Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0028

Id-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li temenda id-Direttiva 2001/82/KE fuq il-kodiċi tal-Komunità dwar prodotti mediċinali veterinarjiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 136, 30.4.2004, pp. 58–84 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/01/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R0006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/28/oj

32004L0028



Official Journal L 136 , 30/04/2004 P. 0058 - 0084


Id-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-31 ta' Marzu 2004

li temenda id-Direttiva 2001/82/KE fuq il-kodiċi tal-Komunità dwar prodotti mediċinali veterinarji

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li konsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 fuq il-kodiċi tal-Komunità dwar prodotti mediċinali veterinarji [4] kodifikat u konsolidat leġislazzjoni preċedenti tal-Komunità fuq prodotti mediċinali veterinarji f'test wieħed fl-interessi tal-kjarezza u r-razzjonaliżżazzjoni.

(2) Il-leġislazzjoni tal-Komunità adottata sa issa għamlet kontribut kbir biex jintlaħqu l-għanijiet ta' moviment ħieles u sigur ta' prodotti mediċinali veterinarji u l-eliminazzjoni tal-ostakli fil-kummerċ f'dawn il-prodotti. Madankollu, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, huwa ċar li hemm bżonn ta' mizuri ġodda biex jiġu eliminati l-ostakoli li fadal għall-moviment ħieles.

(3) Huwa għalhekk neċessarju li l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li fihom xi differenzi f'dak li għandhu x'jaqsam ma prinċipji bażiċi jiġu allinjati, biex b'hekk titħeġġeġ l-operazzjoni tas-suq intern mingħajr ma' ssir ħsara lis-saħħa pubblika.

(4) L-iskop prinċipali ta' kull regolament fuq il-fabbrikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji għandha tkun is-salvagwardji tas-saħħa u tal-istat tajjeb tal-annimali kif ukoll is-saħħa pubblika. Il-leġislazzjoni fuq l-awtorizzazzjoni tal-marketing għall-prodotti mediċinali veterinarji, u l-kriterji li jirregolaw l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, huma tali li jsaħħu l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Dak l-għan għandu, madankollu, jintlaħaq b'mezzi li ma jfixklux i-isvilupp ta-industrija farmaċewtikà jew il-kummerċ fi prodotti mediċinali veterinarji fil-Komunità.

(5) l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 tat-22 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u mill-veterinarju u li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali [5] iżda, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ, il-Kummissjoni kienet mitluba tippublika rapport ġenerali fuq l-esperjenza miksuba bħala rizultat ta' l-operazzjoni tal-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing stabbiliti f'dan ir-Regolament u f'dispożizzjonijiet legali oħra tal-Komunità.

(6) Fid-dawl tar-rapport tal-Kummissjoni fuq l-esperjenza miksuba, intwera l-bżonn li tiġi mtejba l-operazzjoni tal-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għall-prodotti mediċinali veterinarji fil-Komunità.

(7) Speċjalment bħala riżultat tal-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali, id-definizzjonijiet u l-iskop tad-Direttiva 2001/82/KE għandha tiġi ċarata biex jintlaħqu standards għoljin għall-kwalità, sigurtà u effikaċja tal-prodotti mediċinali veterinarji. Biex ikun jista' jittieħed akkont kemm tat-terapiji ġodda li qed jizviluppaw kif ukoll ta' prodotti hekk imsejħa "borderline" għax jinsabu bejn is-settur tal-prodott mediċinali u setturi oħra, d-definizzjoni ta' "prodotti mediċinali" għandha tiġi modifikata biex jiġi evitat kull dubju fuq il-liġi applikabbli meta prodott, filwaqt li jaqa' fid-definizzjoni ta' prodotti mediċinali, ikun jista' jaqa' wkoll f'definizzjoni ta' prodotti regolati oħra. Minbarra dan, minħabba l-karatteristiċi tal-leġislazzjoni farmaċewtikà, dispożizzjonijiet għandhom isiru biex tiġi applikata din il-liġi. Bl-istess għan li jiġu ċarati ċerti sitwazzjonijiet, fejn xi prodott ikun jaqa' taħt id-definizzjoni ta' prodott mediċinali veterinarji, iżda jkun jista' jaqa' wkoll f'definizzjoni ta' prodotti regolati oħra, huwa neċessarju, f'każi ta' dubju u biex tiġi assikurata ċ-ċertezza legali, li jingħad eżattament liema dispożizzjonijiet għandhom jiġu mħarsa. Fejn prodott huwa fiċ-ċar definit taħt kategoriji ta' prodotti oħra, b'mod partikolari ikel, għalf, għalf miżjud jew biocides, din id-Direttiva m'għandiex tapplika. Huwa wkoll xieraq li tiġi mtejba l-konsistenza tat-terminoloġija tal-leġislazzjoni farmaċewtikà.

(8) Is-settur tal-prodotti mediċinali veterinarji għandu numru ta' karatteristiċi speċjali. Prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel jista' jkun awtorizzat biss b'kondizzjonijiet li jiggarantixxu li l-ikel prodott ma jagħmilx ħsara lill-konsumaturi minħabba xi residwi ta' dawn il-prodotti mediċinali.

(9) L-ispejjeż tar-riċerki u zvilupp biex jintlaħqu ħtiġijiet ikbar fil-kwalità, sigurtà, u effiċjenza ta' prodotti mediċinali veterinarji qed iwasslu għal tnaqqis gradwali fin-numru ta' prodotti awtorizzati għall-ispeċi u indikazzjonijiet li jirrappreżentaw setturi ta' swieq iżgħar.

(10) Ghalhekk, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/82/KE għandhom bżonn li jiġu adattati għall-karatteristiċi partikolari tas-settur, speċjalment biex jintlaħqu l-bżonnijiet tas-saħħa u ta' stat tajjeb ta' l-annimali li jipproduċu l-ikel fuq kondizzjonijiet li jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, u f'kuntest li jipprovdi interess ekonomiku adegwat għall-industrija tal-prodotti mediċinali veterinarji.

(11) F'ċerti ċirkostanzi, speċjalment fil-każ ta' ċerti tipi ta' annimali domestiċi, l-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni tal-marketing ta' prodott mediċinali veterinarji skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità huwa kjarament spropozjonat. Barra min hekk, l-assenza ta' awtorizzazzjoni tal-marketing għall-prodotti immunoloġiċi fil-Komunità m'għandhiex tkun ta' ostakolu għaċ-ċaqliq internazzjonali ta' ċertu annimali ħajjin fuq liema għandhom jittieħdu ċerti miżuri vinkolanti tas-saħħa. Id-dispożizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjonijiet jew l-ġużu ta' dawn il-prodotti mediċinali fuq il-miżuri li jiġġieldu kontra ċertu mard infettuż tal-annimali fil-Komunità għandhom jiġu adattati wkoll.

(12) L-evalwazzjoni ta' l-operazzjoni tal-proċeduri ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing kixfet il-ħtieġa ta' eżami, b'mod partikolari, tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku biex b'hekk jiġu ranġati l-opportunitajiet ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri. Dan il-proċess ta' koperazzjoni għandu jiġi formaliżżat bit-twaqqif ta' grupp ta' kordinazzjoni fuq din il-proċedura u billi tiġi definita l-operazzjoni tagħha biex jiġu deciżi xi nuqqas ta' qbil fil-qafas ta' proċedura ikkunsidrata u deċentraliżżata.

(13) Fir-rigward ta' referenzi, l-esperjenza miksuba tizvela l-htiega ghal mizura xierqa, partikolarment fil-kaz ta' referenzi li jirrelataw ghal klassi terapewtika shiha inkella lill-prodotti medicinali veterinarji kollha li fihom l-istess sustanza attiva.

(14) Awtorizzazzjoni ta' marketing fir-rigward ta' prodotti mediċinali veterinarji għall-ewwel għandha tkun limitata għal ħames snin. Barra minn hekk, kull awtorizzazzjoni li ma tintużax għal tlett snin wara xulxin, jiġifieri, li ma wasslitx biex prodott mediċinali veterinarji jitqiegħed fis-suq fl-Istati Membri ikkonċernati matul dak il-perjodu, għandha tiġi kunsidrata invalida, biex b'hekk b'mod speċjali, tiġi evitata l-ispiża amministrattiva biex jiżammu dawn l-awtorizzazzjonijiet. Madankollu, eżenzjonijiet għal din ir-regola għandhom jingħataw meta jkunu ġustifikati għal raġunijiet publiċi jew minħabba saħħet l-annimali.

(15) Prodotti mediċinali bijoloġoċi simili għal prodotti mediċinali b'referenza ġeneralment ma jilħqux il-kondizzjonijiet kollha biex jiġu kunsidrati bħala prodotti mediċinali ġeneriċi l-iktar minħabba karatteristiċi fil-proċess tal-fabbrikazzjoni, l-materja prima użata, l-karatteristiċi molekolari u l-metodi ta' azzjoni terapewtiċi. Meta prodott bijoloġiku ma jilħaqx il-kondizzjonijiet kollha biex jiġi kunsidrat bħala prodott mediċinali ġeneriku, għandhom jingħataw ir-riżultati ta' provi xierqa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-sigurtà (provi pre-kliniċi) jew l-effikaċja (provi kliniċi) jew it-tnejn.

(16) Il-kriterji ta' kwalità, sigurtà u effikaċja għandhom jagħtu bilanċ bejn ir-riskju u l-benefiċċju tal-prodotti mediċinali veterinarji kollha li fuqhom issir stima kemm meta jitqiegħdu fis-suq kif ukoll f'kull ħin li l-awtorità kompetenti jidrilha xieraq. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jiġu armoniżżati u adattati l-kriterji għar-rifjut, sospensjoni jew revoka ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-marketing.

(17) Fis-settur veterinarju, jekk l-ebda prodott mediċinali ma' ġie awtorizzat għal speċi jew diżordni partikolari, ċ-ċans li jintużaw prodotti esistenti oħrajn għandu jkun magħmul ċar, iżda mingħajr ma tiġi preġudikata s-saħħa tal-konsumatur fil-każ ta' prodotti mediċinali maħsuba li jiġu mogħtija lil-annimali li jipproduċu l-ikel. B'mod partikolari, prodotti mediċinali għandhom jintużaw biss f'dawk il-kondizzjonijiet li jiggarantixxu li l-ikel prodott m'huwiex ta' ħsara għall-konsumatur minħabba xi residwi ta' prodotti mediċinali.

(18) Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi stimolat l-interess tal-industrija farmaċewtika veterinarja f'ċerti setturi tas-suq biex jitħeġġeġ l-isvilupp ta' prodotti mediċinali veterinarji ġodda. Il-perjodu ta' protezzjoni tad-data amministrattiv vis-a-vis ġeneriċi għandu jiġi armonizzat.

(19) Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu iċċarati l-obbligazzjonijiet, u d-diviżjoni ta' responsabbilitajiet, bejn min japplika għall-awtorizzazzjoni tal-marketing, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jħarsu l-kwalità ta' l-ikel, speċjalment b'konformità mad-dispożizzjonijiet fuq l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji. Fuq kollox, biex jiġi faċilitat l-eżaminar ta' prodotti mediċinali ġodda filwaqt li jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta' irtirar twal biżżejjed għall-ikel li jipproduċu l-annimali eżaminati.

(20) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet immirati biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-konsumatur, l-karatteristiċi speċifiċi ta' prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji, u b'mod partikolari l-użu tagħhom fil-biedja organika, għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni billi tiġi stabbilita proċedura sempliċi għar-reġistrazzjoni tat-termini użati bil-quddiem.

(21) Biex tiżdied l-informazzjoni li tkun qiegħdha għad-dispożizzjoni ta' l-utenti u biex tiġi ranġata l-protezzjoni tal-konsumatur fil-każ ta' annimali li jipproduċu l-ikel, id-dispożizzjonijiet fuq l-ittikkettjar tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-fuljett li jkun hemm fil-pakkett għandhom jiġu msaħħa. Il-ħtieġa li prodotti mediċinali veterinarji jistgħu jingħataw biss meta tiġi preżentata riċetta veterinarja, għandha, bħala prinċipju, tiġi estiża għall-prodotti mediċinali kollha ta' l-annimali li jipproduċu l-ikel. Madankollu, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet meta approprjat. Mill-banda l-oħra, l-proċeduri amministrattivi għall-provvista ta' prodotti mediċinali għall-annimali domestiċi għandha tiġi simplifikata.

(22) Il-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji fabbrikati jew disponibbli fil-Komunità għandhom jiġu garantiti billi jiġi mitlub li s-sustanzi attivi użati fil-komposizzjoni tagħhom tħares il-prinċipji ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba. Intwera li hu neċessarju li jiġu msaħħa d-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq l-ispezzjonijiet u li jinġabar reġistru tal-Komunità fuq ir-risultati ta' dawk l-ispezzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet għall-ħelsien uffiċjali ta' grupp ta' prodotti mediċinali immunoloġiċi għandhom jiġu reviżjonati biex jittieħed kont tat-titjib tas-sistema ġenerali tal-ħarsien tal-kwalità tal-prodotti mediċinali u biex jirrefletti l-progress tekniku u xjentifiku, kif ukoll biex ir-rikonoxximent reċiproku isir effettiv kollu.

(23) L-impatt fuq l-ambjent għandu jkun studjat u konsiderazzjoni għandha tingħata każ b'każ ta ċertu dispożizzjonijiet li jillimitawha.

(24) Il-ħarsien farmakoloġiku u, b'mod iktar ġenerali, l-ħarsien tas-suq u s-sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' tħaris mad-dispożizzjonijiet għandu jiżdied. Fil-qasam tal-ħarsien farmakoloġiku, akkont għandu jittieħed tal-faċilitajiet offruti minn teknoloġija ta' l-informatika ġdida biex jiġu mtejba l-iskambji bejn l-Istati Membri.

(25) Il-miżuri bżonnjużi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għat-tħaddim tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(26) Id-Direttiva 2001/82/KE għandha tiġi emendata skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/82/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 1 shall be amended as li ġejjin:

(a) punt 1 għandu jiġi mħassar;

(b) punt 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Prodotti mediċinali veterinarji: (a) kull sustanza jew tagħqid ta' sustanzi ipprezentati jew li għandhom proprjetà għat-trattament jew biex ma jħallix mard fl-annimali; jew

(b) kull sustanza jew tagħqid ta' sustanzi li jistgħu jintużaw fuq jew amministrati lill-annimali bi ħsieb li jiġu msaħħa, irranġati jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi billi issir azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika jew biex issir dijanjosi medika."

;

(ċ) punt 3 għandu jiġi mħassar;

(d) punti 8, 9 u 10 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

Prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji: Kull prodott mediċinali veterinarju preparat minn sustanzi msejħa ħażniet omeopatiċi skond proċedura ta' fabbrikazzjoni omeopatika mfissra mill-Farmakopea Ewropea jew, fl-assenza tagħha, mill-farmakopoei użati uffiċjalment bħalissa fl-Istati Membri. Prodott mediċinali omeopatiku veterinarju jista' jkun fih numru ta' prinċipji.

