Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32018D2024
Council Decision (EU) 2018/2024 of 22 May 2018 on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of the Third Additional Protocol to the Economic Partnership, Political Coordination and Cooperation Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the United Mexican States, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2024 tat-22 ta' Mejju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ST/15380/2017/INIT
ĠU L 325, 20.12.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2024/oj
|
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/2024
tat-22 ta' Mejju 2018
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”), ġie ffirmat fit-8 ta' Diċembru 1997, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2000. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim Globali għandha tiġi miftiehma permezz ta' protokoll għall-Ftehim Globali konkluż bejn il-Kunsill, li jkun qed jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u l-Istati Uniti Messikani. |
|
(3) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti Messikani bil-ħsieb li jiġi konkluż it-Tielet Protokoll Addizzjonali sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-“Protokoll”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess. |
|
(4) |
L-Artikolu 5(3) tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel ma jidħol fis-seħħ. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja f'konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, sa meta jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. KARANIKOLOV