Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32007D0100
2007/100/EC: Commission Decision of 14 February 2007 on a Community financial contribution for Belgium for its programme for strengthening in 2007 inspection infrastructures for plant-health checks on plants and plant products coming from third countries (notified under document number C(2007) 414)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Frar 2007 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Belġju għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta' spezzjoni fl-2007 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (notifikat bid-dokument numru C(2007) 414)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 14 ta' Frar 2007 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Belġju għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta' spezzjoni fl-2007 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (notifikat bid-dokument numru C(2007) 414)
ĠU L 43, , pp. 37–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, , pp. 221–223
(MT)
Fis-seħħ
|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
221 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-14 ta' Frar 2007
dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Belġju għall-programm tiegħu sabiex isaħħaħ infrastrutturi ta' spezzjoni fl-2007 għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti fuq pjanti u prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi
(notifikat bid-dokument numru C(2007) 414)
(It-testijiet Olandiżi u Franċiżi biss huma awtentiċi)
(2007/100/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13c(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tistipola l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja li għandha tingħata lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-Belġju stabbilixxa programm biex fl-2007 isaħħaħ l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li joriġinaw minn pajjiżi terzi. Hu applika għall-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2007 għall-programmi tiegħu skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/2002 tal-11 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-Istati Membri sabiex isaħħu l-infrastrutturi ta' spezzjoni għall-iċċekkjar tas-saħħa tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li ġejjin minn pajjiżi terzi (2). |
|
(3) |
L-informazzjoni teknika stipulata mill-Belġju ppermettiet lill-Kummissjoni li tanalizza l-qagħda b'mod preċiż u komprensiv. Il-Kummissjoni ħejjiet lista ta' karigi eliġibbli ta' spezzjoni li jsaħħu, li jagħtu dettalji ta' l-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal kull kariga ta' spezzjoni. L-informazzjoni kienet ukoll eżaminata mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
|
(4) |
Wara valutazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet u l-kriterji stipulati fid-Direttiva 2000/29/KE u r-Regolament (KE) Nru 998/2002 għall-għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ġew issodisfatti. |
|
(5) |
Skond dan, huwa xieraq li tkun allokata kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja sabiex tkopri l-infiq tal-programm għall-2007 ippreżentat mill-Belġju. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja bil-għan li tkopri l-infiq li se jġarrab il-Belġju fl-2007 għall-programm tiegħu għat-tisħiħ tal-karigi ta' spezzjoni hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
L-ammont massimu ta' kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja kif stipulat fl-Artikolu 1 se jkun ta' EUR 48 842,63 u għandu jiġi stipulat fl-Anness.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programm kif stabbilita fl-Anness se titħallas biss meta:
|
(a) |
tkun ingħatat evidenza tax-xiri u/jew titjib tat-tagħmir u/jew faċilitajiet elenkati fil-programm mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni b'dokumentazzjoni xierqa; kif ukoll |
|
(b) |
tkun tressqet talba għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2002. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmula fi Brussell, 14 ta' Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).
(2) ĠU L 152, 12.6.2002, p. 16. Ir-Regolament kien ippubblikat bħala Regolament (KE) Nru 997/2002 iżda n-numru kien korrett b'corrigendum (ĠU L 153, 13.6.2002, p. 18).
ANNESS
PROGRAMMI GĦAT-TISĦIĦ TAL-KARIGI TA' SPEZZJONI
Programmi mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità allokata fl-2007 korrispondenti
|
(€) |
|||
|
Stat Membru |
Ismijiet tal-karigi ta' spezzjoni (l-unità amministrattiva, l-isem) |
Infiq eleġibbli (€) |
Kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja massima, Rata ta' 50 % (€) |
|
Il-Belġju |
Antwerpen |
21 823,83 |
10 911,92 |
|
Gent |
2 658,98 |
1 329,49 |
|
|
Liège (Bierset) |
2 943,05 |
1 471,52 |
|
|
Oostende |
21 821,40 |
10 910,70 |
|
|
Zaventem |
25 399,21 |
12 699,60 |
|
|
Zeebrugge |
23 038,81 |
11 519,40 |
|
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja totali (€) |
48 842,63 |
||