Perjodu ta' irtirar: Il-perjodu neċessarju bejn l-aħħar doża tal-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali, taħt kondizzjonijiet normali ta' użu u skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u l-produzzjoni ta' ikel minn dawn l-annimali, biex tiġi protetta s-saħħa pubblika billi jiġi żgurat li dan l-ikel ma jkunx fih residwi iktar mill-livelli massimi ta' residwi għal sustanzi attivi stabbiliti skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

Reazzjoni kuntrarja: Reazzjoni għall-prodott mediċinali veterinarju li hi ta'ħsara u mhux mixtieqa u li ssir f'dożi normalment użati fuq annimali għal dijanjosi jew trattament ta' mard biex tiġi msaħħa, irranġata jew modifikata funzjoni fiżjoloġika."

;

(e) il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

Rapprezentant tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing: Il-persuna, magħrufa komunament bħala rapprezentant lokali, nominata mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing biex tirrappreżentah fl-Istati Membri ikkonċernati."

;

(f) punt 18 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

Aġenzija: L-Agenzija Ewropea ghal Medicina mwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 726/2004"

;

(g) punt 19 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

Riskji marbuta ma' l-użu tal-prodott: - kwalunkwe riskju relattat ghall-kwalita, s-sigurta u l-efficjenza tal-prodotti medicinali veterinjarji fir-rigward tas-sahha umana jew ta' animal;

- kull riskju ta' effett mhux mixtieq fuq l-ambjent."

;

(h) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

Il-bilanċ bejn ir-riskju u l-benefiċċju: Evalwazzjoni tal-effetti terapewtiċi pozittivi tal-prodott mediċinali veterinarju skond ir-riskji definiti hawn fuq.

Riċetta veterinarja: Kull riċetta għall-prodott mediċinali veterinarju maħruġ minn persuna professjonali kwalifikata biex tagħmel hekk skond il-liġi nazzjonali applikabbli.

Isem tal-prodott mediċinali veterinarju: L-isem, li jista' jkun jew isem inventat li ma jistax jiġi mfixkel ma' isem komuni, jew isem komuni jew xjentifiku akkumpanjat bi trademark jew l-isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing.

Isem komuni: L-isem internazzjonali mhux proprjetarju rakkomandat mill-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO), jew, jekk dan ma jeżistix l-isem komuni normali.

Saħħa: Il-kontenut ta' sustanzi attivi, espressi kwantitattivament b'unità ta' dosaġġ, b'unità ta' volum jew li ntiżnet skond il-forma tad-doża.

Ippakjar immedjat: Il-Kontenitur jew kull forma ta' ippakjar li hija f'kuntatt dirett mal-prodott mediċinali.

Ippakjar ta' barra: L-ippakjar li fih jinsab l-ippakjar immedjat.

Tikkettjar: Informazzjoni fuq l-ippakjar immedjat jew qoxra ta' barra.

Fuljett ta' l-ippakkjar: Il-fuljett li fih ikun hemm l-informazzjoni għall-utent li tikkumpanja lill-prodott mediċinali."

;

2) Artikoli 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-prodotti mediċinali veterinarji, inkluż taħlit li sar qabel għall-ikel medikat, intiżi li jiġu mqiegħdha fis-suq ta' Stati Membri u preparati industrijalment jew b'sistema li tinvolvi proċess industrijali.

2. F'każi ta' dubju, meta jittieħed kont tal-karatteristiċi kollha, u prodott jista jaqa' kemm taħt id-definizzjoni ta' "prodott mediċinali veterinarju"; kif ukoll fid-definizzjoni ta' prodott imsemmi f'leġislazzjoni oħra tal-Komunità, d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu.

3. Minkejja paragrafu 1, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal sustanzi attivi wżati bħala materjal tal-bidu, safejn imsemmi fl-Artikolu 50, 50a, 51 u 80 u iktar minn hekk għal ċerti sustanzi li jistgħu jintużaw bħala prodotti mediċinali veterinarji li għandhom proprjetajiet anaboliċi, kontra l-infezzjonijiet, kontra l-parassiti, kontra l-infjammazzjoni, ormonali jew psikotropiċi safejn imsemmi f'Artikolu 68.

Artikolu 3

1. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) għalf medikat kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta' Marzu 1990 li tniżżel il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat fil-Komunità [8];

(b) Prodotti mediċinali inattivi u immunoloġiċi veterinarji li huma fabbrikati minn pathogens u antigens miksuba minn annimal jew annimali minn ġo azjenda u użati għat-trattament ta' dak l-annimal jew annimali f'dik l-azjenda fl-istess lokalità;

(ċ) prodotti mediċinali veterinarji bażati fuq iżotopi radju-attivi;

(d) kull addittiv msemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf [9] fejn dawn huma mdaħħla mal-għalf tal-annimali u għalf tal-annimali supplimentari skond dik id-Direttiva; u

(e) mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 95, prodotti mediċinali għal użu veterinarju maħsuba għall-riċerka provi ta' svilupp.

Madankollu, ikel medikat msemmi fis-subparagrafu (a) jista' jkun ippreparat biss minn taħlit magħmul qabel li ġie awtorizzat permezz ta' din id-Direttiva.

2. Ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar pussess, riċetti, tqassim u amministrazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji, din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) Kull prodott mediċinali preparat ġo spiżerija skond riċetta veterinarja għall-annimal wieħed jew grupp żgħir ta' annimali, komunament magħrufa bħala l-formula maġistrali; u

(b) Kull prodott mediċinali preparat ġo spiżerija skond riċetti ta' farmakopea u intiżi biex jitqassmu lill-utenti, komunement magħrufa bħala formula uffiċjali.";

3) Artikolu 4(2) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. F'każi ta' prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biss għall-ħut tal-akwarju, agħsafar tal-gaġġa, ħamiem mgħallmin li jwasslu messaġġ, annimali tat-terrarju, annimali gerriema żgħar, u inmies u fniek miżmuma bħala annimali domestiċi, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu eżenzjonijiet, fit-territorju tagħhom, mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 5 sa 8, sakemm dawn il-prodotti ma fihomx sustanzi l-użu ta' liema jeħtieġ kontroll veterinarju u sakemm ittieħdu l-miżuri kollha possibli biex ma jitħalliex l-użu mhux awtorizzat tal-prodotti fuq annimali oħra.";

4) Artikoli 5 u 6 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1. L-ebda prodott mediċinali veterinarju ma' jista' jitqiegħed fis-suq ta' Stat Membru kemm-il darba ma tingħatax awtorizzazzjoni tal-marketing mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva jew sakemm ma ingħatatx awtorizzazzjoni tal-marketing skond din id-Direttiva (KE) Nru 726/2004.

Meta prodott mediċinali veterinarju jingħata awtorizzazzjoni inizjali skond l-ewwel subparagrafu, kull speċi addizzjonali, saħħiet, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, prezentazzjonijiet, kif ukoll kull varjazzjoni u estensjoni, għandha wkoll tingħata awtorizzazzjoni skond l-ewwel subparagrafu jew tiġi mdaħħla ma' l-awtorizzazzjoni inizjali tas-suq. Dawn l-awtorizzazzjonijiet kollha tas-suq għandhom jiġu ikkunsidrati li jappartjenu lill-istess awtorizzazzjoni globali tas-suq, b'mod partikolari għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(1).

2. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing huwa responsabbli mis-suq tal-prodotti mediċinali. Id-deskrizzjoni ta' rappresentattiv ma tħollx id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing mir-responsabbilità tiegħu.

Artikolu 6

1. Prodott mediċinali veterinarju ma jistax ikun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-marketing bl-iskop li tiġi amministrata lil speċi waħda jew iżjed ta' produzzjoni ta' l-ikel kemm-il darba s-sustanzi attivi farmakoloġiċi li jkun fiha jinsabu fl-Annessi I, II jew III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

2. Jekk emenda fl-Annessi tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hekk titlob, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jew, meta approprjat, l-awtoritajiet kompetenti għandhon jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jemendaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni tal-marketing fi żmien 60 ġurnata mid-data minn meta l-emenda fl-Annessi ta dak irr-Regolament tiġi ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. B'deroga minn paragrafu 1, prodott mediċinali veterinarju li fih sustanzi farmakoloġiċi attivi mhux inklużi fl-Annessi I, II jew III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jista' jiġi awtorizzat għall-annimali partikolari fil-familja tal-equidae li ġew iddikjarati, skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE tal-20 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi d-dokument (passaport) ta' identifikazzjoni li jikkumpanja l-equidae reġistrati [10] u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/623/KEE u li tistabbilixxi l-identifikazzjoni ta' l-equidae għat-trobbija u l-produzzjoni [11], u li m'humiex maħsuba biex jinqatlu għall-konsum uman. Dawn il-prodotti mediċinali veterinarji m'għandhom la jinkludu sustanzi attivi li jidhru fl-Anness IV tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u lanqas m'huma maħsuba għat-trattament ta' kondizzjonijiet, kif jidher fis-sommarju awtorizzat tal-Karatteristiċi tal-Prodott, li għalihom prodott mediċinali veterinarju huwa awtorizzat għall-annimali tal-familja ta' l-equidae.";

5) l-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8

F'każ ta' mard serju temporanju fost l-annimali, l-Istati Membri jistgħu għal ftit żmien iħallu l-użu ta' prodotti mediċinali immunoloġiċi veterinarji mingħajr awtorizzazzjoni tal-marketing, meta m'hemmx prodott mediċinali adatt u wara li jinfurmaw il-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet dettaljati ta' l-użu.

Il-Kummissjoni tista' tagħmel użu mill-għażla msemmija fil-paragrafu 1 meta dispożizzjonijiet espliċiti isiru għal dik l-għażla fir-regoli tal-Komunità dwar ċertu mard serju temporanju fost l-annimali.

Jekk annimali qed jiġi importat minn, jew esportat lejn, pajjiżi terz u huwa suġġett għal regoli dwar is saħħa speċifiċi u vinkolanti, Stat Membru jista' jħalli l-użu, għall-annimal in kwistjoni, ta' prodott mediċinali immunoloġiku veterinarju li ma għandux awtorizzazzjoni tal-marketing fl-Istat Membru in- kwistjoni iżda li huqa awtorizzat fil-leġislazzjoni tal-pajjiż terz. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa dwar l-issorveljar ta' l-importazzjoni u l-użu ta' dawn il-prodotti immunoloġiċi.";

6) Artikoli 10 sa 13 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, jekk m'hemmx prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fi Stat Membru għal xi kondizzjoni li qed tolqot xi speċi li ma tipproduċix ikel, b'eċċezzjoni, l-veterinarju responsabbli jista', bir-responsabbiltà personali diretta tiegħu/tagħha u b'mod partikolari biex tiġi evitata tbatija inaċċettabli, jikkura l-annimal bi:

(a) prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fl-Istat Membru ikkonċernat b'din id-Direttiva jew bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jintuża ma' speċi ta' annimali oħra, jew għal kondizzjoni oħra fl-istess speċi; jew

(b) jekk m'hemmx prodott kif msemmi f'punt (a), jew:

(i) prodott mediċinali awtorizzat għall-użu uman fl-Istat Membru konċernat skond id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew bir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jew

(ii) skond miżuri nazzjonali speċifiċi, prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fi Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva għall-użu fl-istess speċi jew fi speċi oħra għall-kondizzjoni in-kwistjoni jew għall-kondizzjoni oħra; jew

(ċ) jekk ma hemmx prodott kif msemmi f'subparagrafu (b), u fil-limiti ta' l-Istat Membru ikkonċernat, prodott mediċinali veterinarju magħmul mingħajr ma' ġie preparat minn persuna awtorizzata li tagħmel hekk bil-leġislazzjoni nazzjonali skond il-kondizzjoniiet tar-riċetta veterinarja.

Il-veterinarju jista' jamministra il-prodott mediċinali personalment jew iħalli persuna oħra tagħmel dan taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju.

2. B'deroga mill-Artikolu 11, id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-kura mogħtija minn veterinarju lill-annimal tal-familja ta' l-equidae sakemm jiġi dikjarat, skond id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE u 2000/68/KE, li dan mhux maħsub biex jinqatel għall konsum uman.

3. B'deroga minn Artikolu 11, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' sustanzi essenzali għall-kura ta' l-equidae u li għal-liema l-pejodu tal-irtirar m'għandux ikun inqas minn sitt xhur skond il-mekkaniżmi ta' kontroll stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummisjoni 93/623/KEE u 2000/68/KE.

Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, jekk m'hemmx prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fi Stat Membru għal xi kondizzjoni li qed tolqot xi speċi li tipproduċi l-ikel, b'eċċezzjoni, il-veterinarju responsabbli jista', bir-responsabbiltà personali diretta tiegħu u b'mod partikolari biex tiġi evitata tbatija inaċċettabli, jikkura l-annimali f'ażjenda partikolari bi:

(a) prodott mediċinali veterinarji awtorizzat fl-Istat Membru ikkonċernat b'din id-Direttiva jew bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jintuża ma' speċi ta' annimali oħra, jew għal kondizzjoni oħra fl-istess speċi; jew

(b) jekk m'hemmx prodott kif msemmi f'punt (a), jew:

(i) prodott mediċinali awtorizzat għall-użu uman fl-Istat Membru konċernat skond id-Direttiva 2001/83/KE jew bir-Regolament (KE) Nru 726/2004, jew

(ii) prodott mediċinali veterinarju awtorizzat fi Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva għall-użu fl-istess speċi jew fi speċi oħra li tipproduċi l-ikel għall-kondizzjoni in kwistjoni jew għall-kondizzjoni oħra; jew

(ċ) jekk ma hemmx prodott kif imsemmi f'subparagrafu (b), u fil-limiti tal-Istat Membru konċernat, prodott mediċinali veterinarju magħmul mingħajr ma' ġie ippreparat minn persuna awtorizzata li tagħmel hekk bil-leġislazzjoni nazzjonali skond il-kondizzjoniiet tar-riċetta veterinarja.

Il-veterinarju jista' jamministra prodott mediċinali personalment jew iħalli persuna oħra tagħmel dan taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju.

2. Paragrafu 1 għandu jgħodd sakemm sustanzi farmakoloġiċi attivi inklużi fil-prodott mediċinali huma msemmija fl-Annessi I, II jew III tar-Regolamenti (KEE) Nru 2377/90, u li l-veterinarju jispeċifika perjodu xieraq ta' irtirar.

Kemm-il darba l-Prodott Mediċinali użat jindika perjodu ta' irtirar għall-ispeċi konċernata, l-perjodu ta' irtirar imsemmi m'għandux ikun inqas minn:

- 7 ijiem għall-bajd,

- 7 ijiem għall-ħalib,

- 28 ġurnata għal-laħam tat-tiġieġ u mammiferi inkluż xaħam u interjuri,

- 500 gradi-ġranet għall-laħam tal-ħut.

Madankollu, dawn il-perjodi ta' irtirar speċifiċi jistgħu jiġu modifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(2).

3. Fejn għandhom x'jaqsmu prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji fejn il-prinċipji attivi jissemmew fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, il-perjodi ta' irtirar msemmi fit-tieni subparagrafu ta' paragrafu 2 għandu jinżel għal-żero.

4. Meta veterinarju jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, hu għandu jżomm rekords tad-data ta' meta ġew eżaminati l-annimali, dettalji tas-sid, in-numru ta' annimali trattati, d-dijanjosi, r-riċetta bil-prodotti mediċinali, d-dożi amministrati, t-tul tat-trattament u l-perjodu ta' l-irtirar rakommandat, u għandu jqiegħed dawn ir-rekords għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjoni għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin.

5. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa dwar l-importazzjoni, distribuzzjoni, tqassim ta' u informazzjoni fuq il-prodotti mediċinali li jħallu li jiġu amministrati lill-annimali li jipproduċu l-ikel skond paragrafu 1(b)(ii).

Artikolu 12

1. Biex tinkiseb awtorizzazzjoni tal-marketing dwar prodott mediċinali veterinarji, ħlief bil-proċedura stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 726/2004, hemm bżonn ta' applikazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

Fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji li huma maħsuba għal speċi waħda jew iżjed li jipproduċu l-ikel iżda li s-sustanzi attivi farmakoloġiċi tagħhom għadhom ma ġewx inklużi, għall-ispeċi in- kwistjoni, fl-Anness I, II jew III tar-Regolamenti (KEE) Nru 2377/90, ma tkunx tista' ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing sakemm issir applikazzjoni valida biex jiġu stabbiliti l-limiti tal-livelli massimi ta' residwi skond dak il-Regolament. Mill-inqas sitt xhur għandhom jgħaddu bejn applikazzjoni valida biex jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta' residwi. u applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji msemmija fl-Artikolu 6(3), tista' ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing mingħajr applikazzjoni valida skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2377/90. Ghandha tingħata d-dokumentazzjoni xjentifika kollha neċessarja biex tintwera' l-kwalità, sigurtà u effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarji, kif previst fil-paragrafu 3.

2. Awtorizzazzjoni tal-marketing tingħata biss lill-applikant li huwa stabbilit fil-Komunità.

3. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing għandha tinkludi l-informazzjoni amministrattiva u d-dokumentazzjoni xjentifika kollha biex tintwera' l-kwalità, sigurtà u effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarji in-kwistjoni. Il-fajl għandu jitqiegħed skond Anness 1 u għandu jkun fih, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a) isem jew isem tal-kummerċ u indirizz permanenti jew post irreġistrat tal-kummerċ tal-persuna responsabbli li jqiegħed il-prodott fis-suq u, jekk differenti, tal-fabbrikant jew fabbrikanti involuti u tas-siti tal-fabbrikazzjoni;

(b) isem ta' prodott mediċinali veterinarji;

(ċ) partikolari kwalitattivi jew kwantittativi tal-ingredjenti tal-prodott mediċinali veterinarji, inkluż l-isem internazzjonali mhux propretarju (INN) rakkommandat mill-WHO, meta' jeżisti INN, jew l-isem kimiku tiegħu;

(d) deskrizzjoni tal-metodu ta' fabbrikazzjoni;

(e) indikazzjonijiet terapewtiċi, kontra-indikazzjonijiet u reazzjonijiet avversi;

(f) id-doża għall-ispeċi varji tal-annimali li l-prodott mediċinali veterinarju hu maħsub, il-forma farmaċewtika, il-metodu u minn fejn tiġi amministrata u l-ħajja ta' l-ixkaffa proposta;

(g) raġunijiet għall-kull miżura prekawzjonali u ta' sigurtà li għandhom jittieħdu meta jkun qed jiġi maħżun prodott mediċinali veterinarju, amministrat lill-annimali and r-rimi ta' l-iskart, flimkien ma' indikazzjoni tar-riskji possibli li il-prodott mediċinali veterinarju jista' jkun għall-ambjent, is-saħħa umana, ta' l-annimali u tal-pjanti;

(h) indikazzjoni tal-perjodu ta' irtirar fil-każ ta' prodotti mediċinali maħsuba għall-speċi li jipproduċu l-ikel;

(i) deskrizzjoni tal-metodi pruvati wżati mill-fabbrikant;

(j) rizultati ta':

- provi farmaċewtiċi (fiżiko-kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi),

- provi ta' sigurtà u provi tar-residwi,

- provi pre-kliniċi u kliniċi;

- provi li jagħmlu stima tar-riskji potenzali tal-prodotti mediċinali għall-ambjent. Dan l-impatt għandu jiġi studjat u kunsiderazzjoni għandha tingħata każ b'każ tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jfittxu li jillimitawh.

(k) deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-ħarsien farmakoloġiku u, meta approprjat, is-sistema tar-riskju ta' l-amministrazzjoni li se juża l-applikant;

(l) sommarju skond l-Artikolu 14 tal-karatteristiċi tal-prodott, prova ta' l-ippakkjar immedjat u l-ippakkjar ta' barra tal-prodott mediċinali veterinarji, flimkien mal-fuljett ta' l-ippakkjar, skond Artikoli 58 sa 61;

(m) dokument li juri li l-fabbrikant huwa awtorizzat jipproduċi prodotti mediċinali veterinarji fil-pajjiż proprju;

(n) kopji ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing miksuba fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz għall-prodott mediċinali veterinarju rilevanti, flimkien ma' lista ta' dwak l-Istati Membri fejn l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing mogħtija skond din id-Direttiva hija in eżami. Kopji tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott offruti mill-applikant skond l-Artikolu 14 jew approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru skond l-Artikolu 25 u kopji ta' l-inserzjoni ta' l-ippakkjar kif offrut, dettalji ta' xi deċiżjoni biex tiġi rifjutata l-awtorizzazzjoni, kemm fil-Komunità jew pajjiż terz u r-raġuni għal dik id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni kollha għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari;

(o) prova li l-applikant għandu s-servizzi ta' persuna kwalifikata responsabbli għall-ħarsien farmakoloġiku u għandu l-mezzi neċessarji biex javża dwar kull reazzjoni avversa suspetta li tiġri jew fil-Komunità jew f'pajjiż terz;

(p) fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal speċi waħda jew iżjed li jipproduċu l-ikel u li jkun fihom sustanzi farmakoloġiċi attivi mhux inklużi, għall-ispeċi in-kwistjoni, fl-Anness I, II jew III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, dokument li jiċċertifika li ġiet mogħtija applikazzjoni valida biex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tar-residwi lill-Aġenziji skond ir-Regolament msemmi qabel.

Id-dokumenti u l-partikolari dwar ir-riżultati tal-provi msemmija f'punt (j) ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu akkumpanjati b'sommarji dettaljati u kritiċi,, magħmula kif speċifikat fl-Artikolu 15.

Artikolu 13

1. B'deroga minn punt (j) tal-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3), u mingħajr preġudizzju għall-liġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-applikant m'għandhux għalfejn jipprovdi r-rizultati tal-provi tas-sigurezza u tar-residwu jew tal-provi pre-kliniċi u kliniċi jekk ikun jista' juri li l-prodott mediċinali huwa ġeneriku ta' prodott mediċinali b'referenza li huwa jew ġie awtorizzat b'Artikolu 5 għal mhux inqas minn tmien snin fi Stat Membru jew fil-Komunità.

Prodott mediċinali ġeneriku veterinarju awtorizzat skond din id-dispożizzjoni m'għandux jitqiegħed fis-suq qabel ma jgħaddu għaxar snin mill-awtorizzazzjoni inizjali tal-prodotti b'referenza.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta prodott mediċinali b'referenza ma ġiex awtorizzat fl-Istat Membru fejn ingħatat l-applikazzjoni għall-prodott mediċinali ġeneriku. F'dan il-każ, l-applikant għandu jindika fl-applikazzjoni, l-Istat Membru fejn huwa jew kien awtorizzat il-prodott mediċinali b'referenza. Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ingħatat l-applikazzjoni, l-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor għandha tittrasmetti, f'perjodu ta' xahar, konferma li l-prodott mediċinali b'referenza huwa jew kien awtorizzat flimkien mal-komposizzjoni sħiħa tal-prodott b'referenza u jekk meħtieġ dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Madankollu, il-perjodu ta' għaxar snin previst fit-tieni subparagrafu għandu jiġi estiz għal 13 il-sena f'każ ta prodotti medicinali veterinarji għall-ħut jew naħal jew speċi oħra nominati skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 89(2).

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu:

(a) "prodott mediċinali b'referenza"; għandu jfisser prodott awtorizzat fis-sens ta' l-Artikolu 5 skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12;

(b) "prodott mediċinali ġeneriku"; għandu jfisser prodott li għandu l-istess komposizzjoni kwalitattiva u kwatitattiva f'sustanzi attivi u l-istess forma farmaċewtika bħal tal-prodott mediċinali b'referenza, u li l-bio-ekwivalenzi tiegħu mal-prodott mediċinali b'referenza intwerew bi studji tal-bijodisponibbilità xierqa. Melħ differenti, esters, ethers, isomers, taħlita ta' isomers, kumplessi jew derivattivi ta' sustanza attiva għandhom jiġu kunsidrati bħala l-istess sustanza attiva, sakemm m'hemmx differenzi kbar fil-kwalitajiet fejn għandu x'jaqsam is-sigurtà u/jew l-effikaċja. F'dawn il-każi, l-applikant għandu jġib informazzjoni oħra biex juri bi provi s-sigurtà, u/jew l-effikaċja. Il-forom varji farmaċewtiċi orali ta' rilaxx immedjat għandhom jiġu kunsidrati bħala forma farmaċewtika waħda. Studji tal-applikant fuq il-bijodisponibbilità m'humiex meħtieġa jekk jista' juri li l-prodott mediċinali ġeneriku jilqa' l-kriterji rilevanti kif definiti fil-linji dettaljati xierqa.

3. F'każi fejn il-prodott mediċinali veterinarji ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' prodott mediċinali ġeneriku kif mitlub fil-paragrafu 2(b) jew fejn il-bio-ekwivalenzi ma jistgħux jintwerew permezz ta' studji ta' bijodisponibbilità jew fil-każ ta' tibdil lis-sustanza(i) attivi, indikazzjonijiet terapewtiċi, saħħa forma farmaċewtika jew minfejn jiġu amministrati rigward il-prodott mediċinali b'referenza, għandhom jiġu provduti r-rizultati xierqa tal-provi ta' sigurtà, residwi, pre-kliniċi jew kliniċi.

4. Fejn prodott bijoloġiku mediċinali veterinarju li huwa simili għall-prodott bijoloġiku mediċinali veterinarju b'referenza ma jilqax il-kondizzjonijiet tad-definizzjoni ta' prodotti mediċinali ġeneriċi, minħabba, differenzi li għandhom x'jaqsmu mal-materja prima jew proċess ta' fabbrikazzjoni tal-prodott bijoloġiku mediċinali veterinarju u tal-prodott bijoloġiku mediċinali veterinarju b'referenza, għandhom jiġu provduti r-rizultati tal-provi pre-kliniċi jew provi kliniċi xierqa dwar dawn il-kondizzjonijiet. It-tip u l-kwantita tad-data supplementari li għandhom jiġu provduti għandhom iħarsu l-kriterji rilevanti msemmija f'Anness 1 u l-linji dettaljati fuq l-istess. Ir-rizultati ta' testijiet u provi oħra mid-dokumenti tal-prodott mediċinali b'referenza m'għandhomx għalfejn ikunu provduti.

5. F'każ ta' prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal speċi waħda jew iżjed li jipproduċu l-ikel u li fihom sustanza attiva ġdida li ma ġietx awtorizzata fil-Komunità sat-30 ta' April 2004 il-perjodu ta' għaxar snin previst fit-tieni subparagrafu ta' paragrafu 1 għandu jiġi estiż b'sena għal kull estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għal speċi oħra li tipproduċi l-ikel, jekk tiġi awtorizzata fi żmien ħames snin wara li tingħata l-awtorizzazzjoni inizjali tal-marketing.

Dan il-perjodu m'għandux, madankollu, jaqbeż totali ta 13 il-sena, għall-awtorizzazzjoni tal-marketing ghal erba' speċi jew iżjed li jipproduċu l-ikel.

L-estensjoni għall-perjodu ta' għaxar snin għal 11, 12, jew 13-il sena għall-prodott mediċinali veterinarju maħsub għal speċi li tipproduċi l-ikel għandha tingħata biss jekk id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing oriġinarjament applika wkoll għad-determinazzjoni tal-livelli massimi ta' residwi stabbiliti għall-ispeċi msemmija fl-awtorizzazzjoni.

6. Testijiet u provi li jsiru bil-għan li jiġu applikati paragrafi 1 sa 5 u l-ħtiġijiet prattiċi li jsegwu wara m'għandhomx jitqiesu kuntrarji għal drittijiet relattati ma' privattivi jew għal ċertifikati ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali.";

7) L-Artikoli li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"Artikolu 13a

1. B'deroga minn punt (j) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3), u mingħajr preġudizzju għall-liġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-applikant mhux meħtieġ jipprovdi r-risultati tal-provi ta' sigurtà, residwu, pre-kliniċi jew kliniċi, jekk ikun jista' juri li s-sustanzi attivi tal-prodott mediċinali veterinarju ġew użati mill-veterinarju b'mod stabbilit fil-Komunità għal mill-inqas għaxar snin, b'effikaċja rikonoxxuta u livell ta' sigurtà aċċettabli skond il-kondizzjonijiet fl-Anness I. F'dak il-każ, l-applikant għandu jipprovdi letteratura xjentifika xierqa.

2. Ir-rapport ta' stima pubblikat mill-Aġenzija wara l-evalwazzjoni biex jiġu stabbiliti livelli massimi ta' residwi skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jista' jiġi użat b'mod xieraq bħala letteratura, speċjalment għall-provi ta' sigurtà.

3. Jekk applikant jagħmel użu minn letteratura xjentifika biex jikseb awtorizzazzjoni għall-speċi li tipproduċi l-ikel, u jressaq studji residwi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 flimkien ma' provi kliniċi oħra, għall-istess prodott mediċinali u bil-għan li jikseb awtorizzazzjoni għall-speċi oħra li tipproduċi l-ikel, terza persuna ma titħalliex tuża dawn l-istudji jew provi skond l-artikolu 13, għal perjodu ta' tlett snin mill-għoti ta' l-awtorizzazzjoni li għaliha twettqu.

Artikolu 13b

Fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji li fihom sustanzi attivi wżati fil-komposizzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati iżda li sal-lum ma ntużawx f'tagħqid għal skopijiet terapewtiċi, r-rizultati tal-provi tas-sigurtà u tar-residwi, jekk huma meħtieġ, u provi ġodda pre-kliniċi jew kliniċi dwar dak it-tagħqid għandhom jingħataw skond punt (j) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3), iżda ma jkunx hemm bżonn li jingħataw referenzi xjentifiċi dwar kull sustanza attiva individwali.

Artikolu 13c

Wara li tingħata l-awtorizzazzjoni tal-marketing, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jista' jħalli li jsir użu mid-dokumentazzjoni farmaċewtika, tas-sigurtà u tar-residwi, pre-kliniċi u kliniċi li jkunu jinsabu fil-fajl għall-prodotti mediċinali veterinarji bil-ħsieb li tiġi eżaminata applikazzjoni għal prodott mediċinali veterinarju li għandha l-istess komposizzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta' sustanzi attivi u l-istess forma farmaċewtika.

