri eventwali fuq l-emissjonijiet tas-CO2 fil-portijiet u ħtiġijiet ta’ ħiliet assoċjati eventwali.

Sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, ġew identifikati l-ħtiġijiet ta’ investiment relatati. Azzjonijiet ewlenin fil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jistgħu jkunu mmirati b’mod partikolari lejn:

-investiment fil-varar ta’ teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, lejn it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, lejn l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli;

-investiment f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u trawwim tat-trasferiment ta’ teknoloġiji avvanzati;

-lejn investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni u tat-tnaqqis tal-iskart, tal-effiċjenza fir-riżorsi, tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

-it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.

Anness E: Progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (l-SDGs)

It-tabella E.1 turi d-data ( 62 ) għal Malta u l-EU-28 għall-indikaturi inklużi fis-sett tal-indikaturi tal-SDGs tal-UE użati mill-Eurostat għall-monitoraġġ tal-progress lejn l-SDGs fil-kuntest tal-UE  ( 63 ). Minħabba li x-xejra fil-livell tal-UE hija vvalutata fuq perjodu ta’ ħames snin, huma ppreżentati kemm il-valur fil-bidu tal-perjodu kif ukoll l-aħħar valur disponibbli. L-indikaturi huma aġġornati regolarment fit- taqsima ddedikata għall-SDI tas-sit web ta’ Eurostat.

Tabella E.1:L-indikaturi li jkejlu l-progress ta’ Malta lejn l-SDGs

 

(Tkompli fil-paġna li jmiss)

Tabella (tkompli)

(Tkompli fil-paġna li jmiss)

Tabella (tkompli)

(Tkompli fil-paġna li jmiss)

Tabella (tkompli)

(Tkompli fil-paġna li jmiss)

Tabella (tkompli)

Sors: Eurostat

Referenzi

Alstadsæter, A., S. Barrios, G. Nicodeme, A. M. Skonieczna, u A. Vezzani (2018), Patent boxes design, patents location, and local R&D, Economic Policy, Volum 33, Ħarġa 93.

ANED (2018), European Semester 2017/18 country fiche on disability - Malta, Academic Network of European Disability experts.

Bricongne, J.-C., A. Turrini u P. Pontuch (2019), Assessing House Prices: Insights from ‘Houselev’, a Dataset of Price Level Estimates, Dokument ta’ Diskussjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru 101, Lulju 2019.

Borg, I. (2019), The Length of Stay of Foreign Workers in Malta, Policy Papers tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, PP/01/2019, Jannar 2019.

Caruana, H. (2018), Cedefop opinion survey on vocational education and training in Europe: Malta, Cedefop ReferNet thematic perspectives series ( http://libserver.cedefop.europa.eu/vetelib/2018/opinion_survey_VET_Malta_Cedefop_ReferNet.pdf ).

CASE – Center for Social and Economic Research (2019), Study and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States: 2019 Final Report, Varsavja.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (2019a), Economic Projections 2019-2021, CBM Economic Projections 2019:3 ( https://www.centralbankmalta.org/file.aspx?f=82546 ).

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (2019b), Financial Stability Report 2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Confederation of European Waste-to-Energy Plants (2017), Landfill Taxes and Bans, ( https://www.cewep.eu/landfill-taxes-and-bans/ ).

Coutinho, L., A. Turrini, u S. Zeugner (2018), Methodologies for the Assessment of Current Account Benchmarks, Dokument ta’ Diskussjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru 86, Settembru 2018.

CPB (2014), A Study on R&D Tax Incentives – Final Report, European Commission Taxation Papers, Working paper n. 52, Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Lussemburgu.

Deloitte (2019), International Tax: Malta Highlights 2019, Jannar 2019 ( https://www2.deloitte.com/content/dam/Deloitte/global/Documents/Tax/dttl-tax-maltahighlights-2019.pdf )

doi.gov.mt (2019a), Press release by the Ministry for Finance: Malta announces major reforms to strengthen the fight against financial crime ( https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/June/27/pr191434.aspx ).

doi.gov.mt (2019b), Press release by the Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects: Our country is gaining back €1,200 million for every €141 million we are investing in infrastructure” – il-Ministru Ian Borg ( https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/April/15/pr190789en.aspx ).

ECOPA u CASE (2019), Estimating International Tax Evasion by Individuals, Taxation Papers, Working Paper Nru 76/2019 ( https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/2019-taxation-papers-76.pdf ).

