Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32023R1062
Council Regulation (EU) 2023/1062 of 1 June 2023 amending Regulation (EU) 2023/194 fixing for 2023 the fishing opportunities for certain fish stocks, applicable in Union waters and, for Union fishing vessels, in certain non-Union waters, as well as fixing for 2023 and 2024 such fishing opportunities for certain deep-sea fish stocks
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1062 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1062 tal-1 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond
ST/9262/2023/INIT
ĠU L 143, 2.6.2023, pp. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validità: 31/12/2023
|
2.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1062
tal-1 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (1) jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-miżuri marbuta mat-TACs b’mod funzjonali stabbiliti bir-Regolament (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jitqies l-eżitu tal-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi kwota proviżorja tal-Unjoni għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 1 u tad-diviżjoni 2b tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Marzu 2023. Sabiex l-attivitajiet tas-sajd ikun jistgħu jkomplu, jeħtieġ li dik il-kwota proviżorja tal-Unjoni tiġi sostitwita bi kwota definittiva tal-Unjoni għal dak l-istokk għall-2023. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-kwota tal-Unjoni għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 1 u d-diviżjoni 2b tal-ICES abbażi tat-TAC ta’ referenza għall-bakkaljaw Artiku tal-Grigal u tad-drittijiet tas-sajd storiċi tal-Unjoni. Il-kwota definittiva tal-Unjoni għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 1 u tad-diviżjoni 2b tal-ICES għall-2023 jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell ta’ 15 629 tunnellata, li jikkorrispondi għall-perċentwal indikat fil-paragrafu 3, il-punt (a), tal-fehim politiku bejn l-UE u n-Norveġja fir-rigward tas-sajd fis-subżoni 1 u 2 tal-ICES. Il-kwota tal-Unjoni għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 1 u tad-diviżjoni 2b tal-ICES jenħtieġ li tiġi allokata lill-Istati Membri f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE (2), soġġetta għall-adattamenti meħtieġa minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif stabbilit fl-Anness 36(E) għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (3). |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2023/194 jistabbilixxi kwota proviżorja tal-Unjoni għall-ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Marzu 2023. Sabiex l-attivitajiet tas-sajd jitħallew ikomplu, jeħtieġ li dik il-kwota proviżorja tal-Unjoni tiġi sostitwita bi kwota definittiva tal-Unjoni għal dak l-istokk għall-2023. Il-kwota definittiva tal-Unjoni għall-ħalibatt ta’ Greenland fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES għall-2023 jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell ta’ 1 711-il tunnellata. Il-livell ta’ dik il-kwota tal-Unjoni jikkorrispondi għal 9,25 % tat-TAC għall-ħalibatt ta’ Greenland fis-subżoni 1 u 2 tal-ICES għall-2023, kif propost mill-Unjoni fil-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal, jiġifieri 18 494 tunnellata, f’konformità mal-parir tal-ICES. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2023/194 ma jistabbilixxix l-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES għall-2023. Sabiex is-sajd għal dak l-istokk ikun jista’ jibda ladarba jibda l-istaġun tas-sajd rilevanti fl-1 ta’ Lulju 2023, il-kwota tal-Unjoni għar-redfish fl-ilmijiet internazzjonali fis-subżoni 1 u 2 tal-ICES jenħtieġ li tiġi stabbilita abbażi tal-medja tal-ogħla tliet qabdiet annwali tal-Unjoni tar-redfish fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni 1 u 2 tal-ICES fil-perjodu mill-2013 sal-2022. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/194 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
L-opportunitajiet tas-sajd previsti fir-Regolament (UE) 2023/194 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2023. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-opportunitajiet tas-sajd japplikaw ukoll mill-1 ta’ Jannar 2023. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu jew għadhom ma ġewx eżawriti. Minħabba l-urġenza li tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (UE) 2023/194
L-Anness IB għar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLSON
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/277/KEE tat-18 ta’ Mejju 1987 dwar l-allokazzjoni ta’ possibbiltajiet għall-qabda tal-bakkaljaw fiż-żona ta’ Spitsbergen u Bear Island u fid-Diviżjoni 3M kif inhi definita fil-Konvenzjoni tan-NAFO (ĠU L 135, 23.5.1987, p. 29).
ANNESS
L-Anness IB għar-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:
|
(i) |
it-tabella għall-bakkaljaw (Gadus morhua) fl-ilmijiet ta’ Svalbard u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1 u 2b hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ii) |
it-tabella għall-ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||
|
(iii) |
it-tabella għar-redfish (Sebastes spp.) fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1 u 2 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||||||||||