Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02022R0128-20220131

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/2022-01-31

02022R0128 — MT — 31.01.2022 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/128

tal-21 ta’ Diċembru 2021

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza

(ĠU L 020 31.1.2022, p. 131)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 131, 5.5.2022, p.  10 (2022/128)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/128

tal-21 ta’ Diċembru 2021

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza



KAPITOLU I

Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn

Artikolu 1

Proċedura għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti

1.  

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli minn dawn:

(a) 

l-għoti, ir-rieżami u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

(b) 

it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

2.  
L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara r-rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni mingħajr dewmien.
3.  
L-awtorità kompetenti għandha taħtar korp tal-awditjar biex iwettaq eżami qabel ma tinħareġ kwalunkwe akkreditazzjoni (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni). Il-korp tal-awditjar għandu jkun awtorità tal-awditjar, jew organizzazzjoni pubblika jew privata oħra jew unità organizzazzjonali ta’ awtorità bil-profiċjenza, bil-ħiliet u bil-kapaċità meħtieġa biex jitwettqu l-awditi. Il-korp tal-awditjar għandu jkun indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti li trid tiġi akkreditata.
4.  

L-eżami (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni) li għandu jitwettaq mill-korp tal-awditjar għandu jkopri, b’mod partikolari:

(a) 

il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ għall-awtorizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u għall-eżekuzzjoni tar-rapportar annwali dwar il-prestazzjoni;

(b) 

id-diviżjoni tal-kompiti u l-adegwatezza tal-kontroll intern u estern fir-rigward tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin “il-Fondi”;

(c) 

il-punt kemm il-proċeduri u s-sistemi stabbiliti huma adatti biex jissalvagwardjaw il-baġit tal-Unjoni inklużi miżuri kontra l-frodi bbażati fuq ir-riskju;

(d) 

is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(e) 

iż-żamma tar-rekords kontabilistiċi.

Il-korp tal-awditjar għandu jħejji rapport li jagħti dettalji dwar ix-xogħol tal-awditjar imwettaq, ir-riżultati ta’ dak ix-xogħol u l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk l-aġenzija tal-pagamenti tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti li mbagħad għandha tivvaluta r-riżultati u jinħareġ l-att ta’ akkreditazzjoni fejn ikun issodisfat li l-aġenzija tal-pagamenti tikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.

5.  
Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-aġenzija tal-pagamenti bil-kundizzjonijiet speċifiċi li hija meħtieġa tissodisfa qabel ma tkun tista’ tinħareġ l-akkreditazzjoni.

Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati tali kundizzjonijiet speċifiċi, l-akkreditazzjoni tista’ tinħareġ b’mod provviżorju għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat filwaqt li titqies is-severità tal-problemi identifikati, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.

6.  

L-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi kkomunikata immedjatament wara li l-aġenzija tal-pagamenti tiġi akkreditata għall-ewwel darba u fi kwalunkwe każ qabel kwalunkwe nefqa li ssir minnha tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:

(a) 

ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-aġenzija tal-pagamenti;

(b) 

l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-dipartimenti tal-aġenzija tal-pagamenti;

(c) 

ir-relazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura li taħtha l-aġenzija tal-pagamenti tiddebita nefqa mill-Fondi;

(d) 

il-proċeduri li bihom jiġu riċevuti, ivverifikati u vvalidati l-pretensjonijiet mill-benefiċjarji, u li bihom tiġi awtorizzata, imħallsa u kontabbilizzata n-nefqa;

(e) 

id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(f) 

ir-rapport tar-rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni mwettaq mill-korp tal-awditjar imsemmi fil-paragrafu 3.

7.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati f’kull Stat Membru.

Artikolu 2

Rieżami u rtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti

1.  
L-awtorità kompetenti għandha żżomm lill-aġenziji tal-pagamenti li hija responsabbli għalihom taħt superviżjoni kostanti, fuq il-bażi, b’mod partikolari, taċ-ċertifikati u r-rapporti mfassla mill-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u għandha ssegwi kwalunkwe nuqqasijiet identifikati.

Kull 3 snin, l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta bil-miktub lill-Kummissjoni dwar is-superviżjoni tagħha tal-aġenziji tal-pagamenti u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi rieżami tal-konformità kontinwa tal-aġenziji tal-pagamenti mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, flimkien ma’ sommarju tal-azzjonijiet meħuda biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk aġenzija tal-pagamenti li hija responsabbli għaliha għadhiex konformi mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.

2.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li tissuġġerixxi li aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.
3.  
Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tibqax tirrispetta wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni b’mod li jista’ jfixkel it-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti taħt prova mingħajr dewmien. Għandha tfassal pjan li jinkludi azzjonijiet u skadenzi biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet misjuba f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat skont is-severità tal-problema, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar mid-data li fiha l-akkreditazzjoni titqiegħed taħt prova. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.
4.  
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tqiegħed l-akkreditazzjoni ta’ aġenzija tal-pagamenti taħt prova, bil-pjan imfassal skont il-paragrafu 3 u, sussegwentement, bil-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet.
5.  
Jekk l-akkreditazzjoni tiġi rtirata, l-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien takkredita aġenzija tal-pagamenti oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex tiżgura li l-pagamenti lill-benefiċjarji ma jiġux interrotti.
6.  
Meta l-Kummissjoni ssib li l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat mal-obbligu tagħha li tfassal pjan ta’ rimedju skont il-paragrafu 3 jew li l-aġenzija tal-pagamenti għadha tiġi akkreditata mingħajr ma tkun implimentat bis-sħiħ tali pjan fil-perjodu ddeterminat, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti tirtira l-akkreditazzjoni ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti sakemm ma jsirux il-bidliet meħtieġa f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni skont is-severità tal-problema. F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ssegwi n-nuqqasijiet permezz tal-proċedura ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 3

Proċedura għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (minn hawn ’il quddiem “l-awtorità kompetenti”).
2.  
L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, taħtar u tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Dan l-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti u jista’ jibbaża fuq eżami mwettaq minn korp tal-awditjar. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni mingħajr dewmien.
3.  
Il-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu jaġixxi bħala l-uniku interlokutur tal-Kummissjoni għall-Istat Membru kkonċernat għall-mistoqsijiet kollha relatati mal-Fondi fir-rigward tal-kompiti tiegħu.
4.  
Aġenzija tal-pagamenti tista’ taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni diment li ż-żewġ funzjonijiet jinżammu separati.
5.  
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-korp ta’ koordinazzjoni jista’, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali, jitlob l-għajnuna ta’ korpi jew ta’ dipartimenti amministrattivi oħrajn, b’mod partikolari lil dawk b’għarfien espert kontabilistiku jew tekniku.
6.  
Il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha tal-kompjuter miżmuma mill-korp ta’ koordinazzjoni għandhom jiġu żgurati permezz ta’ miżuri adattati għall-istruttura amministrattiva, il-persunal u l-ambjent teknoloġiku ta’ kull korp ta’ koordinazzjoni. L-isforz finanzjarju u teknoloġiku għandu jkun proporzjonat għar-riskji attwali mġarrba.
7.  

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha ssir immedjatament wara li l-korp ta’ koordinazzjoni jiġi akkreditat għall-ewwel darba u, fi kwalunkwe każ, qabel kwalunkwe nefqa li għaliha huwa responsabbli, tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:

(a) 

ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-korp ta’ koordinazzjoni;

(b) 

l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fi ħdan il-korp ta’ koordinazzjoni;

(c) 

ir-relazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli biex jikkollaboraw miegħu fit-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(d) 

il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ biex jiġi żgurat it-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(e) 

id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(f) 

ir-riżultat tal-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

8.  
Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-korp ta’ koordinazzjoni bir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati.

Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jintlaħqu l-kriterji ta’ akkreditazzjoni, l-akkreditazzjoni tista’:

(a) 

tinħareġ proviżorjament għal korp ta’ koordinazzjoni ġdid;

(b) 

titqiegħed taħt prova għal korp ta’ koordinazzjoni eżistenti dment li jiġi segwit pjan ta’ azzjoni biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

L-akkreditazzjoni għandha tiġi rtirata jekk il-kriterji tal-akkreditazzjoni ma jkunux ġew issodisfati u l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.

Artikolu 4

Dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni

1.  
Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu fi żmien xieraq biex il-korp taċ-ċertifikazzjoni joħroġ l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dak ir-Regolament.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu fil-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jiġu kkwalifikati b’riżervi li jikkwantifikaw l-impatt finanzjarju potenzjali. F’każ li jiġu espressi riżervi, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju u skeda ta’ żmien preċiża għall-implimentazzjoni tiegħu.

2.  
Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq superviżjoni effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ matul is-sena.

Artikolu 5

Ċertifikazzjoni

1.  
L-awtorità kompetenti għandha taħtar il-korp taċ-ċertifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Fejn ikun hemm aktar minn korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jaħtar korp taċ-ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.

2.  
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jorganizza l-ħidma tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti, u jrid iwettaq il-verifiki tiegħu f’perjodu ta’ żmien xieraq, filwaqt li jqis in-natura u ż-żmien tat-tranżazzjonijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata.
3.  
L-opinjoni li trid tingħata mill-korp taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha titfassal kull sena.

Dik l-opinjoni għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol tal-awditjar li jrid jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.  

Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jfassal rapport bis-sejbiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-funzjonijiet delegati tal-aġenzija tal-pagamenti f’konformità mat-Taqsima 1.(D) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Ir-rapport għandu jiddikjara jekk, għall-perjodu kopert mir-rapport:

(a) 

l-aġenzija tal-pagamenti kkonformatx mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni;

(b) 

il-proċeduri tal-aġenzija tal-pagamenti kinux tali li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li n-nefqa imposta fuq il-Fondi kienet effettwata f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, u b’hekk jiżguraw li:

i) 

fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa għandha output irrapportat korrispondenti u li tkun saret f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli, u li r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib, jekk ikun hemm, ikunu ġew segwiti;

ii) 

it-tranżazzjonijiet sottostanti kienu legali u regolari, fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u għall-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, u li r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib, jekk ikun hemm, ġew segwiti;

(c) 

ir-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tal-output għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u r-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juri li hemm konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kien korrett;

(d) 

il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament inżammu f’konformità mal-kotba u mar-rekords tal-aġenzija tal-pagamenti;

(e) 

id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tal-operazzjonijiet ta’ intervent pubbliku kienu rekord materjalment vera, komplut u akkurat tal-operazzjonijiet imposti fuq il-Fondi;

(f) 

l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ġew imħarsa kif suppost fir-rigward tal-avvanzi mħallsa, il-garanziji miksubin, l-istokkijiet ta’ intervent u l-ammonti li għandhom jinġabru.

Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar in-numru u l-kwalifiki tal-persunal li jwettaq l-awditu, ix-xogħol li jkun sar, is-sistemi eżaminati, il-livell ta’ materjalità u ta’ fiduċja miksub fejn applikabbli, kwalunkwe dgħufija li tinstab u rakkomandazzjonijiet magħmula għat-titjib u l-operazzjonijiet kemm tal-korp taċ-ċertifikazzjoni kif ukoll ta’ korpi oħra tal-awditjar, interni u esterni għall-aġenzija tal-pagamenti, li minnhom inkisbet l-assigurazzjoni kollha tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jew parti minnha dwar il-kwistjonijiet irrapportati.

Artikolu 6

Prinċipji tal-awditjar

1.  
L-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali.
2.  
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jħejji strateġija tal-awditjar li tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, iż-żmien u d-direzzjoni tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni, il-metodi tal-awditjar u l-metodoloġija tal-kampjunar, filwaqt li jiddistingwi t-tipi ta’ intervent imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 minn miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Għandu jiġi żviluppat pjan tal-awditjar fir-rigward ta’ kull sena finanzjarja awditjata abbażi tar-riskju stmat tal-awditjar. Fuq talba, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-istrateġija tal-awditjar u l-pjan tal-awditjar.
3.  
Il-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar għandu jinkiseb fir-rigward tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza, il-korrettezza tar-rapportar tal-prestazzjoni, l-opinjoni vera u ġusta tal-kontijiet annwali u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014, kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III tal-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2 u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni.

Dan għandu jsir permezz tal-awditjar tas-sistema u l-ittestjar tal-konformità fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema ta’ governanza, l-ittestjar tal-kompletezza u tal-preċiżjoni u l-proċeduri analitiċi għas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni.

Fir-rigward tal-awditjar tal-kontijiet annwali għandu jiġi applikat ittestjar sostantiv tan-nefqa, inkluż test tad-dettalji. Fir-rigward tal-awditjar tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ittestjar għandu jinkludi verifika fuq il-post.

4.  

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida, li jkun fihom, b’mod partikolari:

(a) 

kjarifika u gwida ulterjuri fir-rigward tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni li jrid jitwettaq;

(b) 

id-determinazzjoni tal-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar.

Artikolu 7

Metodi tal-awditjar

1.  
Il-metodi tal-awditjar rilevanti għall-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu definiti fl-istrateġija tal-awditjar prevista fl-Artikolu 6(2).
2.  
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-awditjar u sabiex tinħareġ l-opinjoni kif stabbilit fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-passi tal-awditjar għandhom jinkludu awditi tas-sistemi, ittestjar sostantiv, fejn meħtieġ, u l-verifika tar-rikonċiljazzjonijiet fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u ta’ ġestjoni.
3.  
Fir-rigward tal-awditjar tas-sistemi ta’ governanza, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditi tas-sistemi li jistgħu jinkludu ttestjar tal-konformità kif ukoll l-ittestjar tal-kontrolli ġenerali tal-IT u tal-kontrolli tal-applikazzjoni, għall-fini ta’ verifika tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tas-sistema.
4.  
L-ittestjar sostantiv tan-nefqa għandu jkopri l-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti fil-livell tal-benefiċjarji finali fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għal dawn il-finijiet, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jakkumpanja lill-aġenzija tal-pagamenti meta twettaq verifiki fuq il-post fil-livell sekondarju. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ ma jakkumpanjax lill-aġenzija tal-pagamenti meta din twettaq il-verifiki inizjali fuq il-post, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun fiżikament impossibbli li ssir verifika mill-ġdid tal-kontroll inizjali mwettaq mill-aġenzija tal-pagamenti.
5.  
Fir-rigward tal-awditjar tas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu japplika ttestjar tar-rekords u bażijiet tad-data biex jivverifika jekk l-indikaturi tal-output tal-prestazzjoni u tar-riżultati rrapportati humiex irrapportati b’mod korrett u jaqblux man-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni jew mal-objettivi ta’ intervent, rispettivament. Il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti għad-differenzi bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi għall-indikatur tal-output f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu vverifikati u kkonfermati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-ħidma tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll il-verifika tal-kalkolu tal-indikaturi.
6.  
Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jibbaża fuq ir-riżultati tal-awditjar tal-awdituri esterni tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji għall-fini ta’ assigurazzjoni ġenerali u fuq din il-bażi, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jiddeċiedi li jillimita x-xogħol tal-awditjar tiegħu stess.

Fil-kuntest tal-fondi ta’ garanzija, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jwettaq awditi tal-korpi li jipprovdu self sottostanti ġdid biss meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) 

id-dokumenti ta’ sostenn, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-riċevituri finali, ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;

(b) 

ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju ma jirrappreżentawx rekord vera u akkurata tal-appoġġ ipprovdut.