EEA (2019a), Air quality in Europe – 2019 report, ir-Rapport Nru 10/2019 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

EEA (2019b), The European environment – state and outlook 2020: Knowledge for transition to a sustainable Europe ( https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2.annex_to_final_report.pdf ).

Ernst & Young – EY (2019), Attractiveness Survey – Malta, Ottubru 2019.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (2019), Survey on the Access to Finance of Enterprises in the euro area: April to September 2019, Novembru 2019 ( https://www.ecb.europa.eu/stats/accesstofinancesofenterprises/pdf/ecb.safe201911~57720ae65f.en.pdf ).

Il-Kummissjoni Ewropea (2015), Benchmarks for the assessment of wage developments: Spring 2015, Analytical Web Note 2/2015, DĠ Impjiegi u Affarijiet Soċjali ( https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=14070&langId=en ).

Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Benchmarks for the assessment of private debt, Nota tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, Ottubru.

Il-Kummissjoni Ewropea (2018a), Fundamentals-based private debt benchmarks: enhanced sample and robustness checks, nota tal-Kummissjoni Ewropea lil LIME, Ġunju.

Il-Kummissjoni Ewropea (2018b), The 2018 Ageing Report: Economic and Budgetary Projections for the EU Member States (2016-2070), European Economy Institutional Paper No. 79, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019a), 2019 SBA Fact Sheet: Malta ( https://ec.europa.eu/docsroom/documents/38364/attachments/20/translations/en/renditions/native ).

Il-Kummissjoni Ewropea (2019b), Country Report Poland 2019, SWD(2019) 1017 final.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019c), Education and Training Monitor 2019, Volume II – Malta

Il-Kummissjoni Ewropea (2019d), European Innovation Scoreboard 2019, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019e), Flash Eurobarometer 482: Businesses’ attitudes towards corruption in the EU – report ( https://ec.europa.eu/commfrontoffice/publicopinion/index.cfm/ResultDoc/download/DocumentKy/88739 ).

Il-Kummissjoni Ewropea (2019f), Labour Market and Wage Developments report 2019, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019g), Peer Review - Maltese Research and Innovation System, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019h), PISA 2018 and the EU: Striving for social fairness through education, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019i), Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill, ir-rapport tal-2019 dwar is-Sitwazzjoni Ekonomika u Soċjali ta’ Għawdex (Malta), Brussell, 8.10.2019 COM(2019) 463 final.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019j), Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Skemi ta’ Ċittadinanza u ta’ Residenza b’Investiment fl-Unjoni Ewropea, Brussell, 23.1.2019 COM(2019) 12 final.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019k), Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ każijiet riċenti allegati ta’ ħasil tal-flus li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE, Brussell, 24.7.2019 COM(2019) 373 final.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019l), Sustainable Transport Infrastructure charging and internalisation of Transport Externalities ( https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/studies/internalisation-study-summary-isbn_978-92-76-03076-8.pdf )

Il-Kummissjoni Ewropea (2019m), The performance of the Single Market for goods after 25 years – Final Report, Lulju 2019, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019n), Employment and Social Developments in Europe: Sustainable growth for all: choices for the future of Social Europe, il-Kummissjoni Ewropea, Brussell.

Il-Kummissjoni Ewropea (2019o), European Commission: Comprehensive study of building energy renovation activities and the uptake of nearly zero-energy buildings in the EU ( https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2.annex_to_final_report.pdf ).

Il-Kummissjoni Ewropea/EACEA/Eurydice (2019), Teachers' and School Heads' Salaries and Allowances in Europe – 2017/18, Eurydice Facts and Figures, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020a), 2020 EU Justice Scoreboard, għadu mhux ippubblikat.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020b), Tax Policies in the European Union – 2020 Survey.

IMF (2018), Fiscal Transparency Evaluation, IMF Country Report No. 18/284, Washington.

IMF (2019), Financial Sector Assessment Program: Technical Note – Macroprudential Policy Framework and Tools, IMF Country Report No. 19/349, Washington.

Langenmayr, D. u L. Zyska (2019), Escaping the Exchange of Information: Tax Evasion via Citizenship-by-Investment, Working Paper.

LE Europe (2017), The EU Single Market: Impact on Member States, Brussell ( https://www.amchameu.eu/sites/default/files/publications/files/amcham_eu_single_market_web.pdf ).

