Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32007D0027

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li tadotta ċerti miżuri tranżizzjonali rigward it-twassil ta' ħalib nej lill-istabbilimenti ta' proċessar u l-ipproċessar ta' ħalib nej fir-Rumanija fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6963) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 8, , pp. 45–50 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, , pp. 69–74 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validità: 31/12/2009: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 12/08/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/27(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

69


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

li tadotta ċerti miżuri tranżizzjonali rigward it-twassil ta' ħalib nej lill-istabbilimenti ta' proċessar u l-ipproċessar ta' ħalib nej fir-Rumanija fir-rigward tal-kundizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004 u 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6963)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/27/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1) li jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel dwar l-iġjene ta' l-oġetti ta' l-ikel; ibbażati fuq analiżi tal-periklu u kontroll kritiku tal-punti prinċipali. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji ta' ikel għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali bbażati fuq dawn il-prinċipji. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għal ikel li joriġina (2) mill-annimali jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi għall-istabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib, kif ukoll kundizzjonijiet ta' iġjene fir-rigward ta' ħalib nej u prodotti tal-ħalib.

(2)

Ir-Rumanija għandha tissieħeb mal-Komunità fl-1 ta' Jannar 2007. Bi preparazzjoni għal dik l-adeżjoni, l-istabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib għaddejjin minn titjib strutturali meħtieġ sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Mill-2004 in-numru ta' stabbilimenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità żdied minn 12 għal 123.

(3)

Madankollu, l-proporzjon ta' ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene, stabbiliti fir-Regolament 853/2004, imwassal lill-istabbilimenti ta' l-iproċċessar li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 żdied biss bi ftit. Fl-2005 mit-total tal-produzzjoni ta' 5,6 Mio t ta' ħalib nej tal-baqra fis-sena, 0,38 Mio t ta' ħalib nej li jikkonforma biss ġie mwassal lill-istabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib.

(4)

Meta wieħed jieħu kont tas-sitwazzjoni korrenti, huwa adatt li jiġi provdut għall-miżuri tranżizzjonali fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija.

(5)

F'dan ir-rigward, l-Anness VII, Kapitolu 5, Sottosezzjoni I, punt (c) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jawtorizza temporanjament lil ċerti stabbilimenti għall-ipproċessar tal-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex jirċievu twassil ta' ħalib nej li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet rilevanti ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib li ma jikkonformax”).

(6)

L-ażjendi tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet strutturali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 huma mifruxa mat-territorju kollu tar-Rumanija. Għalhekk, ċerti stabbilimenti li jikkonfomraw jirċievu ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet rilevanti ta' l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib li jikkonforma”) kif ukoll ħalib li ma jikkonformax. Għalhekk, il-bejgħ tal-prodotti finali mill-istabbilimenti li jikkonformaw għandu jkun ristrett għar-Rumanija. Barra minn hekk, lista ta' dawk l-istabbilimenti li jikkonformaw għandha tkun stabbilita f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Aktar minn hekk, ċerti stabbilimenti li jikkonformaw għandhom l-intenzjoni li jipproċessaw separatament ħalib li jikkonforma minn ħalib li ma jikkonformax. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-ġbir u t-trattament ta' ħalib simili u l-bejgħ tal-prodotti finali tiegħu. Lista ta' dawk l-istabbilimenti li jikkonformaw li jipproċessaw dawk iż-żewġ tipi ta' ħalib għandhom ukoll ikunu stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-perjodu tranżizzjonali mogħti għandu jkun limitat għal 18-il xahar. Is-sitwazzjoni tas-settur tal-ħalib fir-Rumanija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu. Għalhekk huwa xieraq li r-Rumanija tissottometti rapporti annwali lill-Kummissjoni rigward il-progress ta' l-aġġornar tan-negozji li jipproduċu l-ħalib li jfornu ħalib nej lill-stabbilimenti li jikkonformaw.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Lista ta'stabbilimenti li jikkonformaw

Il-Kapitoli I u II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistabbilixxi lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet strutturali tar-Regolament (KE) Nru 852, Anness II, Kapitolu II (“stabbilimenti li jikkonformaw”) u huma awtorizzati biex jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li ma jikkonformax mal-Kapitolu I Parti III, 3 u l-Kapitolu II Parti III tas-Sezzjoni IX ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (ħalib li ma jikkonformax).

