Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32006D0206
2006/206/EC: Commission Decision of 3 March 2006 amending Appendix A to Annex X to the 2003 Act of Accession as regards certain establishments in the meat sector in Hungary (notified under document number C(2006) 606) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Marzu 2006 li temenda l-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fl-Ungerija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 606) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Marzu 2006 li temenda l-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fl-Ungerija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 606) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 75, 14.3.2006, pp. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 118M, 8.5.2007, pp. 429–430
(MT)
Fis-seħħ
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
429 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta' Marzu 2006
li temenda l-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 fir-rigward ta' ċerti stabbilimenti fis