Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32007R0650
Commission Regulation (EC) No 650/2007 of 13 June 2007 establishing the standard import values for determining the entry price of certain fruit and vegetables
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 650/2007 tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 650/2007 tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
ĠU L 153, 14.6.2007, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 153/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 650/2007
tat-13 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
46,7 |
|
TR |
95,5 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
151,2 |
|
TR |
94,5 |
|
|
ZZ |
122,9 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
95,3 |
|
ZZ |
95,3 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
49,7 |
|
ZA |
62,9 |
|
|
ZZ |
56,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
92,9 |
|
BR |
81,3 |
|
|
CA |
102,0 |
|
|
CL |
79,7 |
|
|
CN |
93,8 |
|
|
NZ |
109,6 |
|
|
US |
109,8 |
|
|
UY |
55,1 |
|
|
ZA |
98,3 |
|
|
ZZ |
91,4 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
155,5 |
|
TR |
204,2 |
|
|
ZZ |
179,9 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
352,5 |
|
US |
308,9 |
|
|
ZZ |
330,7 |
|
|
0809 40 05 |
CL |
134,4 |
|
IL |
204,2 |
|
|
ZZ |
169,3 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.