Artikolu 2

Twassil ta' ħalib u proċessar li ma jikkonformax fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu I ta' l-Anness

1.   l-istabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li ma jikkonformax.

2.   Sakemm l-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu (1) jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu prodotti li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw fil-Kapitolu I ta' l-Anness għandhom:

(a)

ikunu mqiegħda biss fis-suq domestiku jew użati għal aktar proċessar fi stabbilimenti oħra li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu I ta' l-Anness, irrispettivament mid-data tal-bejgħ;

(b)

iġibu fuqhom marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru. 853/2004.

Artikolu 3

Twassil ta' ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax u proċessar fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu II ta' l-Anness

L-istabbilimenti li jikkonformaw elenkati f'Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni jistgħu jirċievu u jipproċessaw ħalib nej li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, Parti III, 3 u l-Kapitolu II, Parti III tas-Sezzjoni IX ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (‘ħalib li jikkonforma’) u ħalib li ma jikkonformax fuq linji separati tal-produzzjoni sakemm l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel ta' stabbilimenti simili:

(a)

jikkonformaw ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

(b)

juru l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin, inkluż jaħtru l-linji ta' produzzjoni separati:

(i)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermettu l-osservanza adegwata tal-proċeduri interni għas-separazzjoni tal-ħalib nej, mill-ġbir sa' l-istadju tal-prodott finali, inklużi l-itinerarji tal-ġbir tal-ħalib, il-ħżin separat u t-trattament ta' ħalib konformi mar-regoli ta' l-UE u ta' ħalib mhux konformi mar-regoli ta' l-UE, l-ippakkjar u t-tikkettjar speċifiċi ta' prodotti bbażati fuq ħalib li mhuwiex konformi mar-regoli ta' l-UE kif ukoll il-ħżin separat ta' tali prodotti,

(ii)

jistabbilixxu proċedura sabiex tiġi żgurata r-rintraċċabbiltà tal-ħalib nej, inklużi l-prova dokumentarja meħtieġa tal-movimenti tal-prodotti u l-kontabilità għall-prodotti u l-korrispondenza tal-ħalib li huwa konformi u li mhuwiex konformi mal-kategoriji ta' prodotti tal-ħalib magħmula,

(iii)

jesponu l-ħalib nej kollu għat-trattament termiku ta' temperatura minima ta' 71,7 oC għal 15-il sekonda;

(iv)

jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-marki ta' identifikazzjoni msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jiġux użati b'mod qarrieqi.

Artikolu 4

Dmirijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija fir-rigward ta' stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness

1.   L-awtoritajiet kompetenti fir-Rumanija għandhom:

(a)

jiżguraw li l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel ta' stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippermettu osservanza sewwa tal-proċeduri interni għas-separazzjoni tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib;

(b)

iwettqu testijiet u kontrolli għalgħarrieda fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness relatati ma' l-osservanza tagħhom tas-separazzjoni tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib;

(ċ)

iwettqu testijiet f'laboratorji approvati fuq ħalib nej u prodotti lesti fi stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IX għall-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, inkluż il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ħalib.

2.   Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness proċessati minn ħalib li ma jikkonformax jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew użati għal aktar proċessar fi stabbilimenti oħra simili jew stabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I u għandu jkollhom marka ta' identifikazzjoni differenti minn dawk provduti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

3.   Huma biss il-prodotti tal-ħalib, magħmula fi stabbilimenti tal-ħalib li jikkonformaw u elenkati fil-Kapitolu II ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni u li jikkonformaw mal-paragrafi I ta' dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet ta' l-Anness III, Sezzjoni IX tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li jistgħu jinbigħu bħala prodotti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Konformità u rapporti

1.   Ir-Rumanija għandha tiżguraw konformità gradwali mill-ażjendi fejn jiġi prodott il-ħalib, imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' din id-Deċiżjoni, mal-kundizzjonijiet ta' l-Anness III, Sezzjoni IX, Kapitolu I, partijiet II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   Ir-Rumanija għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar il-progress li jkun sar fit-titjib tal-livell ta' dawn l-azjendi li jagħmlu prodotti tal-ħalib u tas-sistema tal-ġbir tal-ħalib.