Il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta (2019), More than 25 new companies registered in Malta every day, 28 ta’ Frar 2019 ( https://www.maltachamber.org.mt/en/more-than-25-new-companies-registered-in-malta-every-day ).

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi – MDA (2019), Construction Industry and Property Market Report 2019, Ottubru 2019.

L-Awtorità Maltija dwar il-Logħob – MGA (2019), ir-Rapport Annwali tal-2018 ( https://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/MGA-Annual-Report-2018.pdf ).

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2019), PISA 2018 results confirm steady improvement in Maltese State Schools, stqarrija għall-istampa ( https://education.gov.mt/pisa2018/Pages/PISA-2.aspx ).

Il-Ministeru għall-Finanzi (2018), Results of the ML/TF National Risk Assessment, Republic of Malta ( https://mfin.gov.mt/en/Library/Documents/Result_of_the_NRA_2018.pdf ).

MONEYVAL (2019), Anti-Money Laundering and counter-terrorist financing measures, Malta, Fifth Round Mutual Evaluation Report, Lulju 2019 ( https://rm.coe.int/moneyval-2019-5-5th-round-mer-malta2/168097396c ).

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (2019), Report of public accounts 2019.

National Productivity Board (2019), The National Productivity Board Annual Report, November 2019 ( https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/mt.npb_annual_report_2019.pdf ).

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2019), Inbound Tourism: September 2019, News Release No. 181/2019 ( https://nso.gov.mt/en/News_Releases/View_by_Unit/Unit_C3/Tourism_Statistics/Documents/2019/News2019_181.pdf ).

OECD (2019a), PISA 2018 Results (Volume I): What Students Know and Can Do, PISA, OECD Publishing, Pariġi.

OECD (2019b), Residence/Citizenship by investment schemes, Automatic Exchange Portal: Online support for the implementation of automatic exchange of information in tax matters ( https://www.oecd.org/tax/automatic-exchange/crs-implementation-and-assistance/residence-citizenship-by-investment ).

OECD (2019c), TALIS 2018 Results (Volume I): Teachers and school leaders as lifelong learners, OECD Publishing, Pariġi.

OECD/European Observatory on Health Systems and Policies (2019), Malta: Country Health Profile 2019, State of Health in the EU, OECD Publishing, Pariġi/l-Osservatorju Ewropew għas-Sistemi u għall-Politiki tas-Saħħa, Brussell.

Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2015), Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015, 17.9.2015, L241/1 ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32015L1535&from=MT ).

Philiponnet, N. u Turrini, A. (2017), Assessing House Price Developments in the EU, European Economy, Dokument ta’ Diskussjoni 048, Brussell.

Is-Servizz Pubbliku ta’ Malta (2019), Mapping Tomorrow: A Strategic Plan for the Digital Transformation of the Public Administration 2019-2021 ( https://publicservice.gov.mt/en/Documents/MappingTomorrow_StrategicPlan2019.pdf ).

Transparency International (2020), Corruption Perceptions Index 2019 ( https://www.transparency.org/cpi2019?/news/feature/cpi-2019 ).

Kummissjoni ta’ Venezja (2018), Malta – Opinion No. 940/2018, CDL-AD(2018)028.

Forum Ekonomiku Dinji (2019), The Global Competitiveness Report 2019.