L-Istat Membru għandu jiddefinixxi l-arranġamenti biex jiżgura r-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III, li juri l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati.

7.  
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist li jimplimenta strumenti finanzjarji, sa tmiem kull sena kalendarja, għandu jipprovdi lill-Istati Membri bir-rapport annwali tal-awditjar imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 imħejji mill-awdituri esterni tagħhom li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
8.  
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kundizzjonijiet u gwida ulterjuri dwar it-tfassil tal-proċeduri tal-awditjar, l-integrazzjoni tal-kampjunar, l-ippjanar u t-twettiq tal-verifika mill-ġdid fuq il-post tat-tranżazzjonijiet, fejn meħtieġ, permezz tal-linji gwida kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).



KAPITOLU II

Ġestjoni finanzjarja tal-Fondi



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 8

Kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti

1.  
Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet li jkopru biss in-nefqa u d-dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 6 u 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-użu tal-fondi magħmula disponibbli għaliha biex tħallas in-nefqa korrispondenti. Dawk il-kontijiet għandhom jippermettu li d-data finanzjarja għall-Fondi tiġi distinta u pprovduta separatament.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni tan-nefqa effettwata u tad-dħul assenjat riċevut fuq talba tagħha.

2.  
L-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom iżommu kontijiet li jkopru l-ammonti espressi fil-munita li fiha tkun iġġarrbet in-nefqa u d-dħul riċevut. Madankollu, sabiex in-nefqa u d-dħul kollha tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkonsolidati, dawn iridu jkunu jistgħu jipprovdu d-data korrispondenti fil-munita nazzjonali u fl-euro.
3.  

Fir-rigward tal-FAEŻR, kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm kontijiet li jippermettu li jiġu identifikati l-operazzjonijiet kollha għal kull pjan u għal kull intervent. Tali kontijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) 

l-ammont ta’ nefqa pubblika u l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa għal kull operazzjoni;

(b) 

l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji għal irregolaritajiet jew negliġenza misjuba;

(c) 

l-ammonti rkuprati, b’indikazzjoni tal-operazzjoni oriġinali.



Taqsima 2

Kontijiet tal-FAEG

Artikolu 9

Stabbiliment tad-dikjarazzjoni tan-nefqa

1.  
L-ammont tal-pagament li għandu jingħata lil benefiċjarju skont il-FAEG għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2.  
In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEG għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità.
3.  
L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 għandu jservi għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013, rispettivament, bħala bażi għat-tnaqqis tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
4.  
L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 u fil-każ speċifiku ta’ pagamenti diretti u l-programmi msemmija fil-paragrafu 3, l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jikkostitwixxi l-ammont li għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni.
5.  
In-nefqa ddikjarata lill-FAEG għandha sservi bħala bażi għall-verifika tal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni.
6.  
L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-penali amministrattivi fir-rigward tal-kundizzjonalità kif imsemmi fit-Titolu IV, il-Kapitoli IV u V, tar-Regolament (UE) 2021/2116.
7.  
B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jħallsu avvanzi għal pagamenti diretti mingħajr ma japplikaw ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lill-benefiċjarji fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal sena partikolari. Il-pagament tal-bilanċ li għandu jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta’ Diċembru għandu jqis ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja applikabbli f’dak iż-żmien għall-ammont totali ta’ pagamenti diretti fis-sena kalendarja korrispondenti.

Artikolu 10

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri

1.  
F’konformità mal-punt (c)(i) u (ii) tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku u mhux aktar tard mis-seba’ jum ta’ kull xahar, l-informazzjoni u d-dokumenti dwar in-nefqa u d-dħul assenjat imsemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari d-dikjarazzjoni tan-nefqa mfassla f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, il-komunikazzjoni dwar in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat riċevut bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru.

L-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

2.  

Id-dikjarazzjoni tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn tal-anqas:

(a) 

dikjarazzjoni, imfassla minn kull aġenzija tal-pagamenti, imqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Unjoni u skont in-nefqa u d-dħul assenjat, abbażi ta’ nomenklatura dettaljata magħmula disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni lill-Istati Membri li tkopri:

(i) 

in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat riċevut matul ix-xahar preċedenti;

(ii) 

in-nefqa totali effettwata u d-dħul assenjat riċevut mill-bidu tas-sena finanzjarja sal-aħħar tax-xahar preċedenti;

(iii) 

stimi tan-nefqa u tad-dħul assenjat li jkopru separatament it-tliet xhur li ġejjin u, kif xieraq, it-total ta’ stimi tan-nefqa u tad-dħul assenjat sa tmiem is-sena finanzjarja.

Meta l-istimi għat-tliet xhur li ġejjin, kif imsemmi fil-punt (iii) tal-ewwel subparagrafu jaqgħu fis-sena finanzjarja li jmiss, ikun meħtieġ li jiġi pprovdut biss it-total għal kull xahar;

(b) 

il-kontijiet li jagħtu prova tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-intervent pubbliku.

3.  
L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.

Artikolu 11

Regoli ġenerali dwar id-dikjarazzjoni tan-nefqa u dwar id-dħul assenjat

1.  
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-ħżin pubbliku msemmija fl-Artikolu 12, in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ xahar partikolari għandhom jikkorrispondu għall-pagamenti u l-irċevuti li effettivament saru matul dak ix-xahar.

Dik in-nefqa u d-dħul assenjat għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet tal-baġit tal-FAEG fir-rigward tas-sena finanzjarja korrispondenti.

Madankollu:

(a) 

in-nefqa li tista’ titħallas qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tippermetti li din titħallas kompletament jew parzjalment mill-FAEG tista’ tiġi ddikjarata biss:

(i) 

fir-rigward tax-xahar li matulu tiġi implimentata d-dispożizzjoni msemmija; jew

(ii) 

fir-rigward tax-xahar li jiġi wara l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija;

(b) 

id-dħul assenjat lill-FAEG għandu jiġi ddikjarat fir-rigward tax-xahar li matulu jiskadi ż-żmien tal-pagament tal-ammonti korrispondenti, stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, . Meta l-korrezzjonijiet tad-dħul assenjat iwasslu, fil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti, għad-dikjarazzjoni ta’ dħul assenjat negattiv għal linja tal-baġit, il-korrezzjonijiet żejda għandhom jiddaħħlu fix-xahar ta’ wara.

2.  
L-ispejjeż u d-dħul assenjat jitqiesu fid-data li fiha l-kont tal-aġenzija tal-pagamenti jkun ġie debitat jew kreditat. Madankollu, għall-pagamenti, id-data li għandha titqies tista’ tkun id-data li fiha l-aġenzija kkonċernata tkun ħarġet id-dokument ta’ pagament u tibagħtu lil istituzzjoni finanzjarja jew lill-benefiċjarju. Kull aġenzija tal-pagamenti għandha tuża l-istess metodu matul is-sena finanzjarja.
3.  
Ordnijiet għall-pagament li ma jiġux eżegwiti u pagamenti debitati lill-kont, imbagħad kreditati mill-ġdid, għandhom jintwerew fil-kontijiet bħala tnaqqis min-nefqa fir-rigward tax-xahar li matulu jiġi rrapportat in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew il-kanċellazzjoni lill-aġenzija tal-pagamenti.
4.  

Meta l-pagamenti dovuti skont il-FAEG ikunu mxekkla minn pretensjonijiet, dawn għandhom jitqiesu li jkunu saru fl-intier tagħhom għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1:

(a) 

fid-data tal-pagament tas-somma dovuta lill-benefiċjarju, jekk il-pretensjoni tkun inqas min-nefqa mħallsa;

(b) 

fid-data tat-tpaċija, jekk in-nefqa tkun inqas mill-pretensjoni jew daqsha.

Artikolu 12

Regoli speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku

1.  
L-operazzjonijiet li għandhom jitqiesu għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku għandhom ikunu dawk imdaħħla fl-aħħar ta’ xahar partikolari fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti, li seħħew mill-bidu tas-sena kontabilistika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 sal-aħħar ta’ dak ix-xahar.
2.  
Dikjarazzjonijiet tal-infiq bħal dawn għandhom jinkludu l-valuri u l-ammonti determinati f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 ( 2 ) imdaħħla fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti matul ix-xahar li jsegwi dak li huma relatati miegħu l-operazzjonijiet.

Madankollu:

(a) 

fil-każ ta’ operazzjonijiet imwettqa matul Settembru, il-valuri u l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru;

(b) 

fil-każ tal-ammonti ta’ deprezzament ġenerali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data stabbilita fid-deċiżjoni li tipprevedihom.

Artikolu 13

Deċiżjoni ta’ pagament mill-Kummissjoni

1.  
Abbażi tad-data mibgħuta f’konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, mingħajr preġudizzju għall-korrezzjonijiet li jistgħu jsiru permezz ta’ deċiżjonijiet sussegwenti f’konformità mal-Artikoli 53, 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament u b’kont meħud tat-tnaqqis u tas-sospensjonijiet deċiżi f’konformità mal-Artikoli 39 sa 42 ta’ dak ir-Regolament.
2.  
Jekk in-nefqa totali ddikjarata mill-Istati Membri għas-sena finanzjarja ta’ wara taqbeż it-tliet kwarti tal-approprjazzjonijiet totali tal-FAEG għas-sena finanzjarja attwali, l-impenji bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-pagamenti korrispondenti ta’ kull xahar għandhom jingħataw bi proporzjon mad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, sa massimu ta’ 75 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja attwali. Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet dwar ir-rimborżi sussegwenti.

Artikolu 14

Tqegħid ta’ riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri

Billi tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fil-qafas tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, ir-riżorsi meħtieġa biex ikopru n-nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mill-FAEG, bl-ammont korrispondenti ta’ dħul assenjat imnaqqas, fil-kont miftuħ minn kull Stat Membru.

Meta l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament ikun negattiv għal Stat Membru fit-total jew għal linja baġitarja partikolari, it-tpaċija effettiva tista’ tiġi differita għax-xhur ta’ wara.

Artikolu 15

Komunikazzjoni taħt intervent pubbliku

1.  

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:

(a) 

fuq talba tal-Kummissjoni, id-dokumenti u l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali addizzjonali adottati għall-applikazzjoni u l-ġestjoni tal-miżuri ta’ intervent;

(b) 

sal-jum previst fl-Artikolu 10(1), ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni dwar il-ħżin pubbliku, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

2.  
Is-sistemi ta’ informazzjoni relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25 għandhom jintużaw biex jitwettqu n-notifiki u l-iskambji ta’ informazzjoni u biex jitħejjew id-dokumenti b’rabta mal-infiq ta' intervent pubbliku.

Artikolu 16

Kontenut tal-kontijiet tal-ħżin pubbliku li għandhom jinżammu mill-aġenziji tal-pagamenti

1.  

Il-kontijiet tal-istokk previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandu jkun fihom il-kategoriji ta’ elementi li ġejjin, murija separatament:

(a) 

il-kwantitajiet ta’ prodotti rreġistrati mad-dħul u mat-tneħħija mill-ħżin, b’moviment fiżiku jew mingħajru;

(b) 

il-kwantitajiet użati għad-distribuzzjoni b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, u li huma kkunsidrati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, li jiddistingwi lil dawk li huma s-suġġett ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor;

(c) 

il-kwantitajiet meħuda bħala kampjuni, li jiddistingwu l-kampjuni meħuda mix-xerrejja;

(d) 

il-kwantitajiet li, wara li jiġu vverifikati permezz ta’ eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir l-intervent, ma jistgħux jibqgħu jiġu imballati mill-ġdid u huma s-suġġett ta’ bejgħ dirett;

(e) 

il-kwantitajiet neqsin, għal raġunijiet identifikabbli jew mhux identifikabbli, inklużi dawk li jikkorrispondu għal-limiti ta’ tolleranza legali;

(f) 

il-kwantitajiet li ddeterjoraw;

(g) 

il-kwantitajiet żejda;

(h) 

il-kwantitajiet neqsin li jaqbżu l-limiti ta’ tolleranza;

(i) 

il-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu fil-ħżin u li nstabu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti u li għalhekk l-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet irrifjutata;

(j) 

il-kwantitajiet netti maħżuna fl-aħħar ta’ kull xahar jew sena kontabilistika, li jiġu riportati għax-xahar jew għas-sena kontabilistika ta’ wara.

2.  

Il-kontijiet finanzjarji previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandhom jinkludu:

(a) 

il-valur tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, li juri separatament il-valur tal-kwantitajiet mixtrija u tal-kwantitajiet mibjugħa;

(b) 

il-valur kontabilistiku tal-kwantitajiet użati jew ikkunsidrati taħt l-arranġamenti ta’ distribuzzjoni b’xejn imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu;

(c) 

il-kostijiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(d) 

In-nefqa fuq operazzjonijiet fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(e) 

l-ammonti li jirriżultaw mid-deprezzament kif imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(f) 

l-ammonti miġbura jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament;

(g) 

l-ammont mill-bejgħ dirett trasferit wara l-inventarju annwali jew wara l-verifiki li jseħħu wara li l-prodotti jittieħdu fil-ħżin tal-intervent;

(h) 

it-telf u d-dħul mat-tneħħija tal-prodotti, bil-kunsiderazzjoni tad-deprezzament kif hemm referenza fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(i) 

debiti u krediti oħra, b’mod partikolari dawk li jikkorrispondu għall-kwantitajiet imsemmija fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(j) 

il-valur kontabilistiku medju, espress għal kull tunnellata

Artikolu 17

Kontabilità relatata ma’ intervent pubbliku

1.  
L-elementi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16 għandhom jiddaħħlu għall-kwantitajiet, il-valuri, l-ammonti u l-medji reġistrati attwalment mill-aġenziji tal-pagamenti jew għall-valuri u l-ammonti kkalkulati abbażi tal-ammonti standard stabbiliti mill-Kummissjoni.
2.  

Ir-rekords u l-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli li ġejjin:

(a) 

il-kostijiet tat-tneħħija relatati mal-kwantitajiet li għalihom ġew irreġistrati telf jew deterjorament kwantitattiv, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Annessi VI u VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet biss għall-kwantitajiet effettivament mibjugħa u mneħħija mill-ħżin;

(b) 

il-kwantitajiet irreġistrati bħala neqsin mat-trasferiment bejn l-Istati Membri ma għandhomx jitqiesu li jkunu daħlu fil-ħżin fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u ma għandhomx ikunu koperti mill-kostijiet standard tad-dħul;

(c) 

il-kostijiet standard tad-dħul u tat-tneħħija stabbiliti għat-trasport u għat-trasferiment għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet jekk dawk il-kostijiet ma jitqisux, skont ir-regoli tal-Unjoni, bħala parti integrali mill-kostijiet tat-trasport;

(d) 

sakemm ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jipprovdux mod ieħor, l-ammonti li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ prodotti li ddeterjoraw u kwalunkwe ammont ieħor riċevut f’dan il-kuntest ma għandhomx jiddaħħlu fir-rekords tal-kontijiet tal-FAEG;

(e) 

kwalunkwe kwantità żejda rreġistrata għandha tiddaħħal fil-kontijiet bħala ammont negattiv, fil-kwantitajiet neqsin fis-sitwazzjoni tal-istokk u fil-movimenti. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu inklużi meta jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li jaqbżu l-limitu ta’ tolleranza;

(f) 

kampjuni oħra barra dawk meħuda mix-xerrejja għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet f’konformità mal-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014.