Artikolu 13d

B'deroga mill punt (j) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(3), u f'ċirkustanzi eċċezzjonali f'dak li għandhom x'jaqsmu prodotti mediċinali immunoloġiċi veterinarji, l-applikant m'għandux għalfejn jipprovdi r-rizultati tat-testijiet f'ċerti oqsma fuq speċi indikata jekk dawn it-testijiet ma jistgħux isiru għal raġunijiet sostanzjati sewwa, b'mod partikolari minħabba dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità.";

8) Artikolu 14 sa 16 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għandu jkun fih, fl-ordni indikat hawn taħt, l-informazzjoni li ġejja:

1) l-isem tal-prodott mediċinali veterinarji segwit bis-saħħa u l-forma farmaċewtika;

2) il-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fir-rigward ta' sustanzi attivi u l-kostitwenti tal-eċċepjent, li tagħrif dwarhom hu essenzali għall-amministrazzjoni tajba tal-prodott mediċinali. L-isem komuni tas-soltu jew deskrizzjoni kimika għandha tiġi użata;

3) forma farmaċewtika;

4) partikolaritajiet kliniċi:

4.1. speċi indikata,

4.2. indikazzjonijiet ta' l-użu, li jispeċifikaw l-ispeċi indikata,

4.3. kontro-indikazzjonijiet,

4.4. twissijiet speċjali għal kull speċi indikata,

4.5. prekawzjonijiet speċjali għal-użu, inkluż prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li qed tamministra l-prodott mediċinali lill-annimali,

4.6. reazzjonijiet avversi (frekwenza u serjetà),

4.7. użu matul it-tqala, treddiegħ jew serħan,

4.8. interazzjoni ma' prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta' interazzjoni,

4.9. ammonti li għandhom jiġu amministrati u minn fejn jiġu somministrati,

4.10. doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta' emerġenza, antidoti), jekk hu neċessarju,

4.11. perjodu ta l-irtirar għall-ikel varju, inklużi dawk li għalihom il-perjodu ta' l-irtirar huwa żero;

5) propjetajiet farmakoloġiċi:

5.1. proprjetajiet farmakodinamiċi,

5.2. partikolaritajiet farmakokinetiċi;

6) partikolaritajiet farmaċewtiċi:

6.1. lista ta' l-eċċepjenti,

6.2. inkompatibilitajiet maġġuri,

6.3. ħajja ta' l-ixkaffa, meta meħtieġa wara r-rikostituzzjoni tal-prodotti mediċinali jew meta l-ippakkjar immedjat jinfetaħ għall-ewwel darba,

6.4. prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna,

6.5. natura u komposizzjoni ta' l-ippakkjar immedjat,

6.6. prekawzjonijiet speċjali għar-rimi ta' prodotti mediċinali veterinarji mhux użati jew ta' materjal ta' l-iskart li ġej minn dawn il-prodotti, jekk xieraq;

7) detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing;

8) numru(i) ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing;

9) data ta' l-ewwel awtorizzazzjoni jew data ta' meta l-awtorizzazzjoni ġiet mġedda;

10) data tar-revisjoni tal-provi.

Għall-awtorizzazzjonijiert taħt l-Artikolu 13, m'għandhomx għalfejn jiġu inklużi dawk il-partijiet tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott mediċinali b'referenza għall-indikazzjonijiet jew forom tad-doża li kienu għadhom taħt il-protezzjoni tal-liġi dwar il-privattivi fil-mument meta mediċinali ġeneriku ġie mqiegħed fis-suq.

Artikolu 15

1. L-applikanti għandhom jiżguraw li s-sommarji dettaljati u kritiċi msemmija fit-tieni subparagrafu ta' Artikolu 12(3) huma abbozzati u iffirmati minn persuni bil-kwalifiċi tekniċi u professjonali meħtieġa mniżżla f'curriculum vitae qasir, qabel ma' jingħata lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Persuni bil-kwalifiċi tekniċi u professjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġġustifikaw kull użu magħmul mill-letteratura xjentifika msemmija fl-Artikolu 13a(1) skond il-kondizzjonijiet imsemmija f'Anness I.

3. Curriculum vitae qasir tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi anness mas-sommarji dettaljati u kritiċi.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji fabbrikati u mqiegħdha fis-suq fil-Komunità huma reġistrati u awtorizzati skond l-Artikoli 17, 18 u 19, ħlief fejn dawn il-prodotti mediċinali veterinarji diġa għandhom reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni mogħtija lilhom skond leġislazzjoni nazzjonali fil jew qabel il-31 ta' Diċembru 1993. Fil-każ ta' prodotti omeopatiċi registrati skond Artiklu 17, għandhom japplikaw Article 32 u Article 33(1) sa (3).

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura għar-reġistrazzjoni sempliċi ta' prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji msemmija fl-Artikolu 17.

3. B'deroga mill-Artikolu 10, prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji jistgħu jiġu amministrati lill-annimali li ma' jipproduċux ikel taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju.

4. B'deroga mill-Artikolu 11(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jħallu l-amministrazzjoni ta' prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji maħsuba għall-ispeċi li jipproduċu l-ikel u ta' liema kostitwenti attivi jidhru f'Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkontrollaw l-użu ta' prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji reġistrati jew awtorizzati fi Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva għall-użu fuq l-istess speċi.";

9) Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta' residwi ta' sustanzi attivi farmakoloġiċi maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji biss, li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin, jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura ta' reġistrazzjoni speċjali u simplifikata:

(a) huma somministrati b'mod deskritt fil-Pharmacopoeia Ewropea jew, fin-nuqqas, mill-farmakopea użati bħalissa uffiċjalment fi Stati Membri;

(b) l-ebda indikazzjoni terapewtika ma tidher fuq it-tikkettjar tal-prodotti mediċinali veterinarji jew f'xi informazzjoni li għandha x'taqsam miegħu;

(ċ) hemm grad biżżejjed ta' taħlit ma' l-ilma li jiggarantixxi s-sigurtà tal-prodott mediċinali. B'mod partikolari, l-prodott mediċinali m'għandux ikun fih iktar minn parti minn kull 10000 tat-tintura oriġinali.

Jekk jidher ġustifikat fid-dawl ta' xhieda xjentifika ġdida, il-punti (b) u (c) ta' l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(2).

Fil-ħin tar-reġistrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-klassifikazzjoni għat-tqassim tal-prodotti mediċinali.";

(b) paragrafu 3 għandu jiġi mħassar;

10) l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat b'li ġej:

(a) it-tielet inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— fabbrikazzjoni u fajl tal-kontroll għal kull forma farmaċewtika u deskrizzjoni tal-metodu tad-dilwazzjoni u li jżid il-qawwa,";

(b) is-sitt inċiż għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— prova waħda jew iżjed ta' l-ippakkjar ta' barra u l-ippakkjar immedjat tal-prodott mediċinali li għandu jiġi reġistrat,";

(ċ) it-tmien inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

"— il-perjodu ta' irtirar propost flimkien mal-ġustifikazzjoni meħtieġa.";

11) l-Artikolu 19 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 19

1. Prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 17(1) għandhom jiġu awtorizzati skond l-Artikoli 12, 13a, 13b, 13c, 13d u 14.

2. Stat Membru jista' jdaħħal jew iżomm fit-territorju tiegħu regoli speċifiċi għall-provi tas-sigurtà u għall-provi pre-kliniċi u kliniċi ta' prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji maħsuba għall-annimali domestiċi u għall-speċi oħra ta' annimali li ma jippoduċux ikel ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 17(1), skond il-prinċipji u l-karatteristiċi tal-omeopatija użati f'dak l-Istat Membru. F'dan il-każ, l-Istat Membru ikkoncernat għandu javża lill-Kummissjoni tar-regoli speċifiċi fis-seħħ.";

12) Artikoli 21, 22 u 23 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"Artikolu 21

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-proċedura biex tingħata awtorizzazzjoni tal-marketing għal prodott mediċinali veterinarju titwettaw fi żmien massimu ta' 210 ġurnata li tkun ġiet mdħħla applikazzjoni valida.

Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-marketing għall-istess prodotti mediċinali veterinarji f'żewġ Stati Membri jew iżjed, għandhom jiġu mogħtija skond l-Artikolu 31 sa 43.

2. Fejn Stat Membru jinnota li applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-marketing oħra għall-istess prodott mediċinali qed tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru konċernat m'għandux jagħmel stima ta' l-applikazzjoni u għandu javża lill-applikant li għandhom japplikaw l-Artikolu 31 sa 43.

Artikolu 22

Fejn Stat Membru huwa infurmat, skond punt (n) ta' l-Artikolu 12(3), li Stat Membru ieħor awtorizza prodott mediċinali veterinarji li hu suġġett għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni fl-Istat Membru konċernat, dak l-Istat Membru m'għandux jilqa' l-applikazzjoni kemm-il darba ma' ingħatatx skond l-Artikolu 31 sa 43.

Artikolu 23

Biex jeżaminaw l-applikazzjoni mogħtija skond l-artikolu 12 sa 13d, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru:

1) għandhom jaraw li d-dokumentazzjoni mogħtija biex tappoġġja l-applikazzjoni tħares l-Artikoli 12 sa 13d u għandhom jaċċertaw jekk ġewx aderiti il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing;

2) jistgħu jagħtu il-prodott mediċinali, l-materjali tal-bidu u jekk hemm bżonn il-prodotti intermidjarji jew materjali kostitwenti oħra għall-provi minn Laboratorju ta' Kontroll ta' Mediċini Uffiċjali jew laboratorju li l-Istat Membru innomina għal dak il-għan, sabiex jiġi żgurat li l-metodi tal-provi użat mill-fabbrikant u deskritti fid-dokumenti ta' l-applikazzjoni, skond punt (i) ta' l-ewwel l-Artikolu 12(3), huma sodisfaċenti;

3) jistgħu bl-istess mod jaraw li, b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet ma' laboratorju b'referenza nazzjonali jew tal-Komunità, li l-metodu analitiku wżat biex jiġu skoperti residwi ipprezentati mill-applikant għall-iskopijiet tal-Artikolu 12(3)(j), t-tieni inċiż huma sodisfaċenti;

4) jistgħu, meta approprjat, jitolbu lill-applikant biex jipprovdi iktar informazzjoni dwar il-punti msemmi fl-Artikoli 12, 13a, 13b, 13c u 13d. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jieħdu dan il-kors ta' azzjoni, il-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 21 għandhom jiġu sospiżi sakemm tiġi mogħtija d-data ulterjuri meħtieġa. Bl-istess mod, dawn il-limiti taż-żmien għandhom jiġu sospiżi għall-kull perjodu li fih l-applikant jiġi mistoqsi biex jipprovdi spjegazzjoni orali jew bil-miktub.";

13) l-Artikolu 25 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 25

1. Meta tkun se tingħata awtorizzazzjoni tal-marketing, l-awtoritajiert kompetenti għandhom jinfurmaw lid-detentur bis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott li ġew approvati.

2. L-awtoritajiet lokali kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li informazzjoni dwar prodotti mediċinali veterinarji, u b'mod partikolari t-tikkettjar u l-fuljett tal-pakkett, huwa konformi mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott approvat meta ingħatat l-awtorizzazzjoni tal-marketing jew wara.

3. L-awtorità lokali kompetenti għandha tqiegħed l-awtorizzazzjoni tal-marketing għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr dewmien, flimkien ma' sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal kull prodott mediċinali veterinarji li hi awtorizzat.

4. L-awtorità lokali kompetenti għandha tagħmel rapport ta' stima u kummenti fuq il-fajl fuq ir-rizultati tal-provi farmaċewtiċi, ta' sigurtà u residwi u fuq il-provi pre-kliniċi u kliniċi tal-prodott mediċinali veterinarji konċernat. Ir-rapport ta' stima għandu jiġi aġġornat kulmeta informazzjoni ġdida tiġi għad-dispożizzjoni u li hija ta' importanza għall-evalwazzjoni tal-kwalità, sigurtà u effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju konċernat.

L-awtorità lokali kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tagħmel ir-rapport ta' stima u r-raġunijiet tagħha għall-opinjoni li titpogga għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, wara li tħassar kull informazzjoni ta' natura kummerċjali kunfidenzali.";

14) Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-awtorizzazzjoni tal-marketing tista' titlob lid-detentur fuq l-ippakkjar immedjat u/jew it-tgeżwir ta' barra u l-fuljett tal-ippakkjar, fejn dan ta' l-aħħar hu meħtieġ, informazzjoni oħra għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa, inkluż xi prekawzjonijiet speċjali dwar l-użu u twissijiet oħra li jirriżultaw minn provi kliniċi u farmakoloġiċi mitluba fl-Artikolu 12(3)(j) u fl-Artikolu 13 sa 13d jew mill-esperjenza miksuba waqt l-użu tal-prodott mediċinali veterinarji meta jitqiegħed fis-suq."

(b) paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

(ċ) paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, u wara konsultazzjonijiet ma' l-applikant, l-awtorizzazzjoni tista' tingħata bla ħsara għall-ħtieġa għall-applikant li jdaħħal proċeduri speċifiċi, b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju, avviż lill-awtoritajiet kompetenti ta' xi inċident bl-użu tiegħu, u l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jingħataw biss għal raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu verifikati. It-tkomplija ta' l-awtorizzazzjoni għandha tiġi marbuta ma' l-istima ġdida ta' kull sena ta' dawn il-kondizzjonijiet.";

15) Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"2. L-awtorità kompetenti tista' titlob lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing sabiex jipprovdi kwantitajiet suffiċjenti tas-sustanzi biex tkun tista' tagħmel kontrolli fuq l-identifikazzjoni tal-prezenza ta' residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji in-kwistjoni.

Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jipprovdi l-ħila tiegħu biex iħaffef l-implimentazzjoni tal-metodu analitiku għall-iskoperta ta' residwi fil-prodotti mediċinali veterinarji fil-laboratorju ta' referenza nazzjonali nominat bid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 fuq mizuri biex jiġu kontrollati ċerti sustanzi u residwi f'annimali ħajjin u fi prodotti ta' l-annimali [12].

3. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jipprovdi immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti b'kull informazzjoni ġdida li tista' twassal għall-emendi tal-partikolari jew tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 12(3), 13, 13a, 13b u 14 jew fl-Anness I.

B'mod partikolari, hu għandu javża lill-awtorità kompetenti b'kull projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-awtoritajiet kompetenti ta' xi pajjiż fejn il-prodott mediċinali veterinarju huwa mqiegħed fis-suq u ta' kull informazzjoni ġdida li tista' tinfluwenza l-istima tal-benefiċċji u tar-riskji tal-prodott mediċinali veterinarju konċernat.

Biex tħalli stima kontinwa tal-bilanċ bejn ir-riskju u l-benefiċċju, l-awtorità lokali kompetenti tista' titlob fi kwalunkwe ħin lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing biex jipprovdi data li turi li l-bilanċ bejn ir-riskju u l-benefiċċju għadu favorevoli";

(b) paragrafu 4 għandu jiġi mħassar;

(ċ) paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"5. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti, bil-ħsieb ta' l-awtorizzazzjoni, ta' kull tibdil li jipproponi li jagħmel lill-partikolari jew lid-dokumenti msemmija fl-Artikoli 12 sa 13d.";

16) l-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjuda:

"Artikolu 27a

Wara li tingħata awtorizzazzjoni tal-marketing, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru awtorizzanti bid-data ta' meta l-prodott mediċinali veterinarju tqiegħed attwalment fis-suq f'dak l-Istat Membru, meta jittieħed kont tal-prezentazzjonijiet varji awtorizzati.