(1) ()    Dan ir-rapport jivvaluta l-ekonomija ta’ Malta fid-dawl tal-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli tal-Kummissjoni Ewropea, li ġiet ippubblikata fis-17 ta’ Diċembru 2019. F'dan id-dokument, il-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida dwar kif għandhom jiġu indirizzati mhux bisss l-isfidi ekonomiċi fit-terminu l-qasir kif ukoll l-isfidi għall-ekonomija fit-tul. Din l-aġenda ekonomika ġdida tas-sostenibbiltà għandha erba’ dimensjonijiet: is-sostenibbiltà ambjentali, il-gwadanni fil-produttività, il-ġustizzja, u l-istabbiltà makroekonomika.
(2) ()    L-informazzjoni fil-livell tal-progress u l-azzjonijiet meħuda biex jiġu indirizzati l-pariri ta’ politika f’kull sottoparti rispettiva tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż hija ppreżentata fit-tabella ta’ ħarsa kumplessiva fl-Anness A.
(3) ()    Fil-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-bażi ġuridika tiegħu, is-Semestru Ewropew jista’ jgħin biex jixpruna l-politiki nazzjonali ekonomiċi u tal-impjiegi lejn il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) billi jimmonitorja l-progress u jiżgura koordinazzjoni mill-qrib tal-isforzi nazzjonali. Dan ir-rapport fih analiżi u monitoraġġ imsaħħa dwar l-SDGs. Anness ġdid (ANNESS E) jippreżenta valutazzjoni statistika tax-xejriet b’rabta mal-SDGs f’Malta tul l-aħħar ħames snin, abbażi tas-sett ta’ indikaturi tal-SDGs tal-UE tal-Eurostat.
(4) ()    Valur miżjud gross tas-settur tas-servizzi, bl-esklużjoni tal-amministrazzjoni pubblika, f’termini nominali. Il-valur miżjud gross f’termini reali mhuwiex disponibbli għal Malta.
(5) ()    Il-Kummissjoni Ewropea regolarment tivvaluta jekk l-iżviluppi fil-pagi jappoġġawx ir-riekwilibriju makroekonomiku jew jekk, għall-kuntrarju, humiex sors ta’ żbilanċi makroekonomiċi potenzjali. Il-valutazzjoni tiddependi fuq it-tqabbil tal-iżviluppi tal-pagi reali ma’ żewġ parametri referenzjarji ipotetiċi konsistenti mal-ekwilibriju ekonomiku intern jew estern tal-Istati Membri: (i) it-tkabbir fil-pagi li jkun previst fuq il-bażi ta’ bidliet fil-produttività tax-xogħol, fil-prezzijiet u fir-rata tal-qgħad; u (ii) iż-żieda fil-pagi li tkun konsistenti ma’ rata tal-kambju effettiva reali kostanti bbażata fuq il-kostijiet tal-unità lavorattiva (ara Kummissjoni Ewropea, 2019f; Kummissjoni Ewropea 2015).
(6) ()    Il-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika, NUTS fil-qosor, hija nomenklatura ġeografika li taqsam it-territorju ekonomiku tal-UE f’reġjuni fi tliet livelli differenti (NUTS 1, 2 u 3 rispettivament, u timxi minn unitajiet territorjali akbar għal dawk iżgħar).
(7) ()    L-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti Maltija turi xi dgħufijiet. L-iżbalji u l-omissjonijiet kienu kbar f’dawn l-aħħar snin, li marru minn 10,4 % tal-PDG fl-2012 għal -7,5 % tal-PDG fl-2018. Ma hemmx xi xejra ċara tul iż-żmien, minħabba li s-sinjal tat-terminu tal-iżball jinbidel b’mod relattivament frekwenti. Għaldaqstant ma jidhirx li hemm xi predispożizzjoni persistenti li tista’ tispjega d-diskrepanzi kbar.
(8) ()    Il-parametri referenzjarji abbażi tal-elementi fundamentali huma derivati minn rigressjonijiet li jaqbdu d-determinanti ewlenin tat-tkabbir tal-kreditu u b’kunsiderazzjoni ta’ stokk inizjali ta’ dejn partikolari. Il-livelli limiti prudenzjali jirrappreżentaw il-livell limitu ta’ dejn li lil hinn minnu jkun hemm probabbiltà relattivament għolja ta’ kriżi bankarja, u jimminimizzaw il-probabbiltà ta’ kriżijiet li ma jinqabdux u dik ta’ allerti foloz. Il-metodoloġiji huma deskritti f’il-Kummissjoni Ewropea (2017), u l-aġġornamenti għall-metodoloġija ġew proposti sussegwentement f’Il-Kummissjoni Ewropea (2018a).