3.  
Korrezzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-elementi msemmija fl-Artikolu 16 għas-sena ta’ kontabilità attwali, għandhom jiġu notifikati lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Dawn jistgħu jiġu nnotifikati lill-Istati Membri fl-okkażjoni ta’ deċiżjoni ta’ pagament ta’ kull xahar jew, fin-nuqqas ta’ dan, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti skont it-termini ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 18

Dati għad-dħul tan-nefqa u tad-dħul u tal-movimenti tal-prodotti fil-kontijiet għall-intervent pubbliku

1.  
Id-diversi entrati ta’ nefqa u dħul għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent pubbliku u bl-użu tar-rata tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:

(a) 

id-data tal-wasla, fil-każ tal-ammonti riċevuti jew irkuprati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2), il-punti (f) u (g), ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

id-data tal-pagament reali tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet fiżiċi, fejn tali kostijiet ma humiex koperti minn ammonti standard.

2.  
Id-diversi elementi relatati mal-moviment fiżiku tal-prodotti u mal-ġestjoni tal-istokkijiet għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:

(a) 

id-data tal-akkwiżizzjoni tal-prodotti mill-aġenzija tal-pagamenti, f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 ( 3 ), għall-kwantitajiet li jidħlu fil-ħżin pubbliku mingħajr ebda bidla fil-post tal-ħżin;

(b) 

fir-rigward tal-kwantitajiet neqsin jew iddeterjorati u żejda, id-data tas-sejba dwar il-fatti fil-każ ta’ kwantitajiet nieqsa jew iddeterjorati u żejda;

(c) 

id-data tat-tneħħija attwali mill-ħżin, fil-każ ta’ bejgħ dirett ta’ prodotti li jibqgħu fil-ħżin li ma jistgħux jiġu imballati mill-ġdid wara eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir intervent;

(d) 

l-aħħar jum tas-sena kontabilistika, għal kwalunkwe telf li jaqbeż il-limitu ta’ tolleranza msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

Artikolu 19

Ammont iffinanzjat taħt intervent pubbliku

1.  
L-ammont li għandu jiġi ffinanzjat skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-kontijiet imfassla u miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, u li għalih id-diversi entrati ta’ nfiq u dħul imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament huma ddebitati u kkreditati, rispettivament, filwaqt li jitqiesu, fejn meħtieġ, l-ammonti ta’ nfiq stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.
2.  
L-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi ta’ koordinazzjoni kif xieraq għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, kull xahar u kull sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għall-finanzjament tan-nefqa fuq il-ħżin pubbliku u l-kontijiet li jixhdu n-nefqa u d-dħul relatati mal-ħżin pubbliku fil-forma ta’ tabelli, sal-jum previst fl-Artikolu 10(1) u sad-data prevista fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 20

Dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul tal-intervent pubbliku

1.  
Il-finanzjament mill-FAEG skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jkun ugwali għan-nefqa, ikkalkolat abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-miżuri ta’ intervent, ivvalidat mis-sistema ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni u inkluż mill-aġenzija tal-pagamenti fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħha mfassla f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.
2.  
Is-somom irkuprati f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-ammonti riċevuti jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ddikjarati lill-baġit tal-FAEG f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.



Taqsima 3

Kontijiet tal-FAEŻR

Artikolu 21

Previżjoni tar-rekwiżiti ta’ finanzjament

Għal kull Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u mill-31 ta’ Awwissu, il-previżjonijiet tagħhom tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għas-sena finanzjarja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jibagħtu stima aġġornata tat-talbiet ta’ finanzjament tagħhom għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Dawk il-previżjonijiet u dik l-istima aġġornata għandhom jintbagħtu abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Artikolu 22

Dikjarazzjonijiet tan-nefqa

1.  
L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiddikjaraw in-nefqa u l-ammont irkuprat għal kull tip ta’ żvilupp rurali ta’ intervent u assistenza teknika skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-mudell li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jispeċifikaw f’dikjarazzjoni tan-nefqa tal-anqas dan li ġej:

(a) 

l-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalih l-aġenzija tal-pagamenti tkun fil-fatt ħallset il-kontribuzzjoni korrispondenti tal-FAEŻR matul kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 32(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(c) 

l-informazzjoni addizzjonali dwar l-avvanzi mħallsa lill-benefiċjarji kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(d) 

l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(e) 

l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR mill-2007 ’il quddiem, li għalihom l-Istati Membri ma humiex aktar obbligati jibagħtu dikjarazzjoni interim tan-nefqa;

(f) 

l-ammonti relatati mal-assistenza teknika.

In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEŻR għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

2.  

Ladarba l-Kummissjoni tkun approvat Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom sal-iskadenzi li ġejjin:

(a) 

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu;

(b) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju;

(c) 

sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru;

(d) 

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Jekk fi Stat Membru, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġi implimentat minn aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jiġu trażmessi fl-istess jum.

Madankollu, in-nefqa kollha mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) 2021/2115 sa tmiem l-aħħar perjodu, kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, qabel l-approvazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament, issir taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u għandha tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-approvazzjoni ta’ dak il-pjan. L-ammonti rkuprati għall-perjodu korrispondenti, kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jiġu ddikjarati wkoll f’dik id-dikjarazzjoni. L-istess regola għandha tapplika mutatis mutandis f’każ ta’ emenda ta’ Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115, ħlief għall-aġġustamenti tal-pjan ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa għandha tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja meta l-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jiġu ssodisfati u tkun saret mill-aġenzija tal-pagamenti qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.

Artikolu 23

Kalkolu tal-ammont li għandu jitħallas

1.  

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha titħallas fir-rigward tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115 (5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandha tissemma’ fil-pjan ta’ finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ referenza u għandha tiġi kkalkolata fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament kif ġej:

(a) 

għal kull perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR kif previst fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

għal ċerti tipi eliġibbli ta’ nefqa, imsemmija fl-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fil-perjodu 2023-2027, abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet f’dak l-Artikolu;

(c) 

assistenza teknika abbażi ta’ rata fissa, kif imsemmi fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Il-kalkolu għandu jqis il-korrezzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif iddikjarati fid-dikjarazzjoni tan-nefqa għal dak il-perjodu.

2.  
Mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu previst fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, meta t-total ikkombinat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa lill-Pjan Strateġiku tal-PAK jaqbeż il-kontribuzzjoni għal tip ta’ intervent, fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas għall-ammont ipprogrammat għal dak it-tip ta’ intervent. Kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni eskluża b’riżultat ta’ dan tista’ titħallas aktar tard dment li jkun ġie sottomess pjan ta’ finanzjament aġġustat mill-Istat Membru u jkun ġie approvat mill-Kummissjoni.

Artikolu 24

Diżimpenn awtomatiku

F’każ li Stat Membru ma jissottomettix pjan ta’ finanzjament rivedut, kif previst fl-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116, u l-emenda relatata tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull tip ta’ intervent pro rata, billi temenda d-deċiżjoni li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru.



Taqsima 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi

Artikolu 25

Skambju elettroniku ta’ informazzjoni u dokumenti

1.  
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji elettroniċi ta’ dokumenti u informazzjoni bejniethom u l-Istati Membri għall-komunikazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ informazzjoni prevista fl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom. Din għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-sistemi permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
2.  

Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw b’mod partikolari:

(a) 

id-data meħtieġa għat-tranżazzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari dawk relatati mal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u d-dħul assenjat u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 14, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

dokumenti ta’ interess komuni li jippermettu li jiġu mmonitorjati d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim tan-nefqa u tal-kontijiet annwali u l-informazzjoni u d-dokumenti li l-aġenziji tal-pagamenti jridu jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni li għandhom jiġu kkonsultati;

(c) 

it-testi tal-Unjoni u l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni mill-awtoritajiet akkreditati u maħtura skont ir-Regolament (UE) 2021/2116, u l-linji gwida dwar l-applikazzjoni armonizzata tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

3.  
Il-forma u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 10, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 għandhom ikunu magħmulin disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri b’mudelli permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Dawn il-mudelli għandhom jiġu adattati u aġġornati mill-Kummissjoni, wara li tkun infurmat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

4.  
Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jkun fihom l-għodod meħtieġa għall-ħżin tad-data u għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-Fondi mill-Kummissjoni.
5.  
Id-data dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tiġi kkomunikata, imdaħħla u aġġornata fis-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti, mill-aġenziji tal-pagamenti nfushom jew minn korpi li lilhom tkun ġiet iddelegata dik il-funzjoni, fejn applikabbli permezz tal-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati f’konformità mal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6.  
Meta dokument mibgħut skont l-Artikolu 90(1), il-punt (c),(i) u (iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew proċedura fis-sistemi tal-informazzjoni jkun jeħtieġ il-firma jew l-approvazzjoni ta’ persuna awtorizzata f’wieħed jew aktar mill-istadji ta’ dik il-proċedura, dik il-firma elettronika obbligatorja jew l-approvazzjoni għandha ssir f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014.
7.  
Id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati għandhom jinżammu għall-perjodu kollu previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.
8.  
Meta jkun hemm ħsara f’sistema ta’ informazzjoni jew l-ebda konnessjoni stabbli, l-Istat Membru jista’, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti f’forma oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Rekwiżiti għar-rimborż tan-nefqa għall-Fondi

1.  
Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għall-Fondi għandhom jiddaħħlu fil-forma ta’ data strutturata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jew mill-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.
2.  
In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat tal-FAEG iddikjarati fir-rigward ta’ perjodu jista’ jkun fihom korrezzjonijiet għad-data ddikjarata fir-rigward tal-perjodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti tal-istess sena finanzjarja.
3.  
In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat li għandhom jiġu imposti għas-sena finanzjarja mhux introdotti rispettivament fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim jistgħu jiġu kkoreġuti biss fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (c)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
4.  
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-Kummissjoni, soġġetta għad-disponibbiltà tar-riżorsi, fil-kont(ijiet) miftuħ(in) minn kull Stat Membru.
5.  
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-isem jew bin-numri tal-kont(ijiet) f’konformità mal-format li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għalih.

Artikolu 27

Sospensjoni tal-pagamenti

L-atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament għandhom iqisu s-sospensjoni tal-pagamenti deċiżi f’konformità mal-Artikoli 40(1) u (2), 41(2) u 42(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 28

Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni

1.  
Wara l-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni sottomessa mill-Istat Membru fil-kuntest tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti pjan ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116. L-Istat Membru għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. F’dak il-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju konkreti biex jindirizza n-nuqqasijiet u jidentifika l-interventi, li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-azzjonijiet ta’ rimedju għandhom jiġu deskritti f’dettall suffiċjenti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex xieraq biex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet, inkluż, fejn rilevanti, l-azzjonijiet biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-interventi kkonċernati.
2.  
Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn minn meta jitnieda l-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-perjodu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll indikaturi tal-progress lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.
3.  
Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni.
4.  
Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien xahrejn, jekk tqisx li l-pjan ta’ azzjoni huwa biżżejjed biex jindirizza n-nuqqasijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5.  
L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni fil-mument tas-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3)( tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.

Artikolu 29

Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ governanza

1.  
L-Istat Membru għandu jissottometti l-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116 fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproponi azzjonijiet konkreti biex jindirizza kull wieħed min-nuqqasijiet serji indikati mill-Kummissjoni. L-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu deskritti b’mod adegwat sabiex il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex biżżejjed biex jirrimedja n-nuqqasijiet.
2.  
Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn mid-data tat-tnedija tal-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-indikaturi tal-progress, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll stadji importanti lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.
3.  
Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni. F’każijiet debitament ġustifikati, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż.
4.  
Wara l-iskambji msemmija fil-paragrafu 3, u mhux aktar tard minn xahrejn wara li tirċievi l-aħħar komunikazzjoni mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub dwar il-valutazzjoni tagħha. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva minħabba pjan ta’ azzjoni manifestament insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5.  
Fejn ma jkunx hemm progress suffiċjenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni jew ma jkunx ġie sottomess f’konformità mat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6.  
Għal nuqqasijiet serji rikorrenti żvelati fir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68(3), 69(6) u 70(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha titlob pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament, jekk l-istess nuqqasijiet jiġu identifikati mingħajr ebda titjib fit-tieni sena konsekuttiva.
7.  
L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.



KAPITOLU III

Approvazzjoni tal-kontijiet



Taqsima 1

Irkupru tad-djun

Artikolu 30

Irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.  
Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta’ irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura talba għall-irkupru mill-benefiċjarji fi żmien raġonevoli wara, fejn applikabbli, l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru jkun irċieva rapport ta’ kontroll jew dokument simili, li jiddikjara li seħħet irregolarità. Is-sistema għandha tiżgura li l-ammonti korrispondenti jiġu rreġistrati fil-ħin tat-talba għall-irkupru fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.
2.  
L-Istati Membri għandu jkollhom sistema fis-seħħ biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ rkupru, inkluż il-kalkolu tal-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116, it-tpaċija u l-infurzar ta’ ammonti mħallsa mhux dovuti, jiġu mnedija u segwiti fil-ħin. Għandu jiġi żgurat is-segwitu ta’ dejn skont il-proċedura nazzjonali ta’ rkupru applikabbli u l-ammonti rkuprati għandhom jiġu rimborżati lill-Fondi fi żmien xieraq.
3.  
Il-korrezzjoni ta’ dejn lejn il-Fondi għandha sseħħ biss jekk in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità jiġi rreġistrat minn strument amministrattiv jew legali ta’ natura finali.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kif xieraq it-tħassir ta’ dejn u d-deċiżjoni li ma jiġix segwit l-irkupru ta’ dejn f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.

Artikolu 31

Irkupru permezz ta’ tpaċija

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra ta’ infurzar prevista mil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw kwalunkwe ammont mhux dovut li jirriżulta minn irregolarità pendenti ta’ benefiċjarju stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali kontra kwalunkwe pagament futur favur dak il-benefiċjarju, li għandu jsir mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-irkupru tad-dejn.



Taqsima 2

Approvazzjoni

Artikolu 32

Kontenut tal-kontijiet annwali

1.  

