Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02005R1708-20051020

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 tad- 19 ta' Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1708/2005-10-20

2005R1708 — MT — 20.10.2005 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1708/2005

tad-19 ta' Ottubru 2005

►C2  li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 ◄

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

▼B

(ĠU L 274 20.10.2005, p. 9)


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p.  194 (Nru 1708/2005)

►C2

Rettifika, ĠU L 228, 2.9.2015, p.  14 (1708/2005)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1708/2005

tad-19 ta' Ottubru 2005

▼C2

li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perjodu ta' referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur ( 1 ), u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 2 ), kif mitlub skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95,

Billi:

(1)

Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (HICPs) huma ċifri armonizzati ta’ inflazzjoni mitluba mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 121 tat-Trattat tal-KE. L-HICPs huma mfasslin biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali tal-inflazzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-immaniġġjar tal-politika monetarja.

(2)

Taħt l-intestatura (a) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, l-Istadju I tal-miżuri meħtieġa biex jinkisbu indiċijiet komparabbli ta’ prezzijiet tal-konsumatur tinvolvi l-produzzjoni ta’ serje interim ta’ indiċijiet.

(3)

Taħt l-intestatura (b) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, matul l-Istadju II l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur (HICP) jibda bl-indiċi għal Jannar tal-1997, bis-sena 1996 bħala l-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 ma jeskludix, minkejja dan, l-aġġornament tal-HICPs għal perjodu komuni ieħor ta’ referenza tal-indiċi.

(5)

Wara l-adeżjoni tal-10 Stati Membri l-ġodda fl-2004, uħud mis-subindiċijiet tal-HICP, immexxija mis-sistema ta' klassifikazzjoni ta’ konsum individwali skont l-għan adattaw għall-ħtiġijiet tal-HICPs (COICOP/HICP), kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1749/96 tad-9 ta’ Settembru 1996 dwar miżuri ta' implimentazzjoni inizjali għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 li jikkonċerna indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur ( 3 ), jirreferu għal perjodi differenti ta' indiċi ta' referenza; minkejja dan, l-HICPs għandhom jinġabru fuq il-bażi ta’ perjodi komuni ta’ referenza tal-indiċi sabiex jiżguraw komparabilità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

(6)

L-aġġornar tal-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi għandu jtejjeb ir-rilevanza tal-HICPs skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

(7)

Hija meqjusa bħala prassi tajba li l-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi jiġi aġġornat, meta qegħdin iseħħu reviżjonijiet importanti tal-indiċi, kemm jekk f'termini ta’ oġġetti, kemm jekk għall-kopertura ġeografika, kif ukoll jekk għat-tnejn.

(8)

Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli għal perjodi komuni ta’ referenza tal-indiċi tas-subindiċijiet tal-COICOP/HICP integrati fi ħdan l-HICP f’punti differenti matul iż-żmien, sabiex jassiguraw li l-HICPs jilħqu r-rekwiżiti tal-komparabilità u r-rilevanza tal-Artikoli 4 u 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.

(9)

F’dan il-kuntest jeħtieġ li t-terminoloġija tkun iċċarata u armonizzata sabiex tiggwida prassi ta’ operat li għandu x’jaqsam mal-perjodi ta’ riferenza għall-HICPs. Huwa għalhekk iktar neċessarju li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2214/96 tal-20 ta' Novembru 1996 li jikkonċerna indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur: trasmissjoni u tixrid ta' sotto-indiċijiet tal-HICP ( 4 )

(10)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 5 ),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni biex jiġu ddeterminati ċerti perjodi komuni ta’ referenza tal-indiċi sabiex jassigura li l-Indiċijiet Armonizzati ta’ Prezzijiet tal-Konsumatur (HICP) huma komparabbli u rilevanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Se jkun hemm tliet tipi ta’ riferenza komuni jew perjodi ta’ bażi użati fil-kostruzzjoni tal-HICPs li jistgħu jintagħżlu b'mod indipendenti minn xulxin, li huma:

(a) Il-“perjodu ta’ referenza tal-peżar” huwa kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 ( 6 ).

(b) Il-“perjodu ta’ referenza tal-prezz” huwa l-perjodu li minnu titkejjel il-bidla attwali fil-prezz u li għalih jintużaw il-prezzijiet bħala denominaturi fil-kalkoli tal-indiċi; jirreferi għall-prezzijiet użati għall-valutazzjoni tal-volum fil-piżijiet tal-HICP.

(c) Il-“perjodu ta' referenza ta’ indiċi” huwa l-perjodu li għalih l-indiċi huwa ffissat għal 100 punt ta’ indiċi.

Artikolu 3

Miżuri implimentattivi

1.  Il-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi HICP se jkun iffisat għal 2005 = 100.

2.  Is-serje kronoloġika sħiħa tal-HICP indiċijiet għall-punti kollha u s-sub-indiċijiet għandhom jiddaħħlu fi skala mill-ġdid f'perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi ieħor meta jitqies meħtieġ Skont l-aġġornamenti, is-serje kronoloġika sħiħa tal-HICPs kollha u s-sub-indiċijiet HICP għandhom jiddaħħlu fi skala mill-ġdid għal perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi. L-iskalar għal perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi għandu jidħol fis-seħħ mal-indiċi ta' Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' taġġorna perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

4.  Kull żieda ta' sub-indiċijiet COICOP/HICP bil-għan li jiġu integrati fil-HICP għandhom ikunu mdaħħla f'Diċembru fil-livell ta' 100 punt indiċi u jidħlu fis-seħħ mal-indiċi ta' Jannar ta' wara.

Artikolu 4

Emenda

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2214/96 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Tixrid tas-sub-indiċijiet

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha xxerred is-sub-indiċijiet tal-HICPs għall-kategoriji mniżżla fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi”.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 2 ) Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Ottubru 2005 (ĠU C 254, 14.10.2005).

( 3 ) ĠU L 229, 10.9.1996, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1749/1999 (ĠU L 214, 13.8.1999, p. 1).

( 4 ) ĠU L 296, 21.11.1996, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1920/2001 (ĠU L 261, 29.9.2001, p. 46).

( 5 ) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

( 6 ) ĠU L 340, 11.12.1997, p. 24.

Top