(9) ()    L-analiżi tad-dejn tas-settur privat ta’ Malta hija ristretta minn limitazzjonijiet tad-data (indikaturi bħad-dejn mas-surplus operatorju gross tal-kontropartijiet mhux finanzjarji ma jistgħux jiġu kkalkulati).
(10) ()    Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jaqsam lill-banek fi tliet kategoriji, skont jekk għandhomx rabtiet mal-ekonomija lokali li huma: b’saħħithom (il-banek domestiċi ewlenin), limitati (banek domestiċi mhux ewlenin), jew inkella li ma jkollhom ebda rabta (il-banek internazzjonali).
(11) ()    Il-Programm tal-Investitur Individwali ġie stabbilit permezz ta’ LN 47/2014. Din l-iskema tagħti n-naturalizzazzjoni lil individwi barranin u lid-dipendenti tagħhom wara investiment sostanzjali u t-twettiq ta’ ċerti kriterji oħra. Fil-kontijiet nazzjonali, hija rreġistrata kemm bħala nefqa negattiva tal-gvern kif ukoll bħala esportazzjoni ta’ servizzi.
(12) ()    Għall-valutazzjoni tar-riformi l-oħrajn implimentati fil-passat, ara, b’mod partikolari, it-taqsimiet 3.1, 3.2, 3.3, 3.4 u 3.5.
(13) ()    Il-proporzjon tat-taxxa mal-PDG ivarja minn dak li huwa indikat fit-Tabella 1.1 peress li l-kontribuzzjonijiet soċjali reali volontarji mhumiex inklużi.
(14) ()    Fl-2018, is-sehem naqas minħabba proċess amministrattiv aktar effiċjenti u mħaffef għar-ribassi, li naqqas l-ammont ta’ fondi ttrasferiti lill-gvern ċentrali minkejja żieda fid-dħul fl-ammonti rċevuti grossi.
(15) ()    Filwaqt li t-tnaqqis ta’ mgħax nozzjonali naqqas il-predispożizzjoni tal-korporazzjonijiet ta’ Malta favur id-dejn minn 3,8 % fl-2017 (l-ogħla fl-UE flimkien ma’ Franza) għal 0 % fl-2018 (Kummissjoni Ewropea, 2020b), xi wħud mir-regoli tal-iskemi jitolbu monitoraġġ mill-qrib minħabba li jistgħu jintużaw fi skemi ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa.
(16) ()    L-istruttura “Single Malt” hija arranġament fiskali skont liem ditta tkun inkorporata f’pajjiż partikolari iżda tkun immaniġġjata f’Malta. B’riżultat tar-regola deċiżiva tal-konvenzjonijiet bilaterali tat-taxxa relatata mar-residenza, id-ditta titqies li tkun resident fiskali Malta, u b’hekk Malta fil-prinċipju tkun tista’ tintaxxa l-profitti globali ta’ dik id-ditta. Effettivament, minħabba li d-ditta tkun inkorporata barra minn Malta, Malta teżerċita din il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa biss fir-rigward ta’ profitti li jkunu ġew realizzati jew imħallsa lil Malta, filwaqt li l-profitti barranin li ma jkunux ġew imħallsa lil Malta (hekk imsejjaħ “dħul offshore”) mhumiex soġġetti għat-taxxa Malta, li jwassal għal sitwazzjonijiet ta’ nontassazzjoni doppja.
(17) ()    Ma ġie konkluż l-ebda arranġament bħal dan ma’ xi pajjiż ieħor tal-UE li miegħu jintużaw strutturi simili f’Malta.
(18) ()    Għal aktar informazzjoni, ara OECD (2019b).
(19) ()    Id-diskrepanza tal-VAT hija d-differenza bejn l-ammont ta’ taxxa li fil-fatt jinġabar u l-obbligazzjoni teoretika netta għall-VAT tal-ekonomija, taħt is-sistema kurrenti tal-VAT tal-pajjiż.
(20) ()    Ir-riskju huwa vvalutat abbażi tal-indikaturi S0 u S1. L-indikatur S0 għandu l-għan li jipprovdi identifikazzjoni bikrija ta’ stress fiskali li jirriżulta minn riskji sa minn sena qabel. L-indikatur S1 ikejjel l-aġġustament fiskali meħtieġ bejn l-2022 u l-2026 biex il-proporzjon tad-dejn pubbliku jinżel għal 60 % tal-PDG sal-2034.
(21) ()    L-indikatur S2 juri l-aġġustament għall-bilanċ primarju strutturali attwali meħtieġ biex tiġi sodisfatta r-restrizzjoni intertemporali tal-baġit b’orizzont infinit, inkluż il-ħlas għan-nefqa addizzjonali li tirriżulta mit-tixjiħ demografiku.