Id-detentur għandu wkoll javża lill-awtorità lokali kompetenti jekk il-prodott ma jibqax jitqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, jew temporanjament jew b'mod permanenti. Dan l-avviż għandu isir, ħlief f'każi eċċezzjonali, mhux inqas minn xahrejn qabel ma l-prodott ma jibqax jitqiegħed fis-suq.

Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, partikolarment fil-kuntest tal-ħarsien farmakoloġiku, d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti bid-data kollha dwar il-volumi tal-bejgħ tal-prodott mediċinali veterinarju, u kull data fil-pussess tiegħu dwar il-volum tar-riċetti.";

17) Artikolu 28 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 28

1. Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 4 u 5, awtorizzazzjoni tal-marketing għandha tkun valida għal ħames snin.

2. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi mġedda kull ħames snin fuq il-bażi ta' rivalwazzjoni tal-bilanċ tar-riskju u l-benefiċċju.

Għal dan il-għan, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jagħti lista konsolidata tad-dokumenti kollha dwar kwalità, sigurtà u effikaċja, inkluż il-varjazzjonijiet kollha mdaħħla minn meta ingħatat, mill-inqas sitt xhur qabel spiċċat il-validità ta' l-awtorizzazzjoni skond paragrafu 1. L-awtorità kompetenti tista' titlob f'kull ħin lill-applikant biex jagħti l-lista tad-dokumenti.

3. Meta tiġi mġedda, l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandha tkun valida għal perjodu limitat, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu, minħabba raġunijiet ġustifikati relattati mal-ħarsien farmakoloġiku, li tiġi mġedda permezz ta' perjodi addizzjonali ta' ħames snin skond paragrafu 2.

4. Kull awtorizzazzjoni ta' prodott mediċinali veterinarji li fi żmien tlett snin ma titqiegħedx fis-suq fl-Istat Membru li awtorizzaha ma tibqax valida.

5. Meta prodott mediċinali veterinarju awtorizzat li qabel kien imqiegħed fis-suq ta' l-Istat Membru ma jibqax fil-fatt preżenti fis-suq ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' tlett snin konsekuttivi, l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dak il-prodott mediċinali veterinarju ma tibqax valida.

6. L-awtorità lokali kompetenti tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, u għal raġunijiet ta' saħħet il-bniedem jew ta' l-annimal, tagħti eżenzjonijiet minn paragrafi 4 u 5. Dawn l-eżenzjonijiet ghandhom ikunu ġustifikati.";

18) Artikolu 30 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 30

L-awtorizzazzjoni ghall-marketing għandha tiġi rifjutata jekk il-fajl mogħti lill-awtoritajiet kompetenti ma jħarisx l-Artikolu 12 sa 13d u Artikolu 15.

L-awtorizzazzjoni tiġi rifjutata wkoll jekk, wara l-eżaminazzjoni tad-dokumenti u l-partikolari msemmija fl-Artikolu 12 u 13(1), huwa ċar li:

(a) il-bilanċ bejn ir-riskju u l-benefiċċju tal-prodott mediċinali veterinarji huwa, bil-kondizzjonijiet awtorizzati tal-użu, mhux favorevoli; meta l-applikazzjoni hija dwar prodott mediċinali veterinarju għall-użu zootekniku, attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-benefiċċji għas-saħħa, l-istat tajjeb ta' l-annimali u lis-sigurtà tal-konsumatur; jew

(b) il-prodott ma' għandu l-ebda effett terapewtiku jew l-applikant ma ipprovdiex provi suffiċjenti ta' dan l-effett fuq l-ispeċi ta' annimal li sejjer jiġi ikkurat; jew

(ċ) il-komposizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva m'hiex kif dikjarata; jew

(d) il-perjodu ta' irtirar rakommandat mill-applikant m'huwiex twil biżżejjed biex jiżgura li l-ikel miksub mill-annimal ikkurat ma fihx residwi li jistgħu jikkawżaw periklu għas-saħħa għall-konsumatur, jew li mhux sostanzjat biżżejjed; jew

(e) it-tikkettjar jew il-fuljett ta' l-ippakkjar propost mill-applikant ma jħarisx din id-Direttiva; jew

(f) il-prodott mediċinali veterinarji huwa offrut għall-bejgħ għal użu projbit taħt dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità.

Madankollu, meta qafas leġislattiv tal-Komunità qed jiġi adottat, l-awtorità lokali kompetenti tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal prodott mediċinali veterinarji fejn din l-azzjoni hija neċessarja għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tal-konsumatur jew ta' l-annimal.

L-applikant jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jkun responsabbli li d-dokumenti u d-data mogħtija saru bla żbalji.";

19) It-titolu ta' Kapitolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"KAPITOLU 4

Proċedura ta' rikonoxximent reċiproku u proċedura ta' deċentralizzazzjoni"

;

20) Artikoli 31 sa 37 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"Artikolu 31

1. Grupp ta' kordinazzjoni għandu jiġi mwaqqaf biex jeżamina kull kwistjoni dwar l-awtorizzazzjoni tal-marketing ghal prodott mediċinali veterinarju f'żewġ Stati Membri jew iżjed skond il-proċeduri stabbiliti f'dan il-Kapitolu. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat ta' dan il-grupp ta' kordinazzjoni.

2. Il-grupp ta' kordinazzjoni għandu jkun magħmul minn rapprezentant għall-kull Stat Membru maħtur għall-perjodu li jista' jiġġedded sa' tlett snin. Membri tal-grupp jistgħu jirranġaw biex ikunu akkumpanjati minn esperti.

3. Il-grupp ta' kordinazzjoni għandu jagħmel ir-regoli proprji ta' proċedura, li għandhom jidħlu fis-seħħ wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandom isiru pubbliċi.

Artikolu 32

1. Bil-għan li tingħata awtorizzazzjoni ta' marketing għal-prodott mediċinali veterinarju f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-applikant għandu jissottometti applikazzjoni bażata fuq dokument identiku f'dawk l-Istati Membri. Id-dokument għandu jkun fih l-informazzjoni amministrattiva kollha u d-dokumentazzjoni xjentifika u teknika msemmija fl-Artikoli 12 sa 14. Id-dokumenti mogħtija għandhom jinkludu lista ta' Stati Membri interessati bl-applikazzjoni.

L-applikant għandu jitlob lil Stat Membru wieħed biex jagixxi ta' Stat Membru ta' referenza u biex jipprepara rapport ta' stima dwar il-prodott mediċinali veterinarju skond paragrafi 2 u 3.

Meta xieraq, ir-rapport ta' stima għandu jkun fih evalwazzjoni għall-iskop ta' l-Artikolu 13(5) jew l-Artikolu 13a(3).

2. Jekk il-prodott mediċinali veterinarju diġa għandu fil-ħin ta' l-applikazzjoni, l-Istati Membri interessati għandhom jirrikonoxxu l-awtorizzazzjoni tal-marketing mogħtija mill-Istat Membru ta' referenza. Għal dan il-għan, id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jitlob lill-Istat Membru jew biex jipprepara rapport ta' stima dwar il-prodott mediċinali veterinarju jew, jekk meħtieġ, biex jaġġorna kull rapport ta' stima eżistenti. L-Istat Membru ta' referenza għandu jipprepara jew jaġġorna r-rapport ta' stima fi żmien 90 ġurnata minn meta jirċievi applikazzjoni valida. Ir-rapport ta' stima flimkien mas-sommarju approvat tal-karatteristiċi tal-prodott, it-tikkettjar u l-fuljett ta' l-ippakkjar għandu jintbgħat lill-Istati Membri konċernati u lill-applikant.

3. Jekk il-prodott mediċinali veterinarju jkun għadu ma rċeviex l-awtorizzazzjoni fil-mument ta' l-applikazzjoni, l-applikant għandu jitlob lill-Istat Membru referenza biex jipprepara abbozz ta' stima u abbozzi tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, it-tikkettjar u l-fuljett ta' l-ippakkjar. L-Istat Membru ta' referenza għandu jipprepara dwan l-abbozzi fi żmien 120 ġurnata minn meta ġiet riċevuta applikazzjoni valida u għandu jibgħathom lill-Istati Membri konċernati u lill-applikant.

4. Fi żmien 90 ġurnata minn meta jiġu rċevuti d-dokumenti msemmija f'paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri konċernati għandhom japprovaw ir-rapport ta' stima, s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, it-tikkettjar u l-fuljett ta' l-ippakkjar u javżaw lill-Istat Membru ta' referenza dwar dan. L-Istat Membru ta' referenza ghandu jirregistra l-ftehim ta' l-entitajiet imsiehba kollha, jikkonkludi l-procedura u jinforma lill-applikant b'dak li sehh.

5. Kull Stat Membru fejn ingħatat applikazzjoni skond paragrafu 1 għandu jadotta deċiżjoni skond rapport ta' stima approvat, sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, it-tikkettjar u l-fuljett ta' l-ippakkjar fi żmien 30 ġurnata wara r-rikonoxximent tal-ftehim.

Artikolu 33

1. Jekk Stat Membru ma jistax, fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 32(4), jaqbel mar-rapport ta' stima, mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, ma' l-ittikkettjar u mal-fuljett ta' l-ippakkjar fuq il-bażi li dawn jistgħu jkunu ta' riskju serju possibbli gal saħħet il-bniedem, l-annimal jew l-ambjent, rapport dettaljat għandu jingħata lill-Istat Membru ta' referenza, lill-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat u lill-applikant. Il-punti li ma jsirx qbil fuqhom għandhom jiġu riferuti mingħajr dewmien lill-grupp ta' kordinazzjoni.

Jekk Stat Membru li lilu ġiet mogħtija applikazzjoni jinvoka r-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 71(1), m'ghandux jitqies iżjed bħala Stat Membru konċernat b'dan il-Kapitolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji li jiddefinixxu riskju serju possibbli ghal saħħet il-bniedem jew l-annimal jew għall-ambjent.

3. L-Istati Membri kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-almu kollu tagħhom fil-grupp ta' kordinazzjoni, biex jintlaħaq ftehim fuq l-azzjoni li għandha tittieħed. Huma għandhom jagħtu lill-applikant l-opportunità li jagħmel il-punt tiegħu magħruf verbalment jew bil-miktub. Jekk, fi żmien 60 ġurnata minn meta jiġu komunikati lill-grupp ta' kordinazzjoni r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil, l-Istati Membri jaslu fi ftehim, l-Istat Membru ta' referenza għandu jirreġistra l-qbil, jagħlaq il-proċeduri u javża lill-applikant. L-Artikolu 32(5) għandu japplika.

4. Jekk f'perjodu ta' sittin ġurnata l-Istati Membri ma jilħqux ftehim, l-Aġenzija għandha tiġi avżata mill-ewwel bil-għan li tiġi applikata l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36, 37 u 38. L-Aġenzija għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-materji li fuqhom ma setax jintlaħaq qbil u r-raġunijiet tan-nuqqas ta' qbil. L-applikant għandu jingħata kopja ta' din l-informazzjoni.

5. Hekk kif l-applikant jiġi infurmat li l-materja għaddiet għand l-Aġenzija, hu għandu mill-ewwel jgħaddi lill-Aġenzija kopja ta' l-informazzjoni u tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 32(1).

6. Fil-każ msemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri li approvaw ir-rapport ta' stima, sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott, it-tikkettjar u l-fuljett tal-pakkett ta' l-Istat Membru ta' referenza jistgħu, fuq talba tal-applikant, jagħtu l-awtorizzazzjoni ta' marketing għall-prodott mediċinali veterinarju mingħajr ma jistennew għar-riżultat tal-proċedura stabbilita f'Artikolu 36. F'dak il-każ, l-awtorizzazzjoni mogħtija għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-riżultat tal-proċedura.

Artikolu 34

1. Jekk żewġ applikazzjonijiet jew iżjed mogħtija skond l-Artikolu 12 sa 14 saru għall-prodott mediċinali veterinarju partikolari u l-Istati Membri adottaw deċiżjonijiet differenti dwar l-awtorizzazzjoni ta' dak il-prodott mediċinali veterinarji, jew sospensjoni jew revoka ta' l-awtorizzazzjoni, Stat Membru, jew il-Kummissjoni, jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jistgħu jirreferu l-materja lill-Kumitat dwar Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ"; il-Kumitat', għall-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36, 37 u 38.

2. Bil-għan li tiġi mħeġġa l-armonizzazzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati fil-Komunità, u li tissaħħaħ l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 11, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-grupp ta' kordinazzjoni, mhux aktar tard mit-30 ta' April 2005, lista ta' prodotti mediċinali veterinarji li għalihom sommarju armonizzat tal-karatteristiċi tal-prodott għandu jiġi preparat.

Il-grupp ta' kordinazzjoni għandu jaqbel fuq lista ta' prodotti mediċinali, fuq il-bażi ta' proposti mibgħuta mill-Istati Membri, u għandu jgħaddu din il-lista lill-Kummissjoni.

Il-prodotti mediċinali fuq il-lista għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 skond il-kalendarju stabbilit b'kollaborazzjoni ma' l-Aġenzija.

Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni ma' l-Aġenzija, u waqt li tieħu l-opinjoni tal-partijiet interessati kollha, għandħa taqbel fuq il-lista finali u l-kalendarju.

Artikolu 35

1. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni jew l-applikant jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandhom, f'każi speċifiċi fejn huma mdaħħla l-interessi tal-Komunità, jirreferu l-materja lill-Kumitat għall-applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 36, 37 u 38 qabel tittieħed deċisjoni fuq talba għall-awtorizzazzjoni ta' marketing jew fuq sospensjoni jew irtirar ta' awtorizzazzjoni, jew fuq xi varjazzjoni oħra dwar il-kondizzjoniiet ta' l-awtorizzazzjoni li jidhru neċessarji, biex jittieħed kont b'mod partikolari ta' l-informazzjoni miġbura skond Titolu VII.

l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jindikaw b'mod ċar id-domanda li ġiet riferuta lill-Kumitat għall-kunsiderazzjoni u għandhom jinfurmaw lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing.

L-Istati Membri u l-applikant jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandhom jgħaddu lill-Kumitat l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom dwar il-materja in-kwistjoni.

2. Fejn r-referenza lill-Kumitat titratta numru ta' prodotti mediċinali jew klassi terapewtika, l-Aġenzija tista' tillimita l-proċedura għall-partijit speċifiċi ta' l-awtorizzazzjoni.

F'dak il-każ, l-Artikolu 39 għandu jgħodd għal dawk il-prodotti mediċinali biss jekk huma jaqgħu taħt il-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni msemmija f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 36

1. Meta ssir referenza għall-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-Kumitat għandu jikkunsidra l-materja konċernata u għandu joħroġ opinjoni raġunata fi żmien 60 ġurnata mid-data li fiha ġiet referuta l-materja.

Madankollu, f'każi mogħtija lill-Kumitat skond l-Artikolu 34 u 35, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-Kumitat għall-perjodu itwal sa 90 ġurnata, meta jittieħed kont ta' kif jaħsbuha d-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing konċernati.

F'emerġenza, u fuq proposta mill-President, il-Kumitat jista' jaqbel ma' terminu perentorju iqsar.