Artikolu 6

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib prodotti skond id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni preżenti għandhom jingħataw sostenn taħt it-Titolu I, Kapitoli II u III, minbarra l-Artikolu 11, u t-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (1) jekk ikollhom il-marka ta' identifikazzjoni ta' forma ovali msemmija fl-Anness II, Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 7

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan għandu jkun applikabbli sat-30 Ġunju 2008.

Artikolu 8

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1662/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 1).

(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


ANNESS

KAPITOLU I

Lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib 'b'konformità mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax

1

AR 473

SC Octavian Impex SRL

Dezna, Kontea ta' Arad, 317110

2

BT 17

SC Spicul 2 SRL

Dorohoi, Kontea ta' Botosani, 715200

3

BT 176

SC Lacto Solomonescu SRL

Miron Costin, Kontea ta' Botosani, 717466

4

BR 24

S.C. Lacta Prod SRL

Braila, Kontea ta' Braila, 810224

5

CJ 7879

SC Comlact SRL

Corusu, Kontea ta' Cluj, 407056

6

DB 59

SC Industrializarea Laptelui SA

Targoviste, Kontea ta' Dambovita, 130062

7

NT 241

SC Pro Com Pascal SRL

Pastraveni, Kontea ta' Neamt, 617300

8

NT 556

SC Stefanos SRL

Trifesti, Kontea ta' Neamt, 617475

9

SB 237

SC Carpalat SRL

Mandra, Kontea ta' Sibiu, 557124

10

SB 298

SC Gefa Impex SRL

Talmaciu, Kontea ta' Sibiu, 555700

11

L 56

SC Camy Lact SRL

Panaci-Vatra Dornei, Kontea ta' Suceava, 727405

12

VN 25

SC Vitaprod SRL

Dumitresti, Kontea ta' Vrancea, 727110

13

BC 4826

S.C. Marlact SRL

Buhoci, Kontea ta' Bacau, 607085

14

BH 4646

SC Abacus Trade SRL

Toboliu, Kontea ta' Bihor, 417273

15

BH 2980

SC Cîmpaneii Prest SRL

Mierlău, Kontea ta' Bihor, 417277

16

BT 342

SC Indagrovet SRL

Coţuşca, Kontea ta' Botosani, 717090

17

BT 240

SC Geny Com SRL

Vf. Câmpului, Kontea ta' Botosani, 717450

18

BT 205

SC Cicos SRL

George Enescu, Kontea ta' Botosani, 717170

19

BR 215

S.C. Android Trading SRL

Maxineni, Kontea ta' Braila, 817090

20

BZ 0627

SC Ianis Cos Lact SRL

C.A. Rosetti, Kontea ta' Buzau, 127120

21

BZ 0298

SC Camen Tas SRL

Smeeni, Kontea ta' Buzau, 127595

22

CJ 4185

SC Bonas Import Export SRL

Dezmir, Kontea ta' Cluj, 407039

23

CV 56

SC Milk COM SRL

Saramas, Kontea ta' Covasna, 527012

24

CV 690

SC Mark SRL

Brates, Kontea ta' Covasna, 527050

25

CV 234

SC Zugo SRL

Belin, Kontea ta' Covasna, 527030

26

HR 383

S.C. Lactate Harghita SA

Cristuru Secuiesc, Kontea ta' Harghita, 535400

27

HR 70

S.C. Primulact SRL

Miercurea Ciuc, Kontea ta' Harghita, 530242

28

NT 607

S.C. D. A Secuieni

Secuieni, Kontea ta' Neamt, 617405

29

OT 2836

SC Bourella Maris SRL

Babiciu, Kontea ta' Olt, 237015

30

PH 6448

SC Rusara Prodcom SRL

Valea Calugareasca, Kontea ta' Prahova, 107620

31

PH 212

S.C. Vitoro SRL

Ploiesti, Kontea ta' Prahova, 100537

32

PH 6067

S.C. Zoe Gab SRL