Il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jinkludu:

(a) 

id-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

in-nefqa tal-FAEG wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut mhux irkuprat fi tmiem is-sena finanzjarja minbarra dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqhom, miġbura fil-qosor skont l-entrata u s-subpartita tal-baġit tal-Unjoni;

(c) 

in-nefqa tal-FAEŻR, skont il-programm, il-miżura jew it-tip ta’ intervent kif applikabbli u r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika. Id-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ammonti rkuprati. Ladarba jingħalaq programm jew Pjan Strateġiku tal-PAK, kwalunkwe pagament mhux dovut li ma jkunx irkuprat għajr dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqu, għandu jitnaqqas min-nefqa tas-sena finanzjarja inkwistjoni;

(d) 

tabella tad-differenzi skont l-entrata u s-subpartita jew, fil-każ tal-FAEŻR skont il-programm, il-miżura jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u skont ir-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika u l-qasam ta’ prijorità fejn applikabbli, bejn in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarat fil-kontijiet annwali u dak iddikjarat għall-istess perjodu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punt b), ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEG, u l-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEŻR, akkumpanjata minn spjegazzjoni għal kull differenza;

(e) 

separatament, l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Unjoni, rispettivament, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) fir-rigward ta’:

(i) 

in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabel;

(ii) 

il-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(iii) 

għajnuna għal programmi operazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 5(6) u (7), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għal operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 sa tmiem il-programmi operazzjonali jew il-programmi ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 5(6)(c) u (7), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2117;

(iv) 

id-dħul iddikjarat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ( 7 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 27/2004 ( 8 );

(f) 

estratt tal-pagamenti mhux dovuti li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja bħala konsegwenza ta’ irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 ( 9 ), inkluż kwalunkwe penali previsti mir-regoli settorjali applikabbli tal-Unjoni u l-imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Għan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi ppreżentat f’tabella estratt ta’ pagamenti mhux dovuti f’konformità mas-sett ta’ mudell stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014;

(g) 

estratt mill-ktieb tad-debituri tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u kkreditati lill-FAEG jew lill-FAEŻR minbarra dawk imsemmija fil-punti (b), (c) (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe penali u imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(h) 

sommarju tal-operazzjonijiet ta’ intervent u dikjarazzjoni tal-kwantità u l-post tal-ħażniet fi tmiem is-sena finanzjarja;

(i) 

konferma li n-nefqa, id-dħul assenjat u d-dettalji ta’ kull moviment tal-ħżin tal-intervent jinżammu fuq il-fajls u r-rekords kontabilistiċi tal-aġenzija tal-pagamenti;

(j) 

il-bilanċ tal-għeluq fi tmiem is-sena finanzjarja ta’ avvanzi akkumulati mhux użati/mhux approvati mħallsa mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, iddettaljati għall-FAEG skont l-intervent u għall-FAEŻR skont il-programm, jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u għal dan tal-aħħar, inklużi l-istrumenti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, il-bilanċ tal-għeluq jikkonċerna l-ammonti mħallsa bħala avvanzi mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 32(4) il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li la ntużaw mill-Istati Membri għal pagamenti lil jew għall-benefiċċju tar-riċevituri finali u lanqas ma ġew impenjati għal kuntratti ta’ garanzija jew imħallsa bħala tariffi u kostijiet ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.  
Il-kontijiet annwali għandhom ikunu l-bażi tar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni li għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 33

Trażmissjoni ta’ informazzjoni

1.  

Għall-finijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a) 

l-entrati inklużi fil-kontijiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c) 

l-opinjoni u r-rapporti stabbiliti mill-korp jew mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-firxa tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, sottomess mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-Pagament tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi r-rekords kompluti tal-informazzjoni kontabilistika kollha meħtieġa għall-finijiet tal-istatistika u tal-kontroll, relatata man-nefqa fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni kontabilistika għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni.

2.  
Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li jkunu relatati magħha. Id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku f’konformità mal-format u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25.

Dawk id-dokumenti għandu jkollhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

3.  
Fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, aktar informazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tista’ tiġi indirizzata lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ xogħol meħtieġ għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.
4.  
F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ taċċetta talba għal sottomissjoni tard tal-informazzjoni, jekk dik it-talba tiġi indirizzata lilha qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni.

Artikolu 34

Konservazzjoni tal-informazzjoni kontabilistika

1.  
Id-dokumenti ta’ sostenn dwar in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEG għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal tliet snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tas-sena finanzjarja kkonċernata skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2.  
Id-dokumenti ta’ sostenn rigward in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha jkun sar il-pagament finali mill-aġenzija tal-pagamenti.
3.  
Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew negliġenza, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha s-somom jiġu rkuprati kompletament mill-benefiċjarju u jiġu kkreditati lill-Fondi.
4.  
Id-dokumenti ta’ sostenn rigward l-outputs li jikkorrispondu għan-nefqa ddikjarata taħt il-FAEG skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u taħt il-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena finanzjarja kkonċernata.
5.  
Fil-każ ta’ proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha tkun ġiet konkluża dik il-proċedura jew, jekk deċiżjoni ta’ konformità tkun is-suġġett ta’ proċedimenti legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha jiġu konklużi dawk il-proċedimenti.
6.  
Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jew f’forma stampata, f’forma elettronika u/jew fiż-żewġ forom.

Id-dokumenti jistgħu jinżammu esklussivament f’forma elettronika jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tippermetti l-użu ta’ dokumenti elettroniċi bħala evidenza tat-tranżazzjonijiet sottostanti fi proċedimenti tal-qorti nazzjonali.

Jekk id-dokumenti jinżammu f’forma elettronika biss, is-sistema għal dan għandha tikkonforma mat-Taqsima 3.(B) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

Artikolu 35

Approvazzjoni finanzjarja

1.  
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiddetermina l-ammonti tan-nefqa magħmula f’kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala li għandhom jitħallsu mill-Fondi abbażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe tnaqqis u sospensjoni skont l-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Għall-FAEŻR, l-ammont iddeterminat mid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandu jinkludi l-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw permezz ta’ riallokazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.  
Fir-rigward tal-FAEG, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta’ kull xahar relatat man-nefqa li tkun saret fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet jew iżżidu miegħu.

Fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-ewwel pagament jew iżżidu miegħu li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat ir-riżultati tal-verifika tagħha tal-informazzjoni pprovduta, flimkien ma’ kwalunkwe emenda li tipproponi, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.
4.  
Jekk, għal raġunijiet attribwibbli għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tapprova l-kontijiet ta’ Stat Membru qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru bl-investigazzjonijiet addizzjonali li tipproponi li twettaq skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5.  
Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 36

Approvazzjoni tal-prestazzjoni

1.  
Meta jiġi ddeterminat liema ammonti għandhom jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni, meta jinstab li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u s-sejbiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura annwali tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni li ssir f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
2.  
Meta, b’riżultat tad-dokumenti ta’ approvazzjoni annwali sottomessi mill-Istat Membru u fin-nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet suffiċjenti, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti, hija għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika d-differenza misjuba. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien skadenza li għandha tiġi stabbilita fil-komunikazzjoni, li ma għandhiex tkun inqas minn 30 jum kalendarju minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:

(a) 

jipprovdi kummenti u ġustifikazzjonijiet dwar id-differenzi stabbiliti;

(b) 

juri lill-Kummissjoni li d-differenza attwali misjuba jew l-ammont li ma għandux outputs korrispondenti huwa inqas minn dak indikat mill-Kummissjoni;

(c) 

jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura rapportar korrett tal-outputs jew biex jiżgura li n-nefqa jkollha output korrispondenti u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom.

Il-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.

3.  
Il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex titnaqqas min-nefqa ta’ finanzjament tal-Unjoni li ma għandhiex output korrispondenti għas-sena finanzjarja inkwistjoni.
4.  
Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
5.  
Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6.  
Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 37

Proċedura ta’ konformità

1.  
Sabiex tiddetermina liema ammonti għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni, meta ssib li n-nefqa ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ konformità li ssir f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Għall-interventi taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, imsemmija fl-Artikolu 65 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rapporti ta’ valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ ta’ raba’, tal-applikazzjoni ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ taż-żona.
2.  
Meta, bħala riżultat ta’ kwalunkwe investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma saritx f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, din għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika l-miżuri korrettivi meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità futura ma’ dawk ir-regoli, u li billi tindika l-livell proviżorju ta’ korrezzjoni finanzjarja li f’dak l-istadju tal-proċedura tqis li jikkorrispondi għas-sejbiet tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha wkoll tiskeda laqgħa bilaterali fi żmien 5 xhur wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tweġiba mill-Istat Membru. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:

(a) 

juri lill-Kummissjoni li l-firxa attwali tan-nuqqas ta’ konformità jew tar-riskju għall-Fondi hija inqas minn dik li ġiet indikata mill-Kummissjoni;

(b) 

jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-Unjoni u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom.

F’każijiet iġġustifikati u meta l-Istat Membru jagħmel talba motivata, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza estensjoni tal-perjodu ta’ xahrejn b’massimu ta’ xahrejn. Ir-raġuni ġġustifikata tista’ tkun il-valutazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-kalkolu tal-Istat Membru. It-talba għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu.

Jekk l-Istat Membru jqis li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni kif xieraq fit-tweġiba tiegħu għall-komunikazzjoni.

3.  
Fil-laqgħa bilaterali, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal ftehim dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kif ukoll dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 30 jum tax-xogħol mil-laqgħa bilaterali, tfassal il-minuti u tibgħathom lill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievi l-minuti.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 6 xhur wara li tibgħat il-minuti tal-laqgħa bilaterali, tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru abbażi tal-informazzjoni riċevuta fil-qafas tal-proċedura tal-konformità. Dik il-komunikazzjoni għandha tevalwa n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għall-Artikolu 43(1) ta’ dan ir-Regolament.

Jekk Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, il-perjodu ta’ 6 xhur jibda mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika.

4.  

Meta l-Istat Membru jkun għamel użu mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru mhux aktar tard minn 6 xhur wara:

(a) 

il-wasla tar-rapport tal-korp ta’ konċiljazzjoni;

(b) 

il-wasla ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru sal-iskadenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3), diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

5.  

Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 3 u 4 fil-perjodi ta’ żmien rispettivi, il-Kummissjoni għandu jkollha disponibbli l-informazzjoni kollha rilevanti f’dak l-istadju partikolari tal-proċedura. Meta l-Kummissjoni tqis li hija nieqsa mill-informazzjoni, fi kwalunkwe ħin fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawk il-paragrafi, din tista’:

(a) 

titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru, li l-Istat Membru għandu jwieġeb għaliha fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni; u/jew

(b) 

tinforma lill-Istat Membru bl-intenzjoni tagħha li twettaq missjoni ta’ awditjar addizzjonali biex twettaq il-verifiki meħtieġa.

F’dak il-każ, il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jerġgħu jibdew jew mal-wasla mill-Kummissjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba jew mill-aħħar jum tal-missjoni ta’ awditjar addizzjonali.

Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 u f’dan il-paragrafu li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.

6.  

Meta tiġi evalwata n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni, l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru wara l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3, it-tielet paragrafu, tista’ titqies biss:

(a) 

meta jkun meħtieġ li tiġi evitata sovrastima grossa tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni; u

(b) 

jekk it-trażmissjoni tard tal-informazzjoni tkun iġġustifikata kif xieraq minn fatturi esterni u ma tikkompromettix l-adozzjoni f’waqtha mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

7.  
Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni waħda jew aktar skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa affettwata min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ ssegwi proċeduri konsekuttivi tal-konformità sakemm l-Istat Membru jkun fil-fatt implimenta l-miżuri korrettivi.
8.  
Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Madankollu, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi data differenti għat-tnaqqis jew li tawtorizza r-rimborż tiegħu f’mhux aktar minn tliet pagamenti akkonti meta dan ikun iġġustifikat mill-materjalità tat-tnaqqis inkluż f’att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din it-talba għal pagamenti akkont għandha tiġi sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 5 ijiem wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar id-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.

9.  
Għall-Istati Membri li huma soġġetti għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 ( 10 ), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 ( 11 ) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddifferixxi, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar mid-data tal-adozzjoni tagħha, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati wara l-1 ta’ Mejju 2025 skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (“deċiżjoni ta’ differiment”).

Id-deċiżjoni ta’ differiment għandha tawtorizza t-tnaqqis li għandu jsir wara t-tmiem tal-perjodu ta’ differiment fi tliet pagamenti akkonti annwali. Meta l-ammont totali soġġett għad-deċiżjoni ta’ differiment jirrappreżenta aktar minn 0,02 % tal-prodott domestiku gross tal-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza r-rimborż f’massimu ta’ ħames pagamenti akkonti annwali.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, li testendi darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, il-perjodu ta’ żmien ta’ differiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-Istat Membru li jibbenefika minn deċiżjoni ta’ differiment għandu jiżgura li n-nuqqasijiet li kienu r-raġunijiet għat-tnaqqis u li jippersistu fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ differiment qed jiġu rrimedjati abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni, stabbilit f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, inklużi skadenzi u indikaturi ċari tal-progress. Il-Kummissjoni għandha temenda jew tħassar id-deċiżjoni ta’ differiment, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jirrimedja n-nuqqasijiet kif previst fil-pjan ta’ azzjoni;

(b) 

il-progress tal-azzjonijiet ta’ rimedju ma huwiex biżżejjed skont l-indikaturi tal-progress; jew

(c) 

l-eżitu tal-azzjonijiet ma huwiex sodisfaċenti.

10.  
Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
11.  
F’każijiet debitament ġustifikati li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
12.  
Il-komunikazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.
13.  
Il-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 38

Deċiżjoni li ma tinbediex jew ma titwettaqx investigazzjoni dwar il-konformità

1.  
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 meta tistenna li l-korrezzjoni finanzjarja possibbli, għan-nuqqas ta’ konformità identifikata bħala riżultat ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament, ma taqbiżx EUR 50 000  u 2 % tan-nefqa rilevanti jew l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati.
2.  
Meta l-Kummissjoni tnaqqas il-pagamenti ta’ kull xahar f’konformità mal-Artikolu 39(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, din tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, diment li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx esprima l-oġġezzjoni tiegħu għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fil-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 39(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 39

Korp ta’ konċiljazzjoni

Għall-fini tal-proċedura tal-konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandu jiġi stabbilit korp ta’ konċiljazzjoni. Dan għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

li jeżamina kwalunkwe kwistjoni rriferuta lilu minn Stat Membru li jkun irċieva komunikazzjoni formali mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni tan-nefqa li l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni;

(b) 

li jipprova jirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru kkonċernat;

(c) 

fi tmiem l-eżami tiegħu, li jfassal rapport dwar ir-riżultati tal-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu, u jagħmel kwalunkwe kumment li jqis bħala utli jekk il-punti kollha ta’ tilwim jew uħud minnhom jibqgħu mhux solvuti.

Artikolu 40

Kompożizzjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni

1.  
Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jkun magħmul minn mill-inqas ħames membri magħżula fost persuni eminenti li joffru kull garanzija ta’ indipendenza u li huma kkwalifikati ħafna fi kwistjonijiet dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, inkluż l-iżvilupp rurali, jew fil-prattika tal-awditjar finanzjarju.

Dawn iridu jkunu ċittadini ta’ Stati Membri differenti.

2.  
Il-president, il-membri u l-membri sostituti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni għal mandat inizjali ta’ 3 snin wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

Il-mandati jistgħu jiġġeddu għal sena separatament biss, wara li jkun ġie infurmat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Madankollu, jekk il-president li għandu jinħatar ikun diġà membru tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni, il-mandat inizjali bħala president għandu jkun ta’ tliet snin.

L-ismijiet tal-president, tal-membri u tal-membri sostituti għandhom jiġu ppubblikati fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  
Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom jiġu remunerati wara li jitqies il-ħin li huma meħtieġa jiddedikaw għall-kompitu. Il-kostijiet għandhom jiġu kkumpensati f’konformità mar-regoli fis-seħħ għall-persunal tal-Kummissjoni.
4.  
Wara l-iskadenza tal-mandat, il-president u l-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiġġedded il-mandat tagħhom.
5.  
Il-mandat tal-membri li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom mal-korp ta’ konċiljazzjoni jew li, għal kwalunkwe raġuni, ma jkunux disponibbli għal perjodu indeterminat jista’ jintemm mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

F’dak il-każ, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-perjodu li għalih dak il-membru jkun inħatar minn membru sostitut, u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli għandu jiġi infurmat.