2. Biex tiġi kunsidrata l-materja, l-Kumitat għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu biex ikun rapporteur. Il-Kumitat jista' jaħtar esperti indipendenti biex jagħtuh pariri fuq mistoqsijiet speċifiċi. Meta l-Kumitat ikun qed jahtar dawn l-esperti, huwa għandu jiddefinixxi l-kompiti tagħhom u l-ħin massimu għat-tkomplija ta' dawn il-kompiti.

3. Qabel joħroġ l-opinjoni tiegħu, l-Kumitat għandu jagħti lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing opportunita biex jippreżenta spjegazzjoni bil-miktub jew orali fiż-żmien li l-Kumitat jispeċifika.

L-opinjoni tal-Kumitat għandha tinkludi l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-Prodott u l-abbozzi ta' l-ittikkettjar u tal-fuljett tal-pakkett.

Jekk jikkunsidra xieraq, il-Kumitat jista' jistieden persuni oħra biex jagħtu informazzjoni dwar il-materja li hemm quddiemu.

Il-Kumitat jista' jissosspendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 biex jagħti ċans lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing biex jipprepara l-ispjegazzjonijiet.

4. L-Aġenzija għandha tavża lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing mill-ewwel meta l-opinjoni tal-Kumitat hija li:

- l-applikazzjoni ma tissodisfax il-kriterji għall-awtorizzazzjoni, jew

- is-sommarju tal-karatteristiċi proposti mill-applikant jew mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing skond l-Artikolu 14 għandhom jiġu emendati, jew

- l-awtorizzazzjoni għandha tingħata bla ħsara għall-kondizzjonijiet, fir-rigward ta' kondizzjonijiet ikkunsidrati essenzjali għall-użu sigur u effettiv tal-prodott mediċinali veterinarju inkluż il-ħarsien farmakoloġiku, jew

- awtorizzazzjoni tal-marketing għandha tiġi sospiża, mibdula jew irtirata.

Fi żmien 15 il-ġurnata minn meta jirċievi l-aplikazzjoni, l-applikant jew id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jista' jinnotifika lill-Aġenzija bil-miktub bl-intenzjoni tiegħu li jitlob li l-opinjoni terġa tiġi eżaminata. F'dak il-każ, għandu jgħaddi lill-Aġenzija r-raġunijiet dettaljati għat-talba fi żmien 60 ġurnata minn meta jirċievi l-opinjoni.

Fi żmien 60 ġurnata wara li jirċievu r-raġunijiet għat-talba, il-Kumitat għandu jerġa jeżamina l-opinjoni tiegħu skond ir-raba subparagrafu ta' Artikolu 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Ir-ragunijiet ghall-konkluzjoni li tintlahaq ghandhom ikunu mehmuza mar-rapport ta' evalwazzjoni li ssir referenza ghalih f'paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

5. Fi żmien 15 il-ġurnata mill-adozzjoni, l-Aġenzija għandha tgħaddi l-opinjoni finali tal-Kumitat lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing, flimkien ma' rapport li jispjega l-istima tal-prodott mediċinali veterinarju u r-raġunijiet għall-konklużjoni.

Fil-każ ta' opinjoni favur l-għotja jew iż-żamma ta' awtorizzazzjoni tal-marketing, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu annessi ma' l-opinjoni:

(a) abbozz sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti, msemmija fl-Artikolu 14; fejn mehtieg dan għandu jirrefletti d-differenzi fil-kondizzjonijiet veterinarji fl-Istati Membri;

(b) kull kondizzjoni li tolqot lill-awtorizzazzjoni fis-sens ta' paragrafu 4;

(ċ) dettalji ta' xi kondizzjonijiet irrakmandati jew restrizzjonijiet fuq l-użu sigur jew effettiv tal-prodott mediċinali veterinarju; u

(d) abbozz dwar l-ittikkettjar u l-fuljett ta' l-ippakkjar.

Artikolu 37

Fi żmien 15 il-ġurnata minn meta tirċievi l-opinjoni, l-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz tad-deċiżjoni li għandha tittieħed dwar l-applikazzjoni, filwaqt li tieħu kont tal-liġi tal-Komunità.

F'każ ta' abbozz ta' deċiżjoni li tipprevedi l-għotja ta' awtorizzazzjoni tal-marketing, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 36(5) għandhom jiġu annessi.

Jekk, b'mod eċċezzjonali, l-abbozz ta' deċiżjoni m'huwiex skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija, l-Kummisjoni għandha wkoll tehmez spjegazzjoni dettaljata bir-raġunijiet ghad-differenzi.

L-abbozz tad-deċiżjoni għandu jintbgħat lill-Istati Membri u lill-applikant jew lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing.";

21) l-Artikolu 38 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Il-Kummissjoni għandha tieħu deciżjoni finali skond, u fi żmien 15 il-ġurnata wara, l-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(3).";

(b) Fil-paragrafu 2, it-tieni u t-tielet inċiżi għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"— L-Istati Membri għandhom 22 ġurnata biex jgħaddu l-osservazzjonijiet bil-miktub dwar id-deċiżjoni abbozzata lill-Kummissjoni. Madankollu, jekk deċiżjoni trid tittieħed malajr, il-President jista' jiffissa perjodu iqsar skond il-grad ta' urġenza involuta. Dan il-perjodu ma' għandux, għajr f'każi eċċezjonali, ikun iqsar minn 5 t‘ijiem,

— L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jitolbu bil-miktub li l-abbozz tad-deċiżjoni tiġi diskussa f'laqgħa plenarja tal-Kumitat Permanenti.";

(ċ) paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha u komunikaata lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jew l-applikant għall-informazzjoni. L-Istati Membri konċernati u l-Istat Membru ta' referenza għandhom jagħtu jew jirtiraw awtorizzazzjoni tal-marketing, jew ivarjaw il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing skond il-bżonn biex iħarsu d-deċiżjoni fi żmien 30 ġurnata minn meta tiġi notifikata u għandhom jirreferu għaliha. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.";

22) f'Artikolu 39, it-tielet subparagrafu ta' paragrafu 1 għandu jiġi mħassar;

23) f'Artikolu 42, paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Mill-inqas kull għaxar snin il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport fuq l-esperjenza miksuba fuq il-bażi tal-proċeduri previsti f'dan il-kapitlu u għandha tipproponi emendi neċessarji biex ittejjeb il-proċeduri. Il-Kummissjoni għandha tagħti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.";

24) Artikolu 43 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 43

Artikolu 33(4), (5) u (6) u 34 sa 38 m'għandhomx japplikaw għall-prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji msejħa fl-Artikolu 17.

Artikolu 32 sa 38 m'għandhomx japplikaw għall-prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji msemmija l-Artikolu 19(2).";

25) f'Artikolu 44, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

"4. L-Istat Membru għandu jgħaddi lill-Aġenzija kopja ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-fabbrikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha ddaħħal dik l-informazzjoni fid-database tal-Komunità msemmija f'Artikolu 80(6).";

26) fl-Artikolu 50, punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(f) iħares mal-prinċipji u mal-linji dwar prattika ta' fabbrikazzjoni tajba għall-prodotti mediċinali u juża biss bhala materjal tal-bidu sustanzi attivi li ġew fabbrikati skond il-linji dettaljati dwar prattika ta' fabbrikazzjoni tajba għall-prodotti tal-bidu.";

27) l-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 50a

1. Għall-iskop ta' din id-Direttiva, sustanzi attivi ta' fabbrikazzjoni għall-użu bħala materjal tal-bidu għandhom jinkludu l-fabbrikazzjoni totali jew parzjali jew l-importazzjoni ta' sustanza attiva użata bħala materjal tal-bidu, kif definiti f'Parti 2, Taqsima C ta' Anness 1, u l-proċessi varji tal-qsim, ippakkjar jew prezentazzjoni qabel ma jsir prodott mediċinali veterinarju, inkluż l-ippakkjar jew tikkettjar mill-ġdid, hekk kif isir minn distributur ta' materjal tal-bidu.

2. Kull emenda li tista' tkun meħtieġa biex tadatta d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adattata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(2).";

28) f'Artikolu 51, il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"Il-prinċipji ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba dwar il-produzzjoni ta' sustanzi attivi għall-użu ta' materjal tal-bidu msemmija fl-Artikolu 50(f) għandhom jiġu adottati skond il-linji dettaljati.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tippublika linji fuq il-forma u l-kontenut ta' l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(1), ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 80(3) u fuq il-forma u l-kontenut taċ-ċertifikat tal-prattika ta' fabbrikazzjoni tajba msemmija fl-Artikolu 80(5).";

29) f'Artikolu 53, paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kwalifikata msemmija f'Artikolu 52(1) taderixxi mal-kondizzjonijiet ta' kwalifikazzjoni msemmija f'paragrafi 2 u 3.";

30) f'Artikolu 54, paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Persuna mqabbda, fl-Istat Membru, fl-attivitajiet ta' persuna msemmi fl-Artikolu 52(1) fid-data li fiha d-Direttiva 81/851/KEE daħlet fis-seħħ, mingħajr ma jħares id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 53, għandu jkun eliġibbli biex jibqa' jaħdem f'dawk l-attivitajiet ġol-Komunità.";

31) f'Artikolu 55, paragrafu 1(b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(b) fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin minn pajjiżi terzi, anki jekk fabbrikati fil-Komunità, kull grupp ta' produzzjoni importat li għadda fi Stat Membru minn analiżi kwalitattiva sħiħa, analiżi kwantitattiva ta' mill-inqas is-sustanzi attivi kollha, u l-provi u kontrolli l-oħra kollha bżonnjużi biex jiżguraw il-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji skond il-ħtiġijiet ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing.";

32) Artikolu 58 shall għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Il-kliem tad-daħla għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Ħlief fil-każ ta' prodotti mediċinali msemmija f'Artikolu 17(1), l-awtorità kompetenti għandha tapprova l-ippakkjar immedjat u l-ippakkjar ta' barra ta' prodotti mediċinali veterinarji. L-ippakkjar għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja, li għandha tkun konformi mal-partikolaritajiet u d-dokumenti previsti skond Artikolu 12 sa 13d u s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti, u għandha tidher b'ittri li jinqraw:"

;

(ii) Punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"(a) l-isem tal-prodott mediċinali, segwit bis-saħħa u l-forma farmaċewtika. L-isem komuni għandu jidher jekk il-prodott mediċinali jkun fih sustanza attiva waħda biss u ismu jkun ivvintat;

(b) Prospett tas-sustanzi attivi espressi kwalitattivament u kwantitattivament għal kull unita jew skond il-forma ta' amministrazzjoni għall-volum jew piż partikolari, billi jiġu wżati ismijiet komuni;";

(iii) Punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(e) l-isem jew l-isem tal-kumpannija u l-indirizz permanenti jew il-post reġistrat għall-kummerċ tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing u, meta approprjat, tar-rapprezentant nominat mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing;";

(iv) Punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(f) l-ispeċi ta‘ annimal li għalih il-prodott mediċinali veterinarji hu maħsub; il-metodu u, jekk meħtieġ, minfejn tiġi somministrata. Spazju għandu jiġi provdut għad-doża mitluba li trid tiġi indikata;";

(v) Il-punt (g) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(g) il-perjodu ta' irtirar għal prodotti mediċinali veterinarji li jridu jiġu somministrati lil speċi li jipproduċu l-ikel, għall-ispeċi kollha konċernati u għall-ikel varju konċernat (laħam u interjuri, bajd, ħalib, għasel), inkluż dawk fejn il-perjodu ta' irtirar huwa żero;";

(vi) Punt (j) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(j) prekawzjonijiet speċifiċi dwar r-rimi ta' prodotti mediċinali mhux użati jew skart li ġej minn prodotti mediċinali veterinarji, meta xieraq, kif ukoll referenza għal kull sistema ta' ġbir xierqa fis-seħħ;";

(vii) Punt (l) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(l) il-kliem "Għat-trattament ta' l-annimali biss"; jew, fil-każ ta' prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 67, il-kliem "Għat-trattament ta annimali biss – jiġi mogħti biss skond riċetta tal-veterinarju";.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Fil-każ ta' prodotti mediċinali li ġew mogħtija awtorizzazzjoni tal-marketing b'Regolament (KE) Nru 726/2004, l-Istati Membri jistgħu jħallu jew jitolbu li l-ippakkjar ta' barra jkollu informazzjoni oħra dwar distribuzzjoni, pussess, bejgħ u kull prekawzjoni oħra, sakemm din l-informazzjoni ma tiksirx xi liġi tal-Komunità jew il-kondizzjoniiet ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing, u m'hiex ta tip promozzjonali.

Din l-informazzjoni addizjonali għandha tidher fuq il-kaxxa fejn ikollha bordura blu li tifridha b'mod ċar mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.";

33) Artikolu 59 għandu jiġi emendat b'li ġej:

(a) il-kliem tal-bidu ta' paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. Dwar fjali, l-partikolaritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu ta Artikolu 58(1) għandhom jingħataw fuq il-pakkett ta' barra. Fuq l-ippakkjar immedjat, madankollu, l-partikolaritajiet li ġejjin biss huma bżonnjużi:";

(b) paragrafi 2 u 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Dwar ippakkjar immedjat żgħir li jkun fih doża waħda, ħlief għall-fjali, dwar liema huwa impossibli li tagħti l-partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 58(1), (2) u (3) għandhom jgħoddu biss fuq il-pakkett ta' barra.

3. Il-partikolaritajiet imsemmija fit-tielet u s-sitt inċiżi ta' paragrafu 1 għandhom jidhru fuq l-ippakkjar ta' barra u fuq l-ippakkjar immedjat tal-prodotti mediċinali fil-lingwa jew lingwi tal-pajjiż fejn huma mqiegħdha fis-suq.";

34) Artikolu 60 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 60

Fejn m'hemmx pakkett ta' barra, l-partikolaritajiet kollha li għandhom jidhru fuq dan il-pakkett skond l-artikolu 58 u 59 għandhom jidhru fuq l-ippakkjar immedjat.";

35) Artikolu 61 għandu jinbidel b'dan li ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-inklużjoni ta' fuljett tal-pakkett fl-ippakkjar tal-prodotti mediċinali veterinarji għandha tkun obbligatorja sakemm l-informazzjoni kollha meħtieġa b'dan l-Artikolu ma tistax tingħata fuq l-ippakkjar immedjat u l-ippakkjar ta' barra. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-fuljett tal-pakkett għandu x'jaqsam biss mal-prodott mediċinali veterinarju li huwa inkluż miegħu. Il-fuljett tal-pakkett għandu jkun miktub b'mod li jinftiehem mill-pubbliku ġenerali u fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta l-Istat Membru li fih il-prodott mediċinali jitqiegħed fis-suq.