(22) ()    Il-pensjonijiet ta’ dawk li twieldu qabel l-1962 ġeneralment jiżdiedu fuq rata fissa bbażata fuq l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja (COLA). Dawk li twieldu wara l-1962 se jkollhom il-pensjonijiet tagħhom indiċjati b’fattur li jikkorrespondi għal 70 % taż-żieda fil-paga medja nazzjonali u 30 % tal-inflazzjoni.
(23) ()    L-aġġornament li jmiss tal-projezzjonijiet tal-popolazzjoni f’April 2020 se sservi ta’ kontribut għar-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2021.
(24) ()    Għad-drittjiet sħaħ għall-pensjoni hemm bżonn 41 sena kontribuzzjonijiet. Dan japplika għal min twieled wara l-1968.
(25) ()    L-inizjattiva għandha l-għan li tikkoordina l-isforzi dwar: (i) il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa; u (ii) l-ipprezzar, ir-rimborż, u l-akkwist tal-prodotti mediċinali.
(26) ()    Il-proporzjon kapitali totali jesprimi l-fondi proprji bħala perċentwal ta’ assi ppeżati għar-riskju. Il-proporzjon ta’ ingranaġġ jiġi kkalkulat billi l-kapital tal-Grad 1 (jiġifieri prinċipalment ekwità u qligħ imfaddal) jiġi diviż bl-assi konsolidati totali medji tal-banek.
(27) ()    Id-direttiva l-ġdida tagħmel differenza bejn dawk li qed jixtru għall-ewwel darba (il-Kategorija I) u dawk li jkunu qed jixtru t-tieni proprjetà tagħhom jew proprjetà għall-kiri (il-Kategorija II). L-ewwel kategorija tinkludi wkoll: (i) mutwatarji mhux tal-ewwel darba li jkunu qed jixtru r-residenza primarja tagħhom mingħajr self pendenti; (ii) mutwatarji li diġà huma jew kienu sidien ta’ residenza primarja, u fl-oriġinazzjoni tas-self ipotekarju r-residenza primarja preeżistenti jew tkun inbiegħet jew ikun sar konvenju; u (iii) mutwatarji li jkollhom kawża pendenti fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), li xxekkel il-bejgħ tar-residenza primarja.
(28) ()    Ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza huwa l-ammont ta’ fondi li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huma meħtieġa li jkollhom skont id-Direttiva Solvibbiltà II tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm fiduċja ta’ 99,5 % li jkunu jistgħu jissopravvivu l-aktar telf mistenni estrem matul sena.
(29) ()    Ir-rekwiżit kapitali minimu jirrappreżenta l-livell limitu taħt liem aġenzija regolatorja nazzjonali jkollha tintervjeni, u huwa intenzjonat li jilħaq livell ta’ probabbiltà ta’ 85 % ta’ adegwatezza fuq perjodu ta’ sena.
(30) ()    L-indiċi tal-qafas tal-insolvenza huwa bbażat fuq erba’ indiċi oħra: l-indiċi tal-bidu ta’ proċedimenti, l-indiċi tal-ġestjoni tal-assi tad-debitur, l-indiċi dwar il-proċedimenti ta’ riorganizzazzjoni, u l-indiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-kredituri.
(31) ()    L-istima tal-prezzijiet tad-djar fil-livelli, jindikaw li l-prezz ta’ 100m2 f’Malta kien ta’ madwar 10 darbiet id-dħul per capita fl-2018, b’10 snin ta’ dħul meqjusa bħala l-livell limitu għas-sovravalutazzjoni (Bricogne et al., 2019).
(32) ()    Kif muri fl-istħarriġ dwar l-inflazzjoni tal-pagi tal-Malta Employers’ Association.
(33) ()    Kalkoli taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-modulu tal-EU-SILC tal-2016 “Aċċess għas-servizzi”.
(34) ()    Id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa hija ddefinita bħala “kemm il-pensjonijiet medji fix-xahar u fis-sena tal-irġiel huma ogħla minn tan-nisa”.
(35) ()    Il-kalkolu tad-densità tat-trade unions ta’ Eurofound jinkludi dawk li jaħdmu għal rashom iżda jeskludi l-pensjonanti li huma membri ta’ trade unions. Malta stmat li d-densità tagħha tat-trade unions kienet 48 % fl-2019.
