Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020D0260

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/260 tal-25 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tal-prevenzjoni tal-isplużjonijiet u l-protezzjoni minnhom

C/2020/1067

ĠU L 54, 26.2.2020, pp. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 28/09/2022; Impliċitament imħassar minn 32022D1668

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/260/oj

26.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 54/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/260

tal-25 ta’ Frar 2020

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 fir-rigward tal-prevenzjoni tal-isplużjonijiet u l-protezzjoni minnhom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-prodotti li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jkunu preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.

(2)

Bl-ittra BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92 tat-12 ta’ Diċembru 1994, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) għat-tfassil u għar-reviżjoni tal-istandards armonizzati b’appoġġ tad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita bid-Direttiva 2014/34/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 94/9/KE.

(3)

B’mod partikolari, is-CEN u s-CENELEC intalbu jfasslu standard dwar id-disinn u l-ittestjar ta’ tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi kif indikat fil-Kapitolu I tal-programm ta’ standardizzazzjoni maqbul bejn is-CEN u s-CENELEC u l-Kummissjoni u mehmuża mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92. Is-CEN u s-CENELEC intalbu wkoll jirrevedu l-istandards eżistenti bl-għan li jallinjawhom mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza tad-Direttiva 94/9/KE.

(4)

Abbażi tat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92, is-CEN irreveda l-istandard “EN 1127-1:2011, Atmosferi esplussivi – Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom - il-Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija”. B’riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, is-CEN ippreżenta lill-Kummissjoni l-istandard “EN 1127-1:2019, Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom - il-Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija”.

(5)

Il-Kummissjoni flimkien mas-CENELEC ivvalutat jekk l-istandard “EN IEC 1127-1:2019” imfassal mis-CEN huwiex konformi mat-talba BC/CEN/46-92 – BC/CLC/05-92.

(6)

L-istandard “EN 1127-1:2019” jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/34/UE. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi ppubblikata r-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-istandard “EN 1127-1:2019” jissostitwixxi l-istandard “EN 1127-1:2011”. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenza tal-istandard “EN 1127-1:2011” tiġi rtirata minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandard rivedut, jeħtieġ li l-irtirar tar-referenza tal-istandard “EN 1127-1:2011” jiġi diferit.

(8)

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ tad-Direttiva 2014/34/UE huma ppubblikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 (4). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 ppubblikat biss referenza waħda tal-istandard armonizzat, “EN IEC 60079–0: 2018, Atmosferi esplussivi — Parti 0: Apparat — Rekwiżiti ġenerali (IEC 60079–0: 2017)”, li jikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fid-Direttiva 2014/34/UE mit-12 ta’ Lulju 2019. Ipprovdiet ukoll għall-irtirar tar-referenza tal-istandard preċedenti “EN IEC 60079–0: 2018. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati mfassla b’appoġġ tad-Direttiva 2014/34/UE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenza tal-istandards “EN 1127-1:2019” u “EN 1127-1:2011” jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Annessi li għandhom jiżdiedu ma’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni flimkien mar-referenzi tal-istandards 60079-0:2018 u EN 60079-0:2012 + A11:2013.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1202 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparat u s-sistemi protettivi intiżi għall-użu fl-atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’appoġġ tad-Direttiva 2014/34/UE, elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparat u s-sistemi protettivi intiżi għall-użu fl-atmosferi potenzjalment splussivi mfassla b’appoġġ tad-Direttiva 2014/34/UE, elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan irtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mid-dati stabbiliti f’dak l-Anness.” ;

(2)

L-Annessi I u II huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 309).

(3)  Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1202 tat-12 ta’ Lulju 2019 dwar l-istandards armonizzati għal tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplużivi mfassla b’sostenn għad-Direttiva 2014/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 189, 15.7.2019, p. 71).


ANNESS

“ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN IEC 60079-0:2018, Atmosferi esplussivi — Parti 0: Apparat – Rekwiżiti ġenerali (IEC 60079-0:2017)

2.

EN 1127-1:2019, Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom - Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija

ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

1.

EN 60079-0:2012 + A11:2013, Atmosferi esplussivi — Parti 0: Apparat – Rekwiżiti ġenerali (IEC 60079-0:2011 Modifikat + IS1:2013)

Is-6 ta’ Lulju 2021

2.

EN 1127-1:2011, Atmosferi esplussivi - Prevenzjoni tal-isplużjonijiet u protezzjoni minnhom - Parti 1: Kunċetti bażiċi u metodoloġija

L-1 ta’ Frar 2022


Fuq