Fulga, Kontea ta' Prahova, 107260

33

SJ 52

SC Sanolact

Maeriste, Kontea ta' Salaj, 457235

34

SV 4162

SC Malinul SRL

Malini, Kontea ta' Suceava, 727350

35

SV 5355

SC Lacto Zaharia

Frumosu, Kontea ta' Suceava, 727260

36

SV 6394

SC Martin's European Food Products Comimpex SRL

Bosanci, Kontea ta' Suceava, 727045

37

TL 1328

SC Izacos Lact SRL

Topolog, Kontea ta' Tulcea, 827220

38

VN 35

SC Monaco SRL

Vrâncioaia, Kontea ta' Vrancea, 627445

39

AG 6

SC Bradet SRL

Bradulet, Kontea ta' Arges, 117145

40

L 57

SC Hochland Romania SRL

Sovata, Kontea ta' Mures, 545500

41

AG 4

S.C. Dincudana SRL

Bradu, Kontea ta' Arges, 117148

42

BH 1705

SC Dorlact SRL

Beznea, Kontea ta' Bihor, 417081

43

CS 116

SC Fabrica de Produse Lactate

Oravita, Kontea ta' Caras Severin, 325600

44

NT 900

S.C. Complex Agroalimentar SRL

Bicaz, Kontea ta' Neamt, 615100

45

TL 965

SC Mineri SRL

Mineri, Kontea ta' Tulcea, 827211

46

CJ 41

SC Kazal SRL

Dej, Kontea ta' Cluj, 405200

47

L 40

SC Napolact SA

Huedin, Kontea ta' Cluj, 405400

48

SM 3876

S.C. Schwaben Molkerei

Carei, Kontea ta' Satu Mare, 445100

KAPITOLU II

Lista ta' stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib'b'konformità mal-kundizzjonijiet strutturali tal-Komunità awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw separatament ħalib li jikkonforma u li ma jikkonformax

1

AB 3508

SC Unichim Romania SRL

Unirea, Kontea ta' Alba, 517785

2

L 81

SC Raraul SA

Campulung Moldovenesc, Kontea ta' Suceava, 725100

3

AG 5

S.C. Lactag SA Fabrica Costesti

Costesti, Kontea ta' Arges, 115200

4

BC 6100

SC Depcoinf MBD SRL

Targu Trotus, Kontea ta' Bacau, 607630

5

BT 60

SC Five Continents Group SRL

Rachiti, Kontea ta' Botosani, 717310

6

BR 65

S.C. Brailact SRL

Braila, Kontea ta' Braila, 810224

7

L 35

S.C. Danone PDPA Romania SRL

Bucuresti, 032451

8

CT 30

SC Niculescu Prod SRL

Cumpana, Kontea ta' Constanta, 907105

9

CT 15

SC Nic Costi Trade SRL

Dorobantu, County Constanta, 907211

10

L 9

SC Covalact SA

Sfantu Gheorghe, Kontea ta' Covasna, 520076

11

L 22

SC Dorna Lactate SA

Dorna Candrenilor – Floreni, Kontea ta' Suceava, 727190

12

L 53

S.C. Friesland România SA

Carei, Kontea ta' Satu Mare, 445100

13

TR 78

SC Interagro SRL

Zimnicea, Kontea ta' Teleorman, 145400

14

VS 2196

SC Ilvas SA

Vaslui, Kontea ta' Vaslui, 730040

15

SV 001

SC La Dorna Agri SA

Dorna Candreni, Kontea ta' Suceava, 727190

16

SV 6352

SC La Dorna Chesse SA

Dorna Arini, Kontea ta' Suceava, 727200

17

BH 5206

SC Prolacta SRL

Copacel, Kontea ta' Bihor, 417205

18

BZ 0098

SC Meridian Agroind

Ramnicu Sarat, Kontea ta' Buzau, 125300

19

CT 299

SC Nascu SRL

Indepenta, Kontea ta' Constanta, 907145

20

CT 294

SC Suflaria Import Export SRL

Cheia, Kontea ta' Constanta, 907277

21

MM 4758

SC Milk-Humana SRL

Baia Mare, Kontea ta' Maramures, 430306

22

MM 521

SC Oblaza SRL

Birsana, Kontea ta' Maramures, 437035

23

MM 725

SC Avi Seb Impex SRL

Tirgu Lapus, Kontea ta' Maramures, 435600

24

TL 855

SC Deltalact SA

Tulcea, Kontea ta' Tulcea, 820009


Fuq