Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009D0151

2009/151/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta' Frar 2009 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1031) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 50, , pp. 45–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validità: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/151(1)/oj

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Frar 2009

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1031)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/151/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi tal-introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tiġbor il-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, inklużi l-ekwini, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam.

(2)

Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tistipula li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jkunu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam.

(3)

Il-Botswana hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u tqassmet f’territorji differenti primarjament skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawn it-territorji huma awtorizzati li jesportaw il-laħam frisk mingħajr għadam u maturat tal-annimali domestiċi bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż domestikati, u ta’ ċerti annimali mhux domestikati miżmuma fl-irziezet u slavaġ (“laħam frisk”) lejn il-Komunità.

(4)

Fl-20 ta’ Ottubru 2008 kienet issospettata tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’razzett fid-distrett ta’ Ghanzi li hu fiż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana. Malli kienet ikkonfermata t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti fil-Botswana ssospendiet l-esportazzjonijiet tal-laħam frisk lejn il-Komunità mill-pajjiż kollu.

(5)

Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità miż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana ma ġiex awtorizzat aktar skont id-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/4/KE (3).

(6)

Meta jitqies li l-awtorità kompetenti fil-Botswana pprovdiet biżżejjed garanziji dwar il-miżuri li ttieħdu biex it-tixrid tal-marda jiġi kkontrollat li kienu effettivi fl-eliminazzjoni tal-infezzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, huwa xieraq li terġa’ tiddaħħal iż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju biex b’hekk jerġgħu jitħallew l-esportazzjonijiet ta’ laħam frisk lejn il-Komunità minn dik iż-żona.

(7)

Il-Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.

(3)   ĠU L 2, 6.1.2009, p. 11.


ANNESS

“PARTI 1

Lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*1)

Pajjiż

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

7

8

AL – L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

AR – L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

AR-1

Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa

BOV

A

1

 

It-18 ta’ Marzu 2005

RUF

A

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

AR-2

Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

L-1 ta’ Marzu 2002

AR-3

Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar

BOV

RUF

A

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

AR-4

Parti minn Río Negro (minbarra: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2;f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2) Parti minn Neuquén (minbarra fi Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17)

BOV, OVI, RUW, RUF

 

 

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

AU – L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

BA – Il-Bożnja Ħerzegovina

BA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BH – Il-Baħrejn

BH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BR-1

L-Istat ta’ Minas Gerais L-Istat ta’ Espírito Santo; L-Istat ta’ Goiás; L-Istat ta’ Mato Grosso L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (minbarra minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japora’ u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário).

BOV

A u H

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2008

BR-2

L-Istat ta’ Santa Catarina

BOV

A u H

1

 

fil-31 ta’ Jannar 2008.

BR-3

L-Istati ta’ Paraná u São Paulo

BOV

A u H

1

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

BW – Il-Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

BW-1

Iż-żoni ta’ kontroll 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

L-1 ta’ Diċembru 2007

BW-2

Iż-żoni ta’ kontroll 10, 11, 13 u 14 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

Is-7 ta’ Marzu 2002

BW-3

Iż-żona ta’ kontrol 12 tal-mard veterinarju

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

L-20 ta’ Ottubru 2008

L-20 ta’ Jannar 2009

BY – Il-Belarus

BY-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

BZ – Il-Beliże

BZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW

G

 

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

*

 

 

 

 

CL – Iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF

 

 

 

 

CN – Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

CO – Il-Kolombja

CO-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

CR – Il-Kosta Rika

CR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

CU – Kuba

CU-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

DZ – L-Alġerija

DZ-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

ET –L-Etjopja

ET-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

FK – Il-Gżejjer Falkland

FK-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

GL – Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

GT – Il-Gwatemala

GT-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

HN – Il-Ħonduras

HN-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

IL - L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IN – L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU, RUF, RUW

 

 

 

 

KE – Il-Kenja

KE-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MA – Il-Marokk

MA-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

ME – Il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (3)

MK-0

Il-pajjiż kollu

OVI, EQU

 

 

 

 

MU – Il-Mawrizju

MU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

MX – Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

NA-1

Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

NC – Il-Kaledonja l-Ġdida

NC-0

Il-pajjiż kollu

BOV, RUF, RUW

 

 

 

 

NI – In-Nikaragwa

NI-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW

 

 

 

 

PA – Il-Panama

PA-0

Il-pajjiż kollu

BOV, EQU

 

 

 

 

PY – Il-Paragwaj

PY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

PY-1

Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni

BOV

A

1

 

L-1 ta’ Awwissu 2008

RS – Is-Serbja (4)

RS-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, EQU

 

 

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

RU-1

RU – Il-Federazzjoni Russa

RUF

 

 

 

 

SV- El Salvador

SV-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

SZ – Is-Sważiland

SZ-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

SZ-1

Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ ‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane,

BOV, RUF, RUW

F

1

 

 

SZ-2

Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001

BOV, RUF, RUW

F

1

 

L-4 ta’ Awwissu 2003

TH – It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

TR-1

Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale

EQU

 

 

 

 

UA – L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW

G

 

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

Il-pajjiż kollu

EQU

 

 

 

 

BOV

A

1

 

L-1 ta’ Novembru 2001.

OVI

A

1

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

EQU, EQW

 

 

 

 

ZA-1

Il-pajjiż kollu minbarra:

il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona fuq il-fruntiera mal-Botswana fil-Lvant ta’ lonġitudni 28°, u

d-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal

BOV, OVI, RUF, RUW

F

1

 

 

ZW – Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

 

*

=

Ċertifikati skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

=

Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra dawk l-ispeċji fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu).

1

=

Restrizzjonijiet tal-kategorija

Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).”


(*1)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(1)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data. Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data.(NB: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li ma hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(2)  Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li ma hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).

(3)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti dwar dan is-suġġett.

(4)  Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.


Fuq