L-ewwel subparagrafu m'għandux ma jħallix li l-fuljett tal-pakkett jinkiteb f'numru ta' lingwi, sakemm l-informazzjoni mogħtija hija l-istess fil-lingwi kollha.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw tikketti jew fuljetti tal-pakketti għall-prodotti mediċinali veterinarji speċifiċi mill-obbligazzjoni li għandhom jidhru ċerti partikolaritajiet u mill-obbligu li l-fuljett għandu jkun fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih il-prodotti mediċinali tpoggew fis-suq, meta l-prodott huwa intiż li jiġi somministrat minn veterinarju biss.";

(b) paragrafu 2 għandu jiġi emendat b'li ġej:

(i) Il-kliem tal-bidu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japprovaw l-fuljetti tal-pakkett. Il-Fuljetti għandhom mill-inqas ikun fihom l-informazzjoni li ġejja, fl-ordni indikata, li għandha tikkonforma mal-partikolaritajiet u d-dokumenti previsti skond l-artikolu 12 sa 13d u s-sommarju approvat tal-karatteristiċi tal-prodotti:";

(ii) Punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

"(a) l-isem jew l-isem tas-soċjetà u l-indirizz permanenti jew il-post reġistrat għall-kummerċ tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing u, fejn approprjat, tar-rapprezentant tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing;

(b) l-isem tal-prodott mediċinali, segwit bis-saħħa u l-forma farmaċewtika:. L-isem komuni għandu jidher jekk il-prodott mediċinali jkun fih sustanza attiva waħda biss u ismu ivvintat. Fejn il-prodott mediċinali huwa awtorizzat skond il-proċedura provduta f'Artikoli 31 sa 43 taht ismijiet differenti, fl-Istati Membri konċernati, lista ta' l-ismijiet awtorizzati f'kull Stat Membru;";

(ċ) paragrafu 3 għandu jiġi mħassar;

36) l-Artikolu 62 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 62

Fejn id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu m'humiex osservati u avviż formali indirizzat lill-persuna konċernata huwa ineffettiv, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jissospendu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni tal-marketing.";

37) l-Artikolu 64(2) għandu jiġi emendat b'li ġej:

(a) il-kliem ta' introduzzjoni iridu jinbidlu b'dan li ġej:

"2. Minbarra referenza ċara għall-kliem "prodott mediċinali omeopatiku veterinarju mingħajr indikazzjonijiet terapewtiċi indikati";, l-ittikkettjar u, meta approprjat, l-fuljett tal-pakkett għall-prodotti mediċinali omeopatiċi veterinarji msemmija fl-Artikolu 17(1) għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja u l-ebda informazzjoni oħra:";

(b) l-ewwel inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

"— l-isem xjentifiku tal-ħażna jew ħażniet segwit bil-grad ta' dilwazzjoni, Billi jintużaw is-simboli tal-farmakopea użati skond punt (8) tal-Artikolu 1. Jekk il-prodott omeopatiku mediċinali veterinarju huwa magħmul minn mhux iżjed minn ħażna waħda, l-ittikkettjar jista' jsemmi isem ivvintat ma' l-ismijiet xjentifiċi tal-ħażniet,";

38) it-Titolu ta' Titolu VI għandu jinbidel mibdul b'dan li ġej:

"TITOLU VI

PUSSESS, DISTRIBUZZJONI U TQASSIM TA' PRODOTTI VETERINARJI VETERINARJI"

;

39) l-Artikolu 65 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

"3a. Id-detentur ta’ awtorizazzjoni għad-distribuzzjoni għandu jkollu pjan ta’ emerġenza li jiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva ta’ kull operazzjoni meta prodotti jiġu msejħa lura ordnata mill-awtoritajiet kompetenti jew impriża b’koperazzjoni mal-fabbrikant tal-prodott mediċinali in- kwistjoni jew mad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni tal-marketing.";

(b) għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

"5. Kull distributur, li m'huwiex id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni tal-marketing, li jimporta prodott minn Stat Membru ieħor għandu javża lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni tal-marketing u lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih il-prodott ġie importat bl-intenzjoni tiegħu li jimportah. Fil-każ ta’ prodotti li ma ġewx mogħtija awtorizzazzjoni skond Regulation (KE) Nru 726/2004, l-avviż lill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri oħra previsti fil-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.";

40) Artikolu 66 shall għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Il-kliem tal-bidu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Kull persuna li taħt paragrafu 1 titħalla tipprovdi prodotti mediċinali veterinarji għandha tintalab biex iżżomm reġistrazzjoni dettaljata għall-prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jingħataw biss permezz ta' riċetta, bl-informazzjoni li ġejja għandha tiġi reġistrata fuq kull operazzjoni li tidħol jew toħroġ:"

;

(ii) It-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ispezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal perjodu ta' ħames snin.";

(b) paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. L-Istati Membri jistgħu jħallu l-provvista ta' prodotti mediċinali veterinarji fit-territorju tagħhom għall-annimali li jipproduċu l-ikel għal liema riċetta veterinarja hi meħtieġa minn jew taħt is-sorveljanza ta' persuna reġistrata għal dan l-iskop li jagħti garanziji dwar il-kwalifikazzjonijiet, reġistrazzjoni, u rappurtaġġ skond il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-provvista ta' prodotti mediċinali veterinarji għat-trattament orali jew parenterali ta' infezzjonijiet batteroljoġiċi.";

(ċ) paragrafu 4 għandu jiġi mħassar;

41) Artikolu 67 għandu jiġi mibdul kif ġej:

(a) l-ewwel paragrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Il-kliem tal-bidu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għal regoli aktar horox tal-Komunità jew nazzjonali rigward it-tqassim ta' prodotti mediċinali veterinarji u li jservu biex jipproteġu saħħet il-bniedem jew ta' l-annimali, riċetta veterinarja hi meħtieġa għat-tqassim lill-pubbliku tal-prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin:"

;

(ii) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

"(aa) prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Madankollu, L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet minn din il-ħtieġa skond kriterji stabbiliti fl-Artikolu 89(2).

L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew:

(i) sad-data ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni adottata skond l-ewwel subparagrafu: jew

(ii) l-1 ta' Jannar 2007, jekk l-ebda deċiżjoni ma ġiet adottata sal-31 ta' Diċembru 2006;";

(iii) It-tielet inċiż ta' punt (b) għandu jiġi mħassar;

(iv) Punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(d) formola uffiċjali, fis-sens ta' l-Artikolu 3(2)(b), maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.";

(b) it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li, fil-każ ta' prodotti mediċinali li jitqassmu biss b'riċetta, l-kwantità preskritta u mqassma għandha tkun ristretta għall-ammont minimu meħtieġ għat-trattament jew terapija konċernata.

Barra minn hekk, riċetta għandha tkun meħtieġa għall-prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom sustanza attiva li ġiet awtorizzata għall-użu fi prodott mediċinali veterinarji għal inqas minn ħames snin.";

42) l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 69 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien jew gwardjani ta' annimali li jipproduċu l-ikel jistgħu juru prova tax-xiri, pussess u somministrazzjoni ta' prodotti mediċinali veterinarji lil dawn l-annimali għal ħames snin mis-somministrazzjoni, inkluż meta l-annimal jiġi maqtul matul il-perjodu ta' ħames snin.";

43) il-kliem tal-bidu ta' Artikolu 70 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"B'deroga mill-Artikolu 9 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-veterinarji li jagħtu is-servizzi tagħhom fi Stati Membri oħra jistgħu jieħdu magħhom u jissoministraw lill-annimali dożi żgħar ta' prodotti mediċinali veterinarji li ma jaqbżux il-ħtieġa ta' kuljum ħlief għal prodotti mediċinali immunoloġiċi veterinarji li m‘humiex awtorizzati għall-użu fl-Istat Membru fejn huma provduti s-servizzi (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "host member State") dment li jintlaqghu l-kundizzjonijiet li ġejjin:"

;

44) is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 71(1):

"l-Istat Membru jista' wkoll jinvoka d-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu biex iżomm lura awtorizzazzjoni tal-marketing skond il-proċedura deċentralizzata kif prevista f'Artikoli 31 sa 43.";

45) f'Artikolu 72, paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri jistgħu jimponu talbiet speċifiċi fuq veterinarji u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa dwar rapporti ta' reazzjonijiet suspettati serji u mhux mistennija u reazzjonijiet umani avversi.";

46) Artikolu 73 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Biex jiġi żgurat li jittieħdu deċiżjonijiet regolatorji approprjati u armonizzati dwar il-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jamministraw sistema ta' ħarsien farmakoloġiku wara li tiġi kunsidrata informazzjoni miksuba dwar reazzjonijiet suspetti u avversi għal prodotti mediċinali veterinarji f'kondizzjonijiet normali ta' użu. Din is-sistema għandha tiġi użata biex tinġabar informazzjoni utli fil-ħarsien ta' prodotti mediċinali veterinarji, b'referenza partikolari għal reazzjonijiet avversi fl-annimali u l-bnedmin rigward l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji, u biex tiġi studjata din l-informazzjoni b'mod xjentifiku.";

(b) wara t-tieni paragrafu, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni utli miġbura b'din is-sistema tiġi mibgħuta lill-Istati Membri oħra u lill-Aġenzija. Din l-informazzjoni għandha tiġi reġistrata ġo database imsemmija f'punt (k) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament (KE) NRU 726/2004 GU u għandha tkun aċċessibli b'mod permanenti għall-Istati Membri kollha u mingħajr dewmien għall-pubbliku.";

47) għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 73a

L-amministrazzjoni tal-fondi maħsuba għal attivitajiet dwar il-ħarsien farmakoloġiku, t-tħaddim ta' komunikazzjoni ta' networks u l-ħarsien tas-suq għandhom ikunu taħt kontroll permanenti ta' l-awtoritajiet kompetenti biex jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom."

48) Il-kliem tal-bidu tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 74 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Dik il-persuna kwalifikata għandha toqgħod fil-Komunità u tkun responsabbli għal li ġej"

;

49) Artikolu 75 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 75

1. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jżomm reġistri dettaljati tar-reazzjonijiet kollha suspettati bhala avversi li jiġru fil-Komunità jew ġo pajjiż terz.

Salv f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn ir-reazzjonijiet għandhom jiġu trasmessi elettronikament fil-forma ta' rapport skond il-linji msemmija fl-Artikolu 77(1).

2. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jirreġistra r-reazzjonijiet suspettati bhala avversi kollha u r-reazzjonijiet umani avversi bl-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji li huma miġjuba għall-attenzjoni tiegħu, u jirrappurtahom mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident, u mhux iktar tard minn 15 il-jum wara li jkun irċieva din l-informazzjoni.

Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jirreġistra wkoll ir-reazzjonijiet suspetti avversi kollha u r-reazzjonijiet umani avversi bl-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji li hu, b'mod raġjonevoli, għandu jkun jaf bih, u jirrappurtahom bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ġara l-inċident, u mhux iktar tard minn 15 il-jum wara li jkun irċieva din l-informazzjoni.

3. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jiżgura li r-reazzjonijiet avversi suspettati bhala serji u mhux mistennija flimkien ma' reazzjonijiet umani avversi u kull trasmissjoni suspettata permezz ta' xi prodott mediċinali veterinarji ta' aġent infettat li jseħħu fit-territorju ta' pajjiż terz huma rappurtati mingħajr dewmien skond il-linji msemmija fl-Artikolu 77(1), biex b'hekk ikunu għad-dispożizzjoni ta' l-Aġent u ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn il-prodott mediċinali veterinarju hu awtorizzat u mhux iktar minn 15 il-jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni.

4. B'deroga minn paragrafi 2 u 3, fil-każ li prodotti mediċinali veterinarji li huma msemmija fid-Direttiva 87/22/KEE, ibbenefikaw mill-proċeduri ta' awtorizzazzjoni permezz ta' Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva jew huma suġġetti għall-proċeduri previsti f'Artikoli 36, 37 u 38 ta' din id-Direttiva, d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jiżgura iżjed li r-reazzjonijiet suspettuzi, serji u avversi kollha u r-reazzjonijiet umani avversi li jseħħu fil-Komunità huma rappurtati b'tali mod li jkunu aċċessibli għall-Istat Membru ta' referenza jew għall-awtorità kompetenti nominata bħala Stat Membru ta' referenza. L-Istat Membru ta' referenza għandu jġorr ir-responsabbiltà għall-analiżi u s-segwitu ta' kull reazzjoni avversa oħra.

5. Sakemm ma ġewx stabbiliti talbiet oħra bħala kondizzjoni għall-għoti ta' awtorizzazzjoni tal-marketing jew sussegwentement kif indikat fil-linji msemmija fl-Artikolu 77(1), rapporti tar-reazzjonijiet avversi għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti fil-forma ta' rapport perjodiku aġġornat dwar is-sigurtà, immedjatament meta mitlub jew għall-inqas kull sitt xhur wara awtorizzazzjoni sakemm jiġi mqiegħed fis-suq. Rapporti perjodiċi aġġornati dwar is-sigurtà għandhom jingħataw ukoll immedjatament meta jkunu mitluba jew għall-inqas kull sitt xhur waqt l-ewwel sentejn wara li jitqiegħed fis-suq u darba fis-sena fis-sentejn ta' wara. Wara dan, ir-rapporti għandhom jingħataw f'intervalli ta' tlett snin, jew immedjatament meta mitluba.

Ir-rapporti perjodiċi aġġornati dwar is-sigurtà għandhom jinkludu evalwazzjoni xjentifika tal-bilanċ tar-riskju u l-benefiċċju tal-prodott mediċinali veterinarju.

6. Emendi fil-paragrafu 5 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(2) fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba mit-tħaddim tagħha.

7. Wara l-għoti ta' awtorizzazzjoni tal-marketing, id-detentur ta' din l-awtorizzazzjoni jista' jitlob li jiġu emendati l-perjodi msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1084/2003 [13].

8. Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing ma jistax jikkomunika informazzjoni dwar tħassib fuq il-ħarsien farmakoloġiku lill-pubbliku ġenerali dwar il-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati tagħha mingħajr ma tingħata notifikazzjoni minn qabel jew simultanja lill-awtoritajiet kompetenti.

F'kull każ id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jiżgura li din l-informazzjoni tingħata oġġettivament u ma tkunx qarrieqa.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing li jonqos milli jirrilaxxa dwan l-obbligazzjonijiet huwa suġġett għal penali effettivi, proporzjonati u disswasivi.";

50) Artikolu 76(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-Aġenzija, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandha twaqqaf networks ta' proċessar ta' data biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ħarsien farmakoloġiku dwar prodotti mediċinali veterinarji mqiegħda fis-suq tal-Komunità biex iħallu lill-awtoritajiet kompetenti jaqsmu l-informazzjoni fl-istess ħin.";

51) f'Artikolu 77(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Skond dawk il-linji, d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu juża terminoloġija veterinarja medika li sar qbil internazzjonali fuqha għat-trasmissjoni ta' rapporti fuq reazzzjonijiet avversi.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-linji, li għandhom jieħdu kont tax-xogħol fuq l-armonizzazzjoni internazzjonali miksuba fil-qasam tal-ħarsien farmakoloġiku.";

52) Artikolu 78 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2. Jekk azzjoni urġenti ssir meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, l-Istat Membru konċernat jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tal-marketing ta' prodott mediċinali veterinarji, sakemm l-Aġenzija, l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra huma infurmati l-aktar tard fil-ġurnata ta' wara.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Meta l-Aġenzija tiġi infurmata skond paragrafi 1 u 2, hi għandha tagħti l-opinjoni tagħha mill-aktar fis possibli, skond l-urġenza tal-każ.