Jekk il-mandat tal-president jintemm, il-membru li għandu jwettaq id-dmirijiet tal-president għall-bqija tal-perjodu li għalih ikun inħatar il-president għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

Artikolu 41

Indipendenza tal-korp ta’ konċiljazzjoni

1.  
Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b’mod indipendenti, mingħajr ma jfittxu jew jaċċettaw struzzjonijiet mill-Kummissjoni, minn kwalunkwe gvern jew korp.

Il-membri ma għandhomx jieħdu sehem fil-ħidma tal-korp ta’ konċiljazzjoni jew jiffirmaw rapport jekk, f’uffiċċju preċedenti, ikunu ġew involuti personalment fil-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni miksuba minnhom matul il-ħidma tagħhom għall-korp ta’ konċiljazzjoni. Tali informazzjoni għandha tkun kunfidenzjali u koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

Artikolu 42

Arranġamenti ta’ ħidma

1.  
Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiltaqa’ fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Il-president għandu jħejji u jorganizza x-xogħol. Fin-nuqqas tal-president, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(5), l-ewwel subparagrafu, l-aktar membru anzjan għandu jkun il-president.

Is-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu, ir-rapporti għandhom jiġu adottati b’maġġoranza assoluta tal-membri preżenti, bil-kworum għad-deliberazzjonijiet li jkun ta’ tlieta.

Ir-rapporti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mill-membri li jkunu ħadu sehem fid-deliberazzjonijiet. Dawn għandhom jiġu ffirmati b’mod konġunt mis-segretarjat.

Artikolu 43

Proċedura ta’ konċiljazzjoni

1.  
Stat Membru jista’ jirreferi kwistjoni lill-korp ta’ konċiljazzjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 37(3) it-tielet subparagrafu, billi jibgħat talba motivata għal konċiljazzjoni lis-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni.
2.  
Il-proċedura li għandha tiġi segwita u l-indirizz tas-segretarjat għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.
3.  

Talba għal konċiljazzjoni għandha tkun ammissibbli biss meta l-ammont previst jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jew:

(a) 

ikun jaqbeż EUR 1 miljun;

jew

(b) 

jirrappreżenta mill-inqas 25 % tan-nefqa annwali totali tal-Istat Membru taħt il-partiti tal-baġit ikkonċernati.

Barra minn hekk, jekk matul id-diskussjonijiet preċedenti l-Istat Membru jkun iddikjara u wera li l-kwistjoni hija waħda mill-prinċipji relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni, il-president tal-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jiddikjara li talba għal konċiljazzjoni tkun ammissibbli. Madankollu, talba bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tkun relatata biss ma’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni legali.

4.  
Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod kemm jista’ jkun informali u fil-pront, billi jibbaża ruħu biss fuq l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien meta jiġu kkomunikati l-konklużjonijiet formali f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) u jagħti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati seduta ġusta.

Madankollu, jekk l-Istat Membru jqis li jkun meħtieġ li jippreżenta fit-talba tiegħu għal informazzjoni ta’ konċiljazzjoni li tkun għadha ma ġietx ikkomunikata lill-Kummissjoni, il-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta dik l-informazzjoni l-ġdida biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(6). L-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39.

5.  
Meta, fi żmien 4 xhur minn meta jiġi riferut każ lilu, il-korp ta’ konċiljazzjoni ma jkunx jista’ jirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru, il-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha titqies li ma tkunx irnexxiet.
6.  
Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39, il-punt (c), għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex il-pożizzjonijiet ma setgħux jiġu rrikonċiljati. Dan għandu jiddikjara jekk ikunx intlaħaq kwalunkwe ftehim parzjali matul il-proċedimenti u jekk il-korp ta’ konċiljazzjoni jistidinx lill-Kummissjoni tivvaluta informazzjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu.
7.  

Ir-rapport għandu jintbagħat lil:

(a) 

l-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

il-Kummissjoni, biex teżaminah qabel ma tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru;

(c) 

l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

8.  
Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1, it-tieni subparagrafu tal-4 u 5 li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.



KAPITOLU IV

Verifiki



Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 44

Informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u fit-talbiet għall-pagamenti għall-identifikazzjoni tagħhom, inkluż, meta applikabbli, l-identifikazzjoni tal-grupp, kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) li jipparteċipaw fih sa minn ċerta data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

(a) 

l-isem l-entità;

(b) 

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(c) 

l-isem l-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(d) 

l-entità omm apikali u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(e) 

is-sussidjarji u n-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tintuża meta jitfassal il-kampjun tal-verifika imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din l-informazzjoni tista’ b’mod partikolari tintuża biex jitwettqu verifiki fir-rigward taċ-ċirkomvenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament.

2.  
L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-gruppi kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tiġi ppubblikata ex-post mill-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 45

Rekwiżiti għall-għodda tal-estrazzjoni ta’ data

1.  

Sabiex jagħmlu użu fuq bażi volontarja mill-għodda tal-estrazzjoni ta’ data msemmija fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għall-verifiki skont l-Artikolu 60 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, inkluża s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll imsemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jistgħu jkunu marbuta b’mod elettroniku mal-għodda u, sabiex jiġu minimizzati l-piż amministrattiv u l-intervent manwali, l-iskambju tad-data għandu jkun awtomatiku u f’format li jinqara mill-magni;

(b) 

l-informazzjoni u l-verifiki mwettqa bl-għodda tal-estrazzjoni ta’ data jistgħu awtomatikament jintbagħtu lura fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u jistgħu jiġu rreġistrati u maħżuna hemmhekk.

2.  
Meta l-Istat Membru jiddeċiedi li juża l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament meta jfassal il-kampjun tal-verifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-informazzjoni tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ dik l-għodda tal-estrazzjoni ta’ data.



Taqsima 2

Skrutinju tat-tranżazzjonijiet

Artikolu 46

Skrutinju mill-Istati Membri

1.  
L-iskrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu japplika, għal kull perjodu ta’ skrutinju msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għal għadd ta’ impriżi li ma jistgħux ikunu anqas minn nofs l-impriżi li l-irċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew is-somma tagħhom, qabżu taħt is-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG l-EUR 150 000 għas-sena finanzjarja tal-FAEG qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skrutinju inkwistjoni.
2.  
Fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ skrutinju, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jagħżlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati abbażi ta’ analiżi tar-riskju għall-miżuri kollha fejn ikun prattikabbli li jsir dan. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 80(1) ta’ dak ir-Regolament.
3.  
Għal miżuri li għalihom Stat Membru jqis li l-użu ta’ analiżi tar-riskju ma huwiex prattikabbli, għandu jkun obbligatorju li jiġu skrutinizzati l-impriżi li jirċievu pagamenti li jaqbżu l-EUR 350 000 fis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG u li ma ġewx skrutinizzati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u t-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 matul xi wieħed miż-żewġ perjodi ta’ skrutinju preċedenti.
4.  
Il-perjodu ta’ skrutinju għandu jdum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 47

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jibagħtu talba għal assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lil kull Stat Membru li fih tkun stabbilita tali impriża kif msemmi f’dak l-Artikolu. It-talba għandu jkun fiha d-dettalji kollha meħtieġa biex l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriżi u jwettaq l-obbligi ta’ skrutinju tiegħu. L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun responsabbli għall-iskrutinju ta’ tali impriżi f’konformità mal-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 48

Pjanijiet u rapporti ta’ kontroll annwali

1.  
Il-pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu f’konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Annessi VI u VII ta’ dan ir-Regolament.
2.  
L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’forma elettronika.
3.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma kull sena lill-Istati Membri bir-riżultati tal-iskrutinju.



KAPITOLU V

Garanziji



Taqsima 1

Kamp ta’ applikazzjoni, teknoloġija tal-informazzjoni, force majeure

Artikolu 49

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tipprevedi garanzija, kemm jekk jintuża t-terminu partikolari “garanzija” kif ukoll jekk le.

Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-garanziji ppreżentati biex jiżguraw il-pagament tad-dazji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

Artikolu 50

Amministrazzjoni elettronika

Il-komunikazzjonijiet, id-dokumenti u l-garanziji jistgħu jiġu prodotti, ipproċessati, u ġestiti bl-użu ta’ sistemi tal-IT bil-kundizzjoni li s-sistemi applikabbli jiġu ġestiti skont il-protokolli ta’ kwalità u ta’ sigurtà approvati uffiċjalment li huma adattati għal dawk is-sistemi.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw id-dokumenti meħtieġa għall-verifika minħabba differenzi fis-sistemi tal-IT, dawk id-dokumenti għandhom jiġu stampati u ċċertifikati bħala ġenwini mill-awtorità kompetenti għall-ġestjoni ta’ dawk is-sistemi tal-IT (“l-awtorità emittenti”) jew minn awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti bħala kopji ġenwini.

Tali stampar jista’ jiġi sostitwit b’messaġġ elettroniku bejn l-awtorità emittenti u l-benefiċjarju jew l-awtorità kompetenti, bil-kundizzjoni li l-awtorità emittenti tipprovdi fi protokoll ta’ ċertifikazzjoni approvat uffiċjalment li jiżgura l-ġenwinità tal-messaġġ.

Artikolu 51

Limiti ta’ żmien force majeure

1.  
Dan l-Artikolu għandu japplika meta Regolament speċifiku jirreferi għalih.
2.  
Talba għar-rikonoxximent ta’ każ ta’ force majeure ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tiġi riċevuta mill-awtorità kompetenti aktar minn 30 jum kalendarju wara d-data li fiha l-operatur ikun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti dwar in-nuqqas ta’ twettiq stabbilit tal-obbligu rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament jew l-iskadenza tat-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-prova għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament.
3.  
L-operaturi għandhom, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, jipprovdu prova taċ-ċirkostanzi li huma jqisu li jikkostitwixxu force majeure fi żmien 181 jum kalendarju mill-iskadenza tal-perjodu li fih l-obbligu kellu jiġi ssodisfat kompletament. L-operaturi jistgħu jingħataw aktar żmien jekk ma jkunux jistgħu jipproduċu prova f’dak il-limitu ta’ żmien minkejja li jkunu aġixxew bid-diliġenza dovuta kollha.
4.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-każijiet ta’ force majeure li jkunu rrikonoxxew, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti ta’ kull każ.



Taqsima 2

Forma ta’ garanziji

Artikolu 52

Forma

1.  

Garanzija tista’ tingħata:

(a) 

bħala depożitu ta’ flus kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127; u/jew

(b) 

billi jiġi pprovdut garanti f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

2.  

Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, garanzija tista’ tingħata permezz ta’:

(a) 

rahan ta’ depożiti ta’ flus f’bank;

(b) 

rahan ta’ pretensjonijiet rikonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li huma dovuti u pagabbli u li kontrihom l-ebda pretensjoni oħra ma għandha preċedenza; u/jew

(c) 

ir-rahan ta’ kollateral negozjabbli fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jinħareġ jew jiġi garantit minn dak l-Istat Membru.

3.  
L-awtorità kompetenti tista’ timponi termini addizzjonali għall-aċċettazzjoni ta’ garanziji tat-tip elenkat fil-paragrafu 2.

Artikolu 53

Kollateral negozjabbli

1.  
Il-kollateral mirhun f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 52(2), għandu, fiż-żmien li tingħata l-garanzija, ikollu valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.
2.  
Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-l-Artikolu 52(2), biss jekk il-parti li tkun qed toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tissostitwixxi l-garanzija oriġinali jekk għal perjodu ta’ 3 xhur, il-valur disponibbli tal-garanzija inkwistjoni kien inqas minn 105 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa. Dak l-impenn bil-miktub ma għandux ikun meħtieġ meta l-liġi nazzjonali tkun diġà tipprevedi dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment il-valur ta’ tali garanzija.
3.  
Il-valur disponibbli ta’ garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 52(2) għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqies kwalunkwe kost tad-disponiment.
4.  
Il-valur disponibbli tal-garanziji għandu jiġi vvalutat permezz tal-aħħar kwotazzjoni disponibbli.
5.  
Il-parti li tagħti l-garanzija għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.

Artikolu 54

Sostituzzjoni u assenjazzjoni

1.  
Kwalunkwe forma ta’ garanzija tista’ tiġi sostitwita b’oħra.

Madankollu, il-ftehim tal-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet iżda tkun għadha ma ġietx realizzata; jew

(b) 

meta l-garanzija ta’ sostituzzjoni tkun ta’ tip elenkat fl-Artikolu 52(2).

▼C1

2.  
Garanzija komprensiva tista’ tiġi sostitwita b’garanzija komprensiva oħra bil-kundizzjoni li l-garanzija komprensiva l-ġdida tkopri mill-inqas dik il-parti tal-garanzija komprensiva oriġinali assenjata fi żmien is-sostituzzjoni biex jiġi żgurat l-issodisfar ta’ obbligu wieħed jew aktar mill-obbligi li jkunu għadhom pendenti.
3.  
Hekk kif parti minn garanzija komprensiva tiġi assenjata għal obbligu partikolari, għandha tittieħed nota tal-bilanċ tal-garanzija komprensiva li jifdal.

▼B



Taqsima 3

Rilaxx u konfiska

Artikolu 55

Rilaxx parzjali

Meta r-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru ta’ rilaxxi parzjali ta’ kwalunkwe garanzija u tista’ tispeċifika somma minima għal kwalunkwe tali rilaxx.

Qabel ma tirrilaxxa l-garanzija kollha jew parti minnha, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li tiġi pprovduta talba bil-miktub għar-rilaxx.

Fil-każ ta’ garanziji li jkopru aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun garantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rilaxxata meta l-bqija tas-somma garantita tiġi finalment rilaxxata jew tiġi kkonfiskata.

Artikolu 56

Konfiska

1.  
Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja minn ċirkostanzi li jwasslu għat-telf tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, din għandha mingħajr dewmien titlob lill-parti meħtieġa tissodisfa l-obbligu li tħallas is-somma konfiskata, waqt li tagħti ċans massimu ta’ 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament.

Jekk il-pagament ma jsirx sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) 

tneħħi mingħajr dewmien kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) għall-kont xieraq;

(b) 

tirrikjedi mingħajr dewmien li l-garanti msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) iħallas, waqt li tagħti sa 30 jum ċans mill-ġurnata tal-wasla tad-domanda għall-pagament;

(c) 

mingħajr dewmien tieħu passi biex:

(i) 

tikkonverti l-garanziji deskritti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 52(2), fi flus suffiċjenti biex tirkupra s-somma dovuta;

(ii) 

tapprova depożiti ta’ flus mirhuna msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2) f’isimha stess.

L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr dewmien, tittrasferixxi kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1), għall-kont xieraq mingħajr ma l-ewwel titlob lill-persuna kkonċernata biex tagħmel il-pagament.

2.  