(36) ()    Il-prestazzjoni medja fil-qari hija 448 vs 489 fil-livell tal-UE, fix-xjenza 457 vs 489 u fil-matematika 473 vs 493 fl-2018, u 447 vs 494, 465 vs 495, 479 vs 492 rispettivament fl-2015.
(37) ()    Is-sehem tal-istudenti bi prestazzjoni baxxa f’PISA huwa: Qari: 2018: 35,9 % vs 21,7 % fil-livell tal-UE, 2015: 35,6 % vs 20,1 %); Matematika: 30,2 % vs 22,4 % fil-livell tal-UE, 2015: 29,1 % vs 22,2 %), Xjenza: (2018: 33,5 % vs 21,6 % fil-livell tal-UE, 2015: 33,5 % vs 20,6 %).
(38) ()    Is-sistema attwali tal-kontijiet tiddependi fuq stimi ta’ 60 jum ta’ konsum, u tikkawża lmenti dwar kontijiet mhux preċiżi jew għoljin.
(39) ()    L-analiżi teskludi s-servizzi tal-proprjetà immobbli u hija bbażata fuq prezzijiet kostanti.
(40) ()    Iddefinita bħala valur miżjud għal kull persuna impjegata.
(41) ()    Definizzjoni tal-klassi tad-daqs tal-intrapriża: mikrointrapriżi (anqas minn 10 impjegati), intrapriżi żgħar (bejn 10 u 49 impjegat), intrapriżi medji (bejn 50 u 249 impjegat), intrapriżi kbar (250 impjegat jew aktar).
(42) ()    L-Uffiċċju tal-Prim Ministru; il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; Malta Enterprise; il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi; u l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (li jospita l-awtorità maniġerjali tal-FSIE)
(43) ()    Qed jiġu offruti skemi ta’ appoġġ pubbliku lill-kumpaniji mill-Malta Enterprise, l-MCST, u permezz ta’ fondi FSIE inklużi għotjiet diretti u inċentivi tat-taxxa. Fil-preżent, dawn l-iskemi ma għandhomx domanda ta’ klijenti u għandhom rati ta’ penetrazzjoni baxxi ħafna.
(44) ()    L-informazzjoni pprovduta mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi f’Ottubru 2019.
(45) ()    Fuq skala minn 100 (trasparenti ħafna) għal 0 (korrott ħafna).
(46) ()    B’mod partikolari, fl-indiċi tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, Malta tikklassifika f’post għoli fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni fl-amministrazzjonijiet biex tiffaċilita l-ħajja għaċ-ċittadini (formoli mimlija minn qabel) u s-sofistikazzjoni tas-servizzi (it-tlestija tas-servizzi online).
(47) ()    FSE 04.0072 Użu tas-Servizzi Pubbliċi Mobbli — stħarriġ ta’ proġetti fuq servizzi pubbliċi mobbli.
(48) ()    Implimentat mid-Direttorat tal-Infrastruttura Kritika (CIPD, Critical Infrastructure Directorate).
(49) ()    Il-bażi tad-data Tenders Electronic Daily, li tinsab fuq https://data.europa.eu/euodp/mt/data/dataset/ted-csv .
(50) ()    Abbażi tal-metodoloġija użata fil-Kummissjoni Ewropea, 2019l.
(51) ()    Għall-2016, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent stmat li aktar minn 210 mewta prematura f’Malta kienu attribwibbli għat-tniġġis tal-arja (ŻEE, 2019).
(52) ()    Il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta l-pjan finali matul l-2020.
(53) ()    Fi trasferiment statistiku, l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli jitnaqqas mill-progress ta’ pajjiż għall-mira tiegħu u jiżdied ma’ dak ta’ pajjiż ieħor. Din hija prattika kontabilistika u l-ebda enerġija reali ma tgħaddi minn id għal oħra.
(54) ()    It-teħid tal-art huwa l-proċess li fih żoni urbani u uċuħ issiġillati jokkupaw żoni agrikoli, foresti jew żoni seminaturali u naturali oħrajn.
(55) ()    L-iskart mormi fil-baħar jinkludi biss materjal tat-tħammil u materjal skavat nadif u inert.