Fuq il-bażi ta' din l-opinjoni, l-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri kollha fejn il-prodott mediċinali veterinarju jiġi mqiegħed fis-suq biex jieħdu miżuri temporanji immedjatament.

Miżuri finali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 89(3).";

53) Artikolu 80 għandu emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"1. L-awtorità kompetenti ta l-Istat Membru ikkonċernat għandha tiżgura, permezz ta' spezzjonijiet ripetuti u, jekk meħtieġ, spezzjonijiet mhux imħabbra, u meta approprjat, li tistaqsi Laboratorju Uffiċjali ta' Kontroll tal-Mediċini jew laboratorju nominat għal dak l-iskop biex jieħu provi fuq kampjuni, biex jara li l-ħtiġijiet legali dwar prodotti mediċinali veterinarji huma mħarsa.

L-awtorità kompetenti tista' wkoll tagħmel spezzjonijiet mhux imħabbra fil-bini fejn jiġu fabbrikati sustanzi attivi użati bħala materjal tal-bidu għal prodotti mediċinali veterinarji, u fil-bini tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing meta taħseb li hemm raġunijiet biex tissuspetta li mhux qed jiġu mħarsa id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 51. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fuq talba ta' Stat Membru ieħor, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija.

Biex jiġi verifikat li d-data mogħtija biex jinkiseb ċertifikat ta' konformità jħares il-monografiji tal-Farmakopea Ewropej, l-organu ta' standardizzazzjoni f'nomenklaturi u normi ta' kwalità fis-sens tal-Konvenzjoni dwar l-elaborazzjoni ta' Farmakopea Ewropea [14] (Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini) jista' jistaqsi lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija biex jitolbu għal din l-ispezzjoni meta l-materjal tal-bidu konċernat huwa suġġett għall-monografija tal-Farmakopea Ewropea.

L-awtorità lokali kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat tista' tagħmel spezzjonijiet fuq fabbrikazzjoni ta' materjal tal-bidu fuq talba tal-fabbrikant innifsu.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn rapprezentanti awtorizzati ta' l-awtorità kompetenti li ġew mogħtija l-poter biex:

(a) jispezzjonaw stabbilimenti ta' fabbrikazzjoni jew kummerċ u f'xi laboratorju fdat f'idejn id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-fabbrikazzjoni bil-kompitu li jsiru provi ta' kontroll skond Artikolu 24;

(b) jieħdu kampjuni bil-ħsieb li ssir analiżi indipendenti minn Laboratorju Uffiċjali ta' Kontroll tal-Mediċini jew minn laboratorju nominat għal dak l-iskop minn Stat Membru;

(ċ) jeżaminaw kull dokument dwar l-oġġett ta' l-ispezzjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri fid-9 ta' Ottubru 1981 li jirrestrinġu dawn il-poteri dwar id-deskrizzjoni tal-metodu ta' fabbrikazzjoni;

(d) jispezzjonaw il-bini, reġistrazzjonijiet u dokument tad-detenturi ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing jew ta' xi ditta li qed tagħmel l-attivitajiet imsemmija f'Titolu VII, b'mod partikolari f'Artikoli 74 u 75, f'isem tad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing.";

(b) paragraph 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"3. Ir-rapprezentanti awtorizzati ta' l-awtorità kompetenti għandhom jirrappurtaw wara kull spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 dwar jekk il-prinċipji u l-linji ta' fabbrikazzjoni tajba msemmija f'Artikolu 51 jew, meta approprjat, il-ħtiġijiet imsemmija f'Titolu VII, qed jiġu mħarsa. Il-fabbrikant jew detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing spezzjonati għandhom ikunu infurmati bil-kontenut ta' dawn ir-rapporti.";

(ċ) il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"4. Mingħajr preġudizzju għal kull arranġamenti li setgħu ġew konklużi bejn il-Komunità u pajjiż terz, Stat Membru, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu lill-fabbrikant stabbilit ġo pajjiż terz biex jgħaddi minn spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5. Fi żmien 90 ġurnata minn spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandu jinħareġ ċertifikat ta' fabbrikazzjoni tajba lill-fabbrikant jekk l-ispezzjoni tistabbilixxi li l-fabbrikaant in-kwistjoni qed jimxi mal-prinċipji u linji stabbiliti fuq il-prattiċi ta' fabbrikazzjoni tajba kif previst bil-liġi tal-Komunità.

Fil-każ ta' spezzjoni li ssir fuq talba tal-Farmakopea Ewropej, għandu jinħareġ ċertifikat ta' konformità mal-monografu, kif xieraq.

6. L-Istati Membri għandhom idaħħlu ċ-ċertifikati ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba li jagħtu, ġo database Komunitarja immexxija mill-Aġenzija f'isem tal-Komunità.

7. Jekk il-konklużjoni ta' l-ispezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 hija li l-fabbrikant ma' jħarisx il-prinċipji u l-linji ta' prattika ta' fabbrikazzjoni tajba kif previst mil-leġislazzjoni tal-Komunità, l-informazzjoni għandha tidħol fil-bażi tad-data Komunitarja kif imsemmija fil-paragrafu 6.";

54) l-Artikolu 82 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 82

1. Fejn jikkonsidra neċessarju għal-saħħet il-bniedem jew l-annimal, Stat Membru jista' jitlob lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing ta' prodott mediċinali immunoloġiku veterinarju biex jagħti kampjuni ta' gruppi tal-prodott kollu u/jew tal-prodott mediċinali veterinarju għall-kontroll minn Laboratorju Uffiċjali ta' Kontroll tal-Mediċini qabel ma' l-prodott jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni.

2. Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti, d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing għandu jipprovdi mill-ewwel il-kampjuni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mar-rapporti tal-kontroll imsemmija f'Artikolu 81(2).

L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra kollha fejn il-prodott mediċinali veterinarju huwa awtorizzat kif ukoll lid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini bl-intenzjoni tagħha li tikkontrolla grupp jew il-grupp in-kwistjoni.

F'dawn il-każi, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor m'għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1.

3. Wara li jiġu studjati r-rapporti ta' kontroll msemmija fl-Artikolu 81(2), il-laboratorju responsabbli mill-kontroll għandu jirrepeti, fuq il-kampjun provdut, il-provi kollha li saru mill-fabbrikant fuq il-prodott lest, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti murija fid-dokument għall-awtorizzazzjoni tal-marketing.

Il-lista ta' provi li għandhom jiġu ripetuti mil-laboratorju responsabbli għall-kontroll għandu jkun ristrett għall-provi ġustifikati, sakemm l-Istati Membri kollha konċernati, u jekk xieraq id-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini, jaqblu fuq dan.

Għall-prodotti mediċinali immunoloġiċi veterinarji awtorizzati bir-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-lista tal-provi li għandha tiġi ripetuta mil-laboratorju ta' kontroll tista' tonqos biss wara ftehim ma' l-Aġenzija.

4. L-Istati Membri kollha konċernati għandhom jirrikonoxxu r-riżultati tal-prova.

5. Kemm-il darba l-Kummissjoni hi infurmata li perjodu itwal hu meħtieġ biex isiru l-provi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-kontroll jitlesta fi żmien 60 ġurnata minn meta jiġi riċevut il-kampjun.

L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Istati Membri konċernati, lid-Direttorat Ewropew għall-Kwalità tal-Mediċini, lid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing u, jekk xieraq, lill-fabbrikant, bir-riżultati tal-provi fl-istess perjodu ta' żmien.

Jekk awtorità kompetenti tikkonkludi li grupp ta' prodott mediċinali veterinarju m'huwiex konformi mar-rapport ta' kontroll tal-fabbrikant jew l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-awtorizzazzjoni tal-marketing, hi għandha tieħu l-mizuri kolla neċessarji vis-a-vis id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni tal-marketing u l-fabbrikant, meta xieraq, u għandha tinforma b‘dan lill-Istati Membri fejn hu awtorizzat il-prodott mediċinali veterinarju";

55) Artikolu 83 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) il-kliem tal-bidu għandu jinbidel b'dan li ġej b'dan li ġej:

"L-awtoritajiet kompetenti ta‘ l-Istati Membri għandhom jissospendu, jirrevokaw, jirtiraw jew ivarjaw awtorizzazzjoni tal-marketing meta hu ċar li:"

;

(ii) Punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) l-istima tar-riskju/benefiċċji tal-prodott mediċinali veterinarju, skond il-kondizzjonijiet awtorizzati ta l-użu, mhix wahda favorevoli, wara li ttiehdet attenzjoni speċjali ghal benefiċċji tas-saħħa u ghas-sigurta tal-konsumatur u l-istat tajjeb ta' l-annimali, meta l-awtorizzazzjoni tikkoncerna prodott mediċinali veterinarju għal użu żootekniku;";

(iii) it-tieni subparagrafu ta' punt (e) għandu jiġi mħassar;

(iv) Punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(f) taghrif fid-dokumenti ta' applikazzjoni skond Artikolu 12 sa 13d u 27 m'hux korrett;";

(v) Punt (h) għandu jiġi mħassar;

(vi) It-tieni subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Madankollu, meta qafas leġislattiv tal-Komunità qiegħed fil-proċess li jiġi adottat, l-awtorità kompetenti tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal prodott mediċinali veterinarju fejn din l-azzjoni hija neċessarja għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tal-konsumatur u s-saħħa ta l-annimali."

(b) paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) Il-kliem tal-bidu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"l-awtorizzazzjonijiet tal-marketing jistgħu jiġu sospiżi, revokati, rtirati jew varjati meta jiġi stabbilit li:"

(ii) Punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) il-partikolaritajiet li jappoġġaw l-applikazzjoni, kif previst f'Artikoli 12 sa 13d, ma ġewx emendati skond l-Artikolu 27(1) u (5);";

56) f'Artikolu 84, punt (a) ta' paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"(a) huwa ċar li l-istima tar-riskju/benefiċċju tal-prodott mediċinali veterinarju hija, bil-kondizzjonijiet awtorizzati ta'l-użu, mhix favorevoli, meta nghatat attenzjoni speċjali lill-benefiċċji ghas-saħħa u l-gid tal-konsumatur u l-istat tajjeb ta' l-annimali u meta l-awtorizzazzjoni tikkoncerna prodott mediċinali veterinarju għall-użu żootekniku.";

57) f'Artikolu 85, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu reklamar lill-pubbliku ġenerali ta' prodotti mediċinali veterinarji li:

(a) skond Artikolu 67, qegħdin għad-dispożizzjoni b'riċetta tal-veterinarju biss; jew

(b) li jkunu fihom drogi psikotropiċi u narkotiċi, bħal dawk imsemmija fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1961 u 1971.";

58) f'Artikolu 89, paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b'li ġej:

"2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit ta' xahar.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom isiru pubbliċi.";

59) Artikolu 90 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 90

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti konċernati jikkomunikaw l-informazzjoni xierqa lil xulxin, b'mod speċjali dwar konformità mal-ħtiġijiet adottati għall-awtorizzazzjoni msemmija f'Artikolu 44, għaċ-ċertifikati msemmija f'Artikolu 80(5) jew għall-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu prodotti fis-suq.

Fuq talba raġjonevoli, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mill-ewwel ir-rapporti msemmija f'Artikolu 80(3) lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

Il-konklużjonijiet li jsiru wara spezzjoni kif imsemmija f'Artikolu 80(1) magħmula minn spetturi ta' l-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu validi fil-Komunità.

Madankollu, b'eċċezzjoni, jekk Stat Membru ma setax, għal raġunijiet serji marbuta ma saħħet il-bniedem jew l-annimali, jaċċetta l-konklużjonijiet ta' spezzjoni msemmija f'Artikolu 80(1), dak l-Istat Membru għandu mill-ewwel javża lill-Kummisjoni u lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tavża lill-Istati Membri konċernati.

Meta l-Kummisjoni tiġi infurmata b'dawn ir-raġunijiet serji, hi tista', wara li tikkonsulta ma' l-Istati Membri konċernati, tistaqsi lill-ispettur ta' l-awtorita ta' sorveljanza kompetenti biex jagħmel spezzjoni ġdida; l-ispettur jista' jiġi akkumpanjat minn żewġ spetturi oħra minn Stati Membri li m'humiex parti għal dan in nuqqas ta' qbil.";

60) f'Artikolu 94, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Deċiżjonijiet biex tingħata jew biex tiġi revokata awtorizzazzjoni tal-marketing għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.";

61) Artikolu 95 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 95

L-Istati Membri m'għandhomx iħallu ikel għall-konsum uman jittieħed minn fuq annimali li għaddew minn xi prova sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx stabbilit perjodu ta' irtirar xieraq. Il-perjodu ta' irtirar għandu jkun jew:

(a) mill-inqas kif stabbilit fl-Artikolu 11(2), inkluż, meta approprjat, fattur ta' sigurtà li jirrifletti n-natura tas-sustanza li qed tiġi pruvata; jew

(b) jekk il-livelli massimi ta' residwi li ġew stabbiliti mill-Komunità skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90, jiżguraw li dan il-limitu massimu m'għandux jinqabeż fl-ikel.";

62) għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 95a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm sistemi ta' ġbir xierqa għall-prodotti mediċinali veterinarji li mhux jintużaw jew li huma skaduti.

Artikolu 95b

Meta prodott mediċinali veterinarju sejjer jiġi awtorizzat skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u l-Kumitat Xjentifiku huwa ta' l-opinjoni li jirrakkomanda kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-użu sigur u effettiv tal-prodott mediċinali veterinarju kif previst fl-Artikolu 34(4)(d) ta' dak ir-Regolament, deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri għandha tiġi adottata skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 37 u 38 ta' din id-Direttiva, għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet."

Artikolu 2

Il-perjodi ta' protezzjoni previsti f'Artikolu 1, punt 6, li jemenda Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/82/KE, m'għandux japplika għal prodotti mediċinali b'referenza li għalihom tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel id-data tat-transposizzjoni msemmija f'Artikolu 3 l-ewwel paragrafu.

Artikolu 3

L-Istati Membri ghandhom idahhlu fis-sehh il-ligijiet, ir-regolamenti u d-dispozizzjonijiet amministrattivi necessarji biex jimxu ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru ta' l-2005. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan mal-ewwel.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza simili fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva qiegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasbourg, fil-31 ta' Marzu 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 75 E, 26.03.02, p. 234.

[2] ĠU C 61, 14.03.03, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2002 (ĠU C 300 E, tal-11.12.2003, p. 390), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 (ĠU C 297 E, tad-9.12.2003, p. 72), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2003 (għadhom mhux puBblikati fil-Ġurnal Uffiċjali) u Decizjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2004.

[4] ĠU L 311, 28.11.01, p. 1.

[5] ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 1. Regolament imħassar b'Regolament (KE) Nru 726/2004 (ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[6] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

[8] ĠU L 92, 07.04.90, p. 42.

[9] ĠU L 270, ta' l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata b'Regolament (KE) Nru 1756/2002 (ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1).

[10] ĠU L 298, tat-3.12.1993, p. 45. Deċiżjoni Nru kif emendata b'deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE (ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 72).

[11] ĠU L 23, 28.01.00, p. 72.

[12] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10. Direttiva kif emendata b'Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[13] ĠU L 159, 27.06.03, p. 1.

[14] ĠU L 158, 25.06.94, p. 19.

--------------------------------------------------

Top