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1,

(a) 

meta tittieħed id-deċiżjoni li tintilef garanzija iżda wara appell din tiġi posposta f’konformità mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma effettivament mitlufa matul il-perjodu li jibda 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li jintemm fil-jum qabel il-pagament tas-somma effettivament mitlufa;

(b) 

meta wara l-eżitu tal-proċedura ta’ appell, il-parti kkonċernata tintalab tħallas fi żmien 30 jum is-somma mitlufa, għall-fini tal-kalkolu tal-imgħax, l-Istat Membru jista’ jikkunsidra li l-pagament isir fl-għoxrin jum wara d-data ta’ tali talba;

(c) 

ir-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkolata f’konformità mal-liġi nazzjonali, iżda fl-ebda każ ma għandha tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli f’każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali;

(d) 

l-aġenziji tal-pagamenti għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas min-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(e) 

l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodikament żieda fil-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut.

3.  
Meta tintilef garanzija u l-ammont ikun diġà ġie kkreditat lill-Fondi u, wara l-eżitu ta’ proċedura ta’ appell, ikollha titħallas is-somma mitlufa kollha jew parzjalment, inkluż l-imgħax b’rata f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-somma li għandha terġa’ titħallas għandha tiġi mġarrba mill-Fondi, sakemm il-pagament mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwibbli għan-negliġenza jew għal żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew korpi oħra tal-Istat Membru.



Taqsima 4

Informazzjoni

Artikolu 57

Informazzjoni dwar it-telf ta’ garanziji , it-tipi ta’ garanziji u l-garanti

1.  
L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma tal-garanziji mitlufa, ikun xi jkun l-istadju tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 li jkun intlaħaq, waqt li ssir distinzjoni fi kwalunkwe każ bejn dawk ikkreditati lill-baġits nazzjonali u dawk ikkreditati lill-baġit tal-Unjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinżamm fir-rigward tal-garanziji kollha mitlufa għal ammont akbar minn EUR 1 000  u kull dispożizzjoni tal-Unjoni li tirrikjedi li tingħata garanzija. L-informazzjoni għandha tkopri kemm is-somom imħallsa direttament mill-parti interessata kif ukoll is-somom irkuprati mir-realizzazzjoni ta’ garanzija.
2.  

L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista ta’:

(a) 

it-tipi ta’ istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala garanti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward;

(b) 

it-tipi ta’ garanziji aċċettati skont l-Artikolu 52(2) u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward.



KAPITOLU VI

Trasparenza

Artikolu 58

Forma u mod ta’ preżentazzjoni

1.  
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punti (a), (b), (d), (f) sa (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tiġi ppubblikata f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, bħal CSV jew XLXS, u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-kodiċi tal-operazzjoni, kif deskritt fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx l-informazzjoni msemmija fil-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060, fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013.
3.  
L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ għodda ta’ tiftix fuq il-web li tippermetti lill-utent ifittex għall-benefiċjarji jew bl-isem, bil-grupp ta’ benefiċjarji, bil-muniċipalità, bl-ammonti riċevuti jew bl-operazzjoni, jew b’taħlita tagħhom, u sabiex jikseb l-informazzjoni korrispondenti kollha bħala sett uniku ta’ data.
4.  
L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru u/jew b’waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.
5.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa f’euro. Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro għandu jesprimi l-ammonti kemm fl-euro kif ukoll fil-munita nazzjonali tiegħu, bl-użu ta’ żewġ tabelli separati f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni.
6.  
Ir-rata tal-kambju speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandha tapplika għall-muniti nazzjonali.
7.  
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tiġi ppubblikata f’dokument separat, li għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li tinsab fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 59

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji f’każ ta’ ammonti żgħar

1.  
Meta l-ammont ta’ għajnuna riċevut f’sena minn benefiċjarju jkun daqs jew inqas minn EUR 1 250 , dak il-benefiċjarju għandu jiġi identifikat b’kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq il-forma ta’ dak il-kodiċi.
2.  
Meta l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1, minħabba n-numru limitat ta’ benefiċjarji li jirrisjedu jew li huma rreġistrati f’muniċipalità partikolari, tippermetti l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika bħala benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika bħala informazzjoni, għall-finijiet tal-punt (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-entità amministrattiva akbar li jmiss li l-muniċipalità inkwistjoni hija parti minnha.

Artikolu 60

Data tal-pubblikazzjoni

L-informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu għandha tiġi ppubblikata sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena għas-sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 61

Informazzjoni tal-benefiċjarji

L-informazzjoni lill-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi pprovduta billi tiġi inkluża fil-formoli ta’ applikazzjoni għar-riċevuta ta’ appoġġ mill-FAEG jew mill-FAEŻR, jew inkella fiż-żmien meta tinġabar id-data.

Artikolu 62

Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.  
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit web tal-Unjoni taħt l-indirizz tal-internet ċentrali tagħha li jinkludi links għas-siti web tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi links tal-internet aġġornati skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri.
2.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-indirizzi tal-internet tas-siti web tagħhom malli dawn ikunu ġew stabbiliti kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tagħhom li jkollha influwenza fuq l-aċċessibbiltà tas-siti web tagħhom mis-sit web tal-Unjoni.
3.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp inkarigat mill-istabbiliment u miż-żamma tas-sit web. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem u bl-indirizz tad-dettalji ta’ dak il-korp.



KAPITOLU VII

Data għan-notifika tad-WTO ta’ appoġġ domestiku

Artikolu 63

Data u trażmissjoni

1.  
Fl-istess data li fiha jiġu sottomessi l-kontijiet annwali lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu data dwar l-ammonti mħallsa minn sorsi nazzjonali għall-infiq kollu relatat mal-Fondi kif indikat fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1).
2.  
Id-data meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa fl-istess struttura bħad-data li għandha tiġi sottomessa skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.



KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 64

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu:

(a) 

L-Artikoli 21 sa 24 u l-Artikoli 27 sa 34 ta’ dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti effettwati bl-aġenziji tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fir-rigward tal-FAEG b’rabta mal-programmi operattivi approvati skont ir-Regolament (UE) 1308/2013;

(b) 

L-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-pagamenti magħmula għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023.

(c) 

L-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament għandhom ikompli japplikaw għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu:

(a) 

L-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għan-nefqa mġarrba u għad-dħul assenjat riċevut mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2022;

(b) 

Il-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) għandu japplika fir-rigward tad-dħul assenjat irkuprat mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c) 

Il-Kapitolu VI għandu japplika għall-pagamenti magħmula mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni – aġenzija tal-pagamenti kif imsemmija fl-Artikolu 4

Jiena, …, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Pagamenti …, nippreżenta l-kontijiet għal din l-Aġenzija tal-Pagamenti għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.

Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tas-servizz tal-awditjar intern, li:

— 
il-kontijiet ippreżentati jagħtu, sa fejn naf jien, stampa vera, sħiħa u akkurata tan-nefqa u tar-riċevuti għas-sena finanzjarja msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, id-djun, l-avvanzi, il-garanziji u l-istokkijiet kollha li naf dwarhom ġew irreġistrati fil-kontijiet, u r-riċevuti kollha miġbura relatati mal-FAEG u mal-FAEŻR ġew ikkreditati kif xieraq lill-fondi xierqa;
— 
Jiena implimentajt sistema li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli:
(i) 

li l-pagamenti huma legali u regolari fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) 1144/2014;

(ii) 

li s-sistemi ta’ governanza kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116 qed jiffunzjonaw kif suppost u jiżguraw li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament;

(iii) 

dwar il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ rapportar u tad-data dwar l-indikatur fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 u li n-nefqa taqbel mal-output irrapportat korrispondenti u li jkun sar f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli.

In-nefqa mdaħħla fil-kontijiet intużat għall-għan maħsub tagħha, kif definit fir-Regolament (UE) 2021/2116.

Barra minn hekk, nikkonferma li hemm stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li jqisu r-riskji identifikati.

Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:

Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Firma




ANNESS II

Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni – korp ta’ koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4

Jiena, …, id-Direttur tal-Korp ta’ Koordinazzjoni …, nippreżenta r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ta’…… (Stat Membru) għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.

Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, li:

— 
ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 ġie kkompilat skont il-proċedura u s-sistemi akkreditati stabbiliti fil-korp ta’ koordinazzjoni u abbażi tad-data ċċertifikata pprovduta mill-aġenziji tal-pagamenti (lista…..) fi ……… (Stat Membru).

Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:

Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Firma




ANNESS III

Elementi għar-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(6)

1. dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju, bħal ftehimiet ta’ finanzjament, eċċ.;

2. dokumenti li jidentifikaw l-ammonti li l-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkontribwixxa għalihom u taħt kull tip ta’ intervent għall-istrument finanzjarju, in-nefqa li hija eliġibbli fl-ambitu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-FAEŻR u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-FAEŻR f’konformità mal-Artikoli 60 u 62 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

3. dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati mal-monitoraġġ, mar-rapportar u mal-kontroll;

4. dokumenti dwar il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;

5. dokumenti dwar il-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni;

6. formoli ta’ applikazzjoni, jew ekwivalenti, sottomessi mir-riċevituri finali b’dokumenti ta’ sostenn, inklużi pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u, fejn rilevanti, kontijiet annwali preċedenti;

7. listi ta’ kontroll u rapporti mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;

8. dikjarazzjonijiet magħmula b’rabta mal-għajnuna de minimis, fejn applikabbli;

9. ftehimiet iffirmati b’rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju, inkluż għall-ekwità, self, garanziji jew forom oħrajn ta’ investiment ipprovduti lir-riċevituri finali;

10. evidenza li l-appoġġ ipprovdut permezz tal-istrument finanzjarju għandu jintuża għall-għan maħsub tiegħu;

11. rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-aġenzija tal-pagamenti u l-istrument finanzjarju, u fi ħdan l-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u, għall-garanziji, prova tal-iżborż tas-self sottostanti;

12. rekords separati jew kodiċijiet kontabilistiċi għal kontribuzzjoni mill-Pjan Strateġiku tal-PAK imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevitur finali.




ANNESS IV

Mudell għar-rapport annwali tal-awditjar dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 7(7)

1.    Introduzzjoni

1.1. Identifikazzjoni tad-ditta tal-awditjar esterna li kienet involuta fit-tħejjija tar-rapport.

1.2. Perjodu ta’ referenza (mis-16 ta’ Ottubru N-1 sal-15 ta’ Ottubru N).

1.3 Identifikazzjoni tal-istrument(i) finanzjarju/i jew mandat(i) u l-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK kopert(i) mir-rapport tal-awditjar. Identifikazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament li miegħu huwa relatat ir-rapport (il-“Ftehim ta’ finanzjament”).

2.    Awditu tas-sistemi ta’ kontroll intern applikati mill-BEI/FEI jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn

Ir-riżultati tal-awditjar estern tas-sistema ta’ kontroll intern tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, li jivvaluta l-istabbiliment u l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kontroll intern u li jkopri l-elementi li ġejjin:

2.1 

Proċess ta’ aċċettazzjoni tal-mandat.

2.2. 

Proċess għall-evalwazzjoni u l-għażla ta’ intermedjarji finanzjarji: valutazzjoni formali u tal-kwalità.

2.3 

Proċess għall-approvazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma’ intermedjarji finanzjarji u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti.

2.4 

proċessi għall-monitoraġġ ta’ intermedjarji finanzjarji b’rabta ma’:

2.4.1 

Rapportar minn intermedjarji finanzjarji;

2.4.2 

Żamma tar-rekords;

2.4.3 

Żborżi lil riċevituri finali;

2.4.4 

Eliġibbiltà tal-appoġġ għal riċevituri finali;

2.4.5 

Tariffi u l-kostijiet ta’ ġestjoni imposti mill-intermedjarji finanzjarji;

2.4.6 

Rekwiżiti ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni;

2.4.7 

Implimentazzjoni ta’ rekwiżiti dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkumulazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-għajnuna mill-intermedjarji finanzjarji;

2.4.8 

Trattament differenzjat tal-investituri, fejn rilevanti;

2.4.9 

Konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli relatat mal-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa.

2.5 

Sistemi għall-ipproċessar ta’ pagamenti riċevuti mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.6 

Sistemi għall-kalkolu u l-pagament tal-ammonti relatati mal-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni.

2.7 

Sistemi għall-ipproċessar tal-pagamenti lil intermedjarji finanzjarji.

2.8 

Sistemi għall-ipproċessar tal-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK għall-istrumenti finanzjarji.

2.9 

Għar-rapport annwali tal-awditjar dwar is-sena kontabilistika finali, l-informazzjoni dwar l-elementi li ġejjin għandha tiġi koperta flimkien ma’ dawk tal-punti 2.1 sa 2.8:

2.9.1 

Użu ta’ trattament differenzjat tal-investituri;

2.9.2 

Proporzjon multiplikatur miksub meta mqabbel mal-proporzjon multiplikatur miftiehem fil-ftehimiet ta’ garanzija għall-istrumenti finanzjarji li jagħtu garanziji;

2.9.3 

Użu tal-imgħax u ta’ qligħ ieħor attribwibbli għall-appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK imħallas lill-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

2.9.4 

Użu ta’ riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-FAEŻR, sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà u l-arranġamenti stabbiliti għall-użu ta’ dawk ir-riżorsi wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Għall-punti 2.1, 2.2 u 2.3, wara s-sottomissjoni tal-ewwel rapport annwali tal-awditjar, jeħtieġ li tiġi pprovduta biss informazzjoni dwar l-aġġornamenti jew il-bidliet fil-proċeduri jew fl-arranġamenti stabbiliti.

3.    Konklużjonijiet tal-awditjar

3.1. Konklużjoni dwar jekk id-ditta tal-awditjar esterna tistax tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-istabbiliment u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern stabbilita mill-BEI jew minn IFIs oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, f’konformità mar-regoli applikabbli, skont l-elementi msemmija fit-taqsima 2.

3.2. Sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħidma tal-awditjar imwettqa.

Il-punti 3.1 u 3.2 għandhom jiġu bbażati fuq ir-riżultati tal-ħidma tal-awditjar imsemmija fit-taqsima 2 u fejn rilevanti, iqisu r-riżultati ta’ ħidma ta’ awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni oħra mwettqa fir-rigward tal-istess korp li jimplimenta strumenti finanzjarji u/jew tal-istess mandat għal strumenti finanzjarji.




ANNESS V

Mudell tat-tabella msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1), dwar l-irregolaritajiet

L-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1) għandha tiġi pprovduta għal kull aġenzija tal-pagamenti billi tintuża t-tabella li ġejja:



a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

Aġenzija tal-Pagamenti

Fond

Unità tal-munita

Bilanċ 15 ta’ Ottubru N-1

“Każijiet ġodda” totali (sena finanzjarja N)

“Korrezzjonijiet” totali (sena finanzjarja N)

“Imgħax” totali (sena finanzjarja N)

“Irkupri” totali (sena finanzjarja N)

Ammonti “irrekuperabbli” totali (sena N)

Ammont li għalih l-irkupru għadu għaddej (Bilanċ 15 ta’ Ottubru N)




ANNESS VI

Pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament

PJAN TA’ KONTROLL PROPOST GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …

Parti 1.    Il-proċeduri u l-analiżi tar-riskju

1.1.    Il-proċedura tal-għażla

Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata sabiex jintgħażlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm indikazzjoni ċara dwar l-użu tal-analiżi tar-riskju li tispeċifika jekk tali proċedura hijiex ikkomplementata minn għażla aleatorja u/jew manwali.

Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni dwar kif is-setturi/il-miżuri u r-reġjuni differenti se jiġu koperti fl-għażla tal-impriżi.

1.2.    Il-fatturi tar-riskju, il-valuri tar-riskju u l-ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati

Fejn għandha tiġi applikata analiżi tar-riskju, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-fatturi tar-riskju kollha kkunsidrati u l-valuri possibbli sussegwenti assenjati għal dawk il-fatturi tar-riskju. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt.

Fejn xieraq, se tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata biex jiġu ponderati l-fatturi tar-riskju.



Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju applikabbli għas-setturi/miżuri kollha soġġetti għal analiżi tar-riskju

Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju

Fatturi tar-riskju

Valuri tar-riskju

Deskrizzjoni

Valuri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 



Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju speċifiċi applikabbli għal … (settur/miżura)

Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju

Fatturi tar-riskju

Valuri tar-riskju

Deskrizzjoni

Valuri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu kaxxi addizzjonali għall-fatturi tar-riskju u l-valuri tar-riskju għas-settur/għall-miżuri.

1.3.    Riżultati tal-proċedura tal-għażla

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-proċeduri adottati wasslu għall-għażla tal-impriżi fil-pjan finali ta’ kontroll tal-iskrutinju.

Is-setturi/il-miżuri li għandhom jiġu esklużi għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u r-raġunijiet għall-esklużjoni għandhom jiġu deskritti.

Għandhom jiġu pprovduti r-raġunijiet għall-għażla ta’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000 .

Parti 2.    Pjan ta’ kontroll

2.1.    Ħarsa ġenerali lejn l-għażla



Kalkolu tan-numru minimu ta’ impriżi:

(A)  In-numru ta’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, ammontaw għal aktar minn EUR 150 000 għas-sena finanzjarja tal-FAEG …

 

(B)  In-numru minimu (1/2 ta’ A).

 

Popolazzjoni li minnha ssir l-għażla:

(C)  In-numru totali

 

(D)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 350 000

 

(E)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu EUR 350 000 jew inqas, iżda mhux inqas minn EUR 40 000

 

(F)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000

 

Impriżi proposti għal skrutinju:

(G)  In-numru totali

 

(H)  Total ibbażat fuq analiżi tar-riskju*

 

(I)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 350 000

 

(J)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu EUR 350 000 jew inqas, iżda mhux inqas minn EUR 40 000

 

(K)  In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000

 

Nota dwar it-tabella:

*  L-impriżi f’din il-kategorija jinkludu biss dawk magħżula permezz tal-analiżi tar-riskju u jeskludu dawk miżjuda b’mod aleatorju u/jew b’mod manwali mal-pjan ta’ kontroll li ma huma soġġetti għall-ebda analiżi tar-riskju.

2.2.    L-għażla tal-impriżi proposti għal skrutinju



(A)  Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(B)  Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(C)  In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG (EUR)

(D)  In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG relatata ma’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 40 000 (EUR)

(E)  In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG relatata mal-impriżi inklużi fil-pjan ta’ kontroll tal-iskrutinju (EUR)

(F)  In-numru ta’ impriżi skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG inklużi fil-pjan ta’ kontroll tal-iskrutinju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

Nota dwar it-tabella:

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.




ANNESS VII

Rapport ta’ skrutinju kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 80(2), tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament

RAPPORT GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …

1.    Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli



(A)  In-numru totali ta’ impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati:

 

(B)  In-numru totali ta’ impriżi skrutinizzati:

 

(C)  In-numru totali ta’ impriżi li qed jiġu skrutinizzati:

 

(D)  In-numru totali ta’ impriżi li għadhom ma ġewx skrutinizzati

 

2.    Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli (għal kull artikolu baġitarju jew in-numru tal-partita tal-baġit)



(A)  Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(B)  Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(C)  In-nefqa totali relatata mal-impriżi magħżula għall-iskrutinju…

(EUR) (C=E+F+G)

Impriżi skrutinizzati

(F)  Impriżi li qed jiġu skrutinizzati - nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

(G)  Impriżi mhux skrutinizzati - nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

(D)  In-nefqa effettivament skrutinizzata

(EUR)*

(E)  In-nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

 

Noti dwar it-tabella:

*  Hija relatata biss man-nefqa tal-fatturi li ġew skrutinizzati b’mod effettiv (li huma dawk magħżula għall-verifika u/jew kontroverifikati).

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

3.    Irregolaritajiet potenzjali identifikati



(A)  Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(B)  Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(C)  In-numru ta’ referenza tal-impriża kkonċernata

(D)  Deskrizzjoni u natura ta’ kull irregolarità potenzjali identifikata

(E)  In-numru ta’ irregolaritajiet potenzjali identifikati

(F)  Il-valur stmat tal-irregolaritajiet potenzjali

(G)  In-numru/i ta’ referenza tal-OLAF (in-numri ta’ notifika tal-IMS)

(H)  Il-perjodu ta’ skrutinju li fih ġie ppjanat l-iskrutinju *

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

 

 

Noti dwar it-tabella:

*  Għal perjodi ta’ skrutinju preċedenti, dawk biss li ma ġewx irrapportati f’rapporti preċedenti.

Kull impriża b’irregolarità/irregolaritajiet jenħtieġ li tiġi rrapportata f’linja separata.

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

4.    L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju.



L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju

(A)  In-numru ta’ impriżi

(B)  In-nefqa kkonċernata

(C)  In-nefqa effettivament skrutinizzata relatata mal-impriżi *

4.1.  Impriżi ddikjarati fir-rapport preċedenti bħala li qed jiġu skrutinizzati (4.1. = 4.2.+ 4.3.)

 

 

x

4.2.  Impriżi f’4.1. li għalihom ikunu tlestew l-iskrutinji

 

 

 

4.3.  Impriżi f’4.1. li għalihom għadhom għaddejjin l-iskrutinji

 

 

x

4.4.  Impriżi li għalihom l-iskrutinji fir-rapport preċedenti ġew iddikjarati bħala mhux mibdija (4.4. = 4.5.+4.6.+4.7.)

 

 

x

4.5.  Impriżi f’4.4. li għalihom ikunu tlestew l-iskrutinji

 

 

 

4.6.  Impriżi f’4.4. li għalihom għadhom għaddejjin l-iskrutinji

 

 

x

4.7.  Impriżi f’4.4. li għalihom ma bdewx l-iskrutinji

 

 

x

Noti dwar it-tabella:

*  Hija relatata biss man-nefqa tal-fatturi li ġew skrutinizzati b’mod effettiv (dawk magħżula għall-verifika u/jew kontroverifikati).

5.    Assistenza reċiproka

Għandu jiġi pprovdut sommarju tat-talbiet għal assistenza reċiproka magħmula u riċevuti skont it-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.

L-informazzjoni dwar it-talbiet mibgħuta u t-tweġibiet riċevuti għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt:



(A)  Stat Membru li ntbagħtitlu t-talba

(B)  Id-data tat-talba

(C)  Id-data tat-tweġiba u sommarju tar-riżultati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota dwar it-tabella:

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

6.    Riżorsi

Għandu jiġi pprovdut in-numru ta’ persunal, espress f’persuna/snin, allokat għall-iskrutinji, għal kull korp ta’ kontroll u, fejn xieraq, għal kull reġjun.

7.    Diffikultajiet u suġġerimenti għal titjib

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe diffikultà li wieħed jiltaqa’ magħha fl-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-miżuri meħuda biex jingħelbu jew il-proposti għal dak il-għan.

Fejn xieraq, għandhom isiru suġġerimenti għat-titjib tal-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.




ANNESS VIII

Informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza skont l-Artikolu 58



Isem il-benefiċjarju/l-entità ġuridika/l-assoċjazzjoni

Kunjom il-benefiċjarju

Jekk jappartjeni għal grupp, l-isem tal-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-Taxxa

Muniċipalità

Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur kif stabbilit fl-Anness IX

Objettiv speċifiku (1)

Data tal-bidu (2)

Data tat-tmiem (3)

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEG

Total tal-ammont tal-FAEG għal dak il-benefiċjarju

Ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEŻR

Total tal-ammont tal-FAEŻR għal dak il-benefiċjarju

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-kofinanzjament

Total tal-ammont kofinanzjat għal dak il-benefiċjarju

It-total tal-FAEŻR u l-ammonti kofinanzjati

Total tal-ammont tal-UE għal dak il-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

50

 

70

 

40

110

120

 

 

 

 

Kodiċi A

 

 

 

20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi B

 

 

 

 

 

40

 

25

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi C

 

 

 

30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi D

 

 

 

 

 

30

 

15

 

 

 

(1)   

L-objettiv speċifiku tal-operazzjoni jrid jikkorrispondi ma’ objettiv wieħed jew aktar stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-operazzjoni kkonċernata kif deskritta fl-Anness IX. B’mod partikolari, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tiegħu u jkun(u) konsistenti mal-Pjan tal-PAK tal-Istat Membru. Barra minn hekk, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (għal aktar gwida, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Manwal Tekniku dwar il-Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni 2014 – 2020).

(2)   

L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ interventi għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.

(3)   

L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.




ANNESS IX

Miżura/tip ta’ intervent/settur kif imsemmi fl-Artikolu 58



Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

Isem il-miżura/tip ta’ intervent/settur

L-għan tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

 

1.  Appoġġ diżakkoppjat għall-Introjtu

 

I.1

L-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

L-appoġġ bażiku għall-introjtu huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li jiġu appoġġati l-introjtu u r-reżiljenza vijabbli tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

I.2

L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li tittejjeb id-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti permezz tar-ridistribuzzjoni tal-appoġġ minn azjendi agrikoli akbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju.

I.3

L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ;

L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li għadhom qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġi mmodernizzat is-settur agrikolu billi jiġu attirati ż-żgħażagħ u jittejjeb l-iżvilupp tan-negozju tagħhom.

I.4

L-iskemi għall-klima u għall-ambjent.

L-ekoskemi huma pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat lejn prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, għall-klima u għall-benesseri tal-annimali.

I.5

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan tal-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huwa li jippromwovu distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

 

2.  Pagamenti diretti akkoppjati

 

I.6

L-appoġġ akkoppjat għall-Introjtu;

L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu ikopri pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà, u/jew il-kwalità f’ċerti setturi u prodotti li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet.

I.7

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri tal-produtturi tal-qoton biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-qoton f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

 

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

 

II.1

L-iskema ta’ pagament bażiku - (Titolu III, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5)

L-iskema ta’ pagament bażiku hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni operat abbażi tal-intitolamenti għall-pagament allokati lill-bdiewa. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija.

II.2

L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (l-Artikolu 36)

L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni mħallas għal ettari eliġibbli ddikjarati minn bidwi. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija.

II.3

Il-pagament ridistributtiv (Titolu III, Kapitolu 2)

Il-pagament ridistributtiv huwa pagament diżakkoppjat skont l-erja. L-għan huwa li jiġu appoġġati azjendi agrikoli iżgħar billi jingħataw appoġġ addizzjonali fl-ewwel ettari tagħhom iddikjarati fl-ambitu tal-pagament bażiku.

II.4

Il-pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent (Titolu III, Kapitolu 3)

L-ekoloġizzazzjoni hija pagament diżakkoppjat skont l-erja għal kull ettaru mħallas. L-għan huwa li jiġu osservati tliet prattiki agrikoli favur il-klima u l-ambjent: id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, iż-żamma ta’ bur permanenti u l-pussess ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika fiż-żona agrikola

II.5

Il-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali (Titolu III, Kapitolu 4)

Il-pagament lil żoni b’restrizzjonijiet naturali huwa pagament diżakkoppjat ibbażat fuq l-erja, li jingħata apparti mill-pagament bażiku lill-bdiewa. L-għan huwa li jingħata appoġġ lill-bdiewa li jinsabu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali.

II.6

Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ (Titolu III, Kapitolu 5)

Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew joperaw għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġu promossi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda fis-settur agrikolu, li huma essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni.

II.7

L-appoġġ akkoppjat volontarju (Titolu IV, Kapitolu 1)

L-appoġġ akkoppjat volontarju jkopri l-pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali u li jesperjenzaw ċerti diffikultajiet.

II.8

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton (Titolu IV, Kapitolu 2)

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri li jipproduċu l-qoton sabiex tappoġġa l-produzzjoni tiegħu f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

II.9

L-iskema għall-bdiewa żgħar (Titolu V)

L-iskema għall-bdiewa żgħar hija diżakkoppjata mill-produzzjoni u tissostitwixxi l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan huwa li tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

II.10

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1)

L-għan ta’ dawn il-pagamenti diretti huwa li jiġi diżakkoppjat l-appoġġ mill-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem sabiex jittejjeb l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa.

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ interventi settorjali kif previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

III.1

Fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (mill-Artikolu 49 sal-Artikolu 53)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex. Dan isir permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs u l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.2

Fis-settur tal-prodotti tal-apikultura (mill-Artikolu 54 , 55 u 56)

L-għan huwa li jiġu appoġġati dawk li jrabbu n-naħal, il-kwalità u s-suq għall-prodotti tal-apikultura

III.3

Fis-settur tal-inbid (mill-Artikolu 57 sal-Artikolu 60)

L-għan huwa li jiġu appoġġati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-inbid. Il-programmi huma mmexxija mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali bħala parti mill-Pjan Strateġiku tagħhom u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. Il-benefiċjarji huma vitikulturi kif ukoll operaturi fil-produzzjoni u fil-kummerċ tal-inbid jew l-assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet tagħhom. L-operazzjonijiet li għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri jistgħu jkunu annwali jew pluriennali.

III.4

Fis-settur tal-ħops (l-Artikoli 61 u 62)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-ħops permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.5

Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Artikoli 63, 64 u 65)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.6

F’setturi oħrajn imsemmija fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f’setturi li jkopru l-prodotti elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2021/2115. (Artikoli 66, 67 u 68)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi relatati permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO), l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll il-Gruppi ta’ Produtturi (PG) approvati temporanjament mill-Istati Membri, u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs, l-APOs jew il-PGs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

 

Miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

IV.1

L-intervent pubbliku

Meta l-prezzijiet tas-suq għal ċerti prodotti agrikoli jaqgħu taħt livell predeterminat, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jistgħu jintervjenu biex jistabbilizzaw is-suq billi jixtru provvisti żejda, li mbagħad jistgħu jinħażnu sakemm jiżdied il-prezz tas-suq. L-entitajiet li jridu jiġu ppubblikati huma dawk li jibbenefikaw mill-għajnuna, fi kliem ieħor l-entitajiet li minnhom ikun inxtara l-prodott.

IV.2

L-għajnuna għall-ħżin privat

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa temporanjament lill-produtturi ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-kost tal-ħżin privat.

IV.3

L-iskema tal-iskejjel

L-għan tal-għajnuna pprovduta huwa li tappoġġa d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli lit-tfal fl-iskejjel preprimarji, primarji u sekondarji bl-objettiv li jżidu l-konsum tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħalib tagħhom u jtejbu d-drawwiet alimentari tagħhom.

IV.5

Il-miżuri eċċezzjonali

L-għan tal-miżuri eċċezzjonali mogħtija skont l-Artikoli 219(1), 220(1) u 221(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa li jappoġġaw is-swieq agrikoli f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116.