(56) ()    Il-kategoriji li ġejjin jintużaw biex jiġi vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs):L-ebda progress: L-Istat Membru la ħabbar u lanqas ma adotta b’mod kredibbli miżuri sabiex jindirizza s-CSR. Din il-kategorija tkopri għadd ta’ sitwazzjonijiet tipiċi li għandhom jiġu interpretati każ b’każ b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. Dawn jinkludu dawn li ġejjin:ma tkun tħabbret l-ebda miżura legali, amministrattiva jew baġitarjafil-programm nazzjonali ta’ riforma,f’xi komunikazzjoni oħra uffiċjali lill-Parlament nazzjonali/il-kumitati parlamentari relevanti jew lill-Kummissjoni Ewropea,pubblikament (pereżempju f’xi stqarrija għall-istampa jew fuq is-sit web tal-gvern);ma jkunu ġew ippreżentati l-ebda atti mhux leġiżlattivi mill-korp regolatur jew leġiżlattiv;l-Istat Membru jkun ħa passi inizjali biex jindirizza s-CSR, bħal pereżempju jkun ikkummissjona xi studju jew stabbilixxa grupp ta’ studju biex janalizza miżuri possibbli li jridu jittieħdu (sakemm is-CSR ma titlobx b’mod espliċitu orjentazzjonijiet jew azzjonijiet esplorattivi). Madankollu, ma jkun ippropona l-ebda miżura/i speċifikata/i b’mod ċar biex jindirizza s-CSR.Progress limitat: L-Istat Membru jkun: ħabbar ċerti miżuri iżda dawn ikunu jindirizzaw is-CSR biss b’mod limitat; u/jewippreżenta atti leġiżlattivi fil-korp regolatorju jew leġiżlattiv iżda dawn ma jkunux għadhom ġew adottati u jkun għad hemm bżonn ta’ ħidma sostanzjali ulterjuri mhux leġiżlattiva qabel ma s-CSR tkun implimentata;ippreżenta atti mhux leġiżlattivi, iżda mingħajr l-ebda segwitu ulterjuri f’termini ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex tiġi indirizzata s-CSR.Xi progress: L-Istat Membru jkun adotta miżuri li jindirizzaw parzjalment is-CSR; u/jew li jindirizzaw is-CSR, iżda jkun għad hemm bżonn ammont mhux ħażin ta’ ħidma biex is-CSR tiġi indirizzata għalkollox peress li ftit biss mill-miżuri jkunu ġew implimentati. Pereżempju, miżura jew miżuri jkunu ġew adottati mill-Parlament nazzjonali jew permezz ta’ deċiżjoni ministerjali, iżda ma jkunu saru l-ebda deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni. Progress sostanzjali: L-Istat Membru jkun adotta miżuri li fil-biċċa l-kbira jindirizzaw is-CSR u l-biċċa l-kbira minnhom ikunu ġew implimentati. Implimentazzjoni sħiħa: L-Istat Membru jkun implimenta l-miżuri kollha meħtieġa biex is-CSR tiġi indirizzata kif jixraq.
(57) () Dan l-Anness għandu jitqies flimkien mal-proposta tal-KE għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 2021-2027 (COM(2020)22) u l-proposta tal-KE għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi (COM (2020) 23).
(58) () SWD(2019) 1017 final
(59) () https://www.globalportsholding.com/ports/10/valletta-cruise-port
(60) () http://www.maltafreeport.com.mt/content.aspx?id=107934
(61) () https://worldmaritimenews.com/archives/135596/hamburg-port-pioneers-onshore-power-supply-for-cruise-ships/
(62) ()    Id-data estratta fid-9 ta’ Frar 2020 mill-bażi ta’ data tal-Eurostat (is-sett ta’ indikaturi uffiċjali tal-SDGs tal-UE); ara https://ec.europa.eu/eurostat/web/sdi/main-tables ).
(63) ()    Is-sett ta’ indikaturi tal-SDGs tal-UE huwa allinjat sa fejn hu xieraq mal-lista ta’ indikaturi globali tan-NU, filwaqt li għandu jiġi nnotat li l-indikaturi tan-NU huma magħżula għar-rappurtar fuq livell globali u għalhekk mhumiex dejjem rilevanti f’kuntest tal-UE. L-indikaturi tal-SDGs tal-UE għandhom rabtiet b’saħħithom ma’ inizjattivi ta’ politika tal-UE.
(I) ()Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
(II) () https://cohesiondata.ec.europa.eu/countries/MT
(III) ()Ir-rieżami tal-prestazzjoni huwa rregolat mill-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li permezz tiegħu bejn 5 sa 7 % tar-riżorsi kumplessivi allokati jiġu rilaxxati għal assi prijoritarji produttivi tal-programmi operazzjonali. Dan l-ammont jinkludi l-kofinanzjament nazzjonali.
Top