IV.6

L-għajnuna fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (Kapitolu II, Taqsima 3)

Il-kultivaturi huma mħeġġa jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP). Dawn jirċievu għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, abbażi ta’ strateġija nazzjonali. L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa wkoll li timmitiga l-fluttwazzjoni tal-introjtu mill-kriżijiet. Tiġi offruta l-għajnuna għall-miżuri ta’ prevenzjoni/ġestjoni ta’ kriżi taħt il-programmi operazzjonali jiġifieri għall-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri/in-nuqqas ta’ ħsad, l-għodod ta’ promozzjoni/komunikazzjoni, it-taħriġ, l-assigurazzjoni tal-ħsad, għajnuna biex jiġi żgurat is-self bankarju u jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment ta’ fondi mutwi (fondi ta’ stabbilizzazzjoni li jkunu proprjetà tal-bdiewa).

IV.7

L-appoġġ fis-settur tal-inbid (Kapitolu II, Taqsima 4)

L-għan tad-diversi għajnuniet mogħtija huwa li jiġi żgurat il-bilanċ tas-suq u tiżdied il-kompetittività tal-inbid tal-Unjoni: appoġġ għall-promozzjoni tal-inbid fis-swieq ta’ pajjiżi terzi u informazzjoni dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u s-sistema tal-Unjoni tad-DOP/IĠP; il-kofinanzjament tal-kostijiet għar-ristrutturar u għall-konverżjoni tal-vinji, għall-investimenti fil-fabbriki tal-inbid u fil-faċilitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-innovazzjoni; appoġġ għall-ħsad bikri, fondi mutwi, assigurazzjoni tal-ħsad u distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji.

IV.8

L-appoġġ fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Kapitolu II, Taqsima 2)

Appoġġ mogħti lill-programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz tal-modernizzazzjoni; it-titjib tal-produzzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali biex tittejjeb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda.

IV.9

L-għajnuna fis-settur tal-apikultura (Kapitolu II, Taqsima 5)

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa dan is-settur permezz ta’ programmi tal-apikultura sabiex tittejjeb il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura.

IV.10

L-għajnuna fis-settur tal-ħops (Kapitolu II, Taqsima 6)

Għajnuna mogħtija biex tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops.

 

Operazzjoni fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

V.1

L-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn imwettqa fuq bażi volontarja li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji u li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi tal-PAK, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u tal-benessri tal-annimali.

V.2

Ir-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf, relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona fiż-żona kkonċernata, bħal żoni muntanjużi.

V.3

L-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati ma’ ċerti żvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata li huma imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi ta’ Natura 2000 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)) jew, għaż-żoni agrikoli, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)).

V.4

L-investimenti, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa investimenti f’assi tanġibbli jew intanġibbli, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni, li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.5

L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, żgħażagħ ġodda u, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-bidu ta’ negozji rurali bil-ħsieb li jsir kontribut għall-kisba ta’ waħda jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.6

L-għodod għall-ġestjoni tar-riskju

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tippromwovi l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu relatati mal-attività agrikola tagħhom li huma barra mill-kontroll tagħhom.

V.7

Il-kooperazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa l-kooperazzjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. Dan jinkludi appoġġ għall-kooperazzjoni għal:

(a)  it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli;

(b)  it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-approċċ LEADER

(c)  il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità rikonoxxuti tal-Unjoni u nazzjonali u l-użu tagħhom mill-bdiewa;

(d)  l-appoġġ ta’ gruppi ta’ produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(e)  it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Irħula Intelliġenti;

(f)  l-appoġġ ta’ forom oħrajn ta’ kooperazzjoni.

V.8

L-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa azzjonijiet ta’ skambju tal-għarfien u ta’ informazzjoni li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK, speċifikament immirati lejn il-protezzjoni tan-natura, tal-ambjent u tal-klima, inklużi l-edukazzjoni ambjentali u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ negozji u komunitajiet rurali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu azzjonijiet għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tat-taħriġ u tal-pariri kif ukoll għall-iskambju u għat-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni.

 

Miżuri previsti fit-Titolu III tal-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

 

VI.1

It-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (l-Artikolu 14)

Din il-miżura tikkonċerna t-taħriġ u tipi oħra ta’ attivitajiet bħal workshops, coaching, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, skemi ta’ skambju u żjarat tal-azjendi agrikoli u tal-foresti għal żmien qasir. L-għan huwa li jittejjeb il-potenzjal uman tal-persuni involuti fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, tal-ġestjonarji tal-art u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) li joperaw f’żoni rurali.

VI.2

Is-servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli (l-Artikolu 15)

Din il-miżura, permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza kif ukoll l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli, għandha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-foresti u tal-SMEs li joperaw f’żoni rurali. Din tippromwovi wkoll it-taħriġ tal-konsulenti.

VI.3

L-iskemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u alimentari (l-Artikolu 16)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa lill-parteċipanti l-ġodda kollha fl-Unjoni, l-iskemi ta’ kwalità nazzjonali u volontarji. L-appoġġ jista’ jkopri wkoll il-kostijiet li jinħolqu minn attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni sabiex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-eżistenza u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti magħmula skont dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali.

VI.4

L-investimenti f’assi fiżiċi (l-Artikolu 17)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi rurali, ittejjeb l-effiċjenza tas-settur tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tipprovdi infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikoltura u tal-forestrija u tappoġġa investimenti mhux remunerattivi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali.

VI.5

Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa (l-Artikolu 18)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tgħin lill-bdiewa jipprevjenu diżastri naturali u eventi katastrofiċi jew li jirrestawraw il-potenzjal agrikolu, li tkun saritlu ħsara, wara r-rikonoxximent formali tiegħu mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri, sabiex tgħin fil-vijabbiltà u fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli fid-dawl ta’ tali avvenimenti.

VI.6

L-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju (l-Artikolu 19)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi vijabbli ġodda bħal azjendi ġodda mmexxija minn bdiewa żgħażagħ, negozji ġodda f’żoni rurali, jew l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar. Jingħata wkoll appoġġ lil intrapriżi ġodda jew eżistenti għal investimenti u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli li huma essenzjali għall-iżvilupp u għall-kompetittività taż-żoni rurali u tal-bdiewa kollha li jiddiversifikaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom. Il-miżura tipprovdi pagamenti għall-bdiewa eliġibbli għall-iskema għall-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom b’mod permanenti lil bidwi ieħor.

VI.7

Is-servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali (l-Artikolu 20)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-interventi li jistimulaw it-tkabbir u jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika taż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura lokali (inklużi l-broadband, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura soċjali) u s-servizzi bażiċi lokali, kif ukoll permezz tat-tiġdid tal-irħula u l-attivitajiet immirati lejn ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali. Il-miżura tappoġġa wkoll ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-faċilitajiet bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.

VI.8

L-investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (l-Artikolu 21; minn Artikolu 22 sa 26)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi l-investimenti fl-iżvilupp tal-imsaġar, fil-protezzjoni tal-foresti, fl-innovazzjoni fil-forestrija, fit-teknoloġiji tal-forestrija u fil-prodotti tal-foresti, sabiex tikkontribwixxi għall-potenzjal tat-tkabbir taż-żoni rurali.

VI.9

It-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (l-Artikolu 22)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar f’art agrikola u mhux agrikola.

VI.10

L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta’ sistemi agroforestali (l-Artikolu 23)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ sistemi u prattiki agroforestali fejn il-perenni tal-injam jiġu integrati deliberatament ma’ għelejjel u/jew annimali fuq l-istess unità tal-art.

VI.11

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali u eventi katastrofiċi (l-Artikolu 24)

Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprevjeni u tirrestawra l-potenzjal tal-forestrija (tqaċċit u tħawwil mill-ġdid) wara l-okkorrenza ta’ nirien fil-foresti, diżastri naturali oħrajn inklużi tifqigħat ta’ pesti u mard, kif ukoll theddid relatat mat-tibdil fil-klima.

VI.12

L-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti (l-Artikolu 25)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa azzjonijiet li jtejbu l-valur ambjentali tal-foresta, jiffaċilitaw l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, jipprovdu servizzi tal-ekosistema u jtejbu l-valur tal-faċilitajiet pubbliċi tal-foresti. Jenħtieġ li tiġi żgurata ż-żieda fil-valur ambjentali tal-foresta.

VI.13

L-investimenti fit-teknoloġiji tal-foresti, fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti (l-Artikolu 26)

Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-investiment f’makkinarju u/jew f’tagħmir relatat mal-ħsad, mat-tqattigħ, mal-mobilizzazzjoni, mal-ipproċessar tal-injam qabel is-serrar industrijali tiegħu. L-għan ewlieni ta’ din is-sottomiżura huwa li ttejjeb il-valur ekonomiku tal-foresti.

VI.14

L-istabbiliment ta’ gruppi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (l-Artikolu 27)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, speċjalment fis-snin bikrija, meta jiġġarrbu kostijiet addizzjonali sabiex jiġu indirizzati b’mod konġunt l-isfidi tas-suq u jissaħħaħ il-poter ta’ negozjar fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż fis-swieq lokali.

VI.15

Il-miżura agroambjentali klimatika (l-Artikolu 28)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tħeġġeġ lill-ġestjonarji tal-art japplikaw prattiki tal-biedja li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-pajsaġġ, tar-riżorsi naturali u tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Dan jista’ jikkonċerna mhux biss it-titjib li huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent fil-prattika tal-biedja iżda wkoll iż-żamma ta’ prattiki ta’ benefiċċju eżistenti.

VI.16

Il-biedja organika (l-Artikolu 29)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiffoka fuq l-appoġġ tal-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika u/jew iż-żamma tagħhom, bil-għan li tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fi skemi bħal dawn, u b’hekk twieġeb għad-domanda tas-soċjetà għall-użu ta’ prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

VI.17

Il-pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (l-Artikolu 30)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ kumpensatorju lill-benefiċjarji li jsofru minn żvantaġġi partikolari minħabba rekwiżiti obbligatorji speċifiċi fiż-żoni kkonċernati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE meta mqabbla mas-sitwazzjoni tal-bdiewa u tal-forestiera f’żoni oħrajn mhux affettwati b’dawn l-iżvantaġġi.

VI.18

Il-pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra (l-Artikolu 31)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ lill-benefiċjarji li jsofru minn restrizzjonijiet partikolari minħabba li jinsabu f’żoni muntanjużi jew f’żoni oħrajn li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti jew restrizzjonijiet speċifiċi.

VI.19

It-trattament xieraq tal-annimali (l-Artikolu 33)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tipprovdi pagamenti lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet ta’ impenn wieħed jew aktar għall-benesseri tal-annimali.

VI.20

Is-servizzi ambjentali b’rabta mal-foresti u servizzi tal-klima u l-konservazzjoni tal-foresti (l-Artikolu 34)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-promozzjoni tal-ġestjoni u t-titjib sostenibbli tal-foresti u tal-imsaġar, inklużi ż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità, tar-riżorsi tal-ilma u tal-ħamrija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u anke għall-ħtieġa li jiġu kkonservati r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, inklużi attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ varjetajiet differenti ta’ speċijiet ta’ foresti sabiex jiġu adattati għal kundizzjonijiet lokali speċifiċi.

VI.21

Il-kooperazzjoni (l-Artikolu 35)

L-għan tal-miżura huwa li tippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u li jimmiraw li jiżviluppaw (fost oħrajn): proġetti pilota; prodotti ġodda, prattiki, proċessi u teknoloġiji fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija; servizzi tat-turiżmu; katini tal-provvista qosra u swieq lokali; proġetti konġunti / prattiki dwar l-ambjent / tibdil fil-klima; proġetti għall-provvista sostenibbli tal-bijomassa; strateġiji mhux tal-LEADER għall-iżvilupp lokali; pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti; u d-diversifikazzjoni f’attivitajiet ta’ “biedja soċjali”.

VI.22

Il-ġestjoni tar-riskju (l-Artikolu 36)

Din il-miżura tirrappreżenta sett ġdid ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju u tmexxi ’l quddiem il-possibbiltajiet li jeżistu bħalissa biex jiġu appoġġati l-assigurazzjonijiet u l-fondi mutwi permezz tal-pakketti nazzjonali ta’ pagamenti diretti tal-Istati Membri biex jgħinu lill-bdiewa esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali dejjem akbar. Il-miżura tintroduċi wkoll għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu biex tipprovdi kumpens lill-bdiewa li qed isofru minn tnaqqis serju fl-introjtu tagħhom.

VI.22bis

L-appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19 (l-Artikolu 39b)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa appoġġ temporanju minħabba l-kriżi tal-COVID-19

VI.23

Il-finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja (l-Artikolu 40)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplimentari fil-Kroazja pagament supplimentari fl-ambitu tat-tieni pilastru.

VI.24

L-appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (żvilupp lokali mmexxi mill-komunità) (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5))

L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżomm l-approċċ LEADER bħala għodda integrata għall-iżvilupp territorjali fuq livell (“lokali”) sottoreġjonali li se tikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali, li huwa wieħed mill-objettivi ġenerali tal-politika għall-iżvilupp rurali.

VI.25

L-assistenza teknika (Artikoli 51 sa 54)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti lill-Istati Membri l-kapaċità li jipprovdu assistenza teknika biex jappoġġaw azzjonijiet li jsostnu l-kapaċità amministrattiva marbuta mal-ġestjoni tal-Fondi SIE. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati għat-tħejjija, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni, għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, għan-networking, għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u għall-kontroll u l-awditjar tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali.

VII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Il-miżuri POSEI huma skemi agrikoli speċifiċi li għandhom l-għan li jqisu r-restrizzjonijiet tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kif meħtieġ mill-Artikolu 349 tat-TFUE. POSEI jikkonsisti minn żewġ elementi ewlenin: l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista u l-miżuri biex tiġi appoġġata l-produzzjoni lokali. Tal-ewwel għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet addizzjonali għall-provvista ta’ prodotti essenzjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni remota ta’ dawn ir-reġjuni (permezz ta’ għajnuna għal prodotti mill-Unjoni u eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal prodotti minn pajjiżi terzi) u tal-aħħar li jgħinu fl-iżvilupp tas-settur agrikolu lokali (pagamenti diretti u miżuri tas-suq). POSEI jippermetti wkoll il-finanzjament ta’ programmi tas-saħħa tal-pjanti.

VIII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013

Ir-reġim għall-Gżejjer minuri tal-Eġew huwa simili għal dak ta’ POSEI, iżda ma għandux l-istess bażi ġuridika fit-TFUE u jopera fuq skala iżgħar minn POSEI. Dan jinkludi kemm l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista (limitati madankollu għall-għajnuna għal prodotti mill-Unjoni) kif ukoll il-miżuri biex jiġu appoġġati l-attivitajiet agrikoli lokali li jikkonsistu f’pagamenti supplimentari għal prodotti lokali definiti b’mod speċifiku.

IX.1

Miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Il-miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar prodotti agrikoli u ċerti prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern jew f’pajjiżi terzi kif elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jistgħu jiġu ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni.

(1)   

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(2)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(3)   

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(4)   

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327 22.12.2000, p. 1).

(5)   

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p.56).

( 2 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 549).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

( 12 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 13 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269 10.10.2013, p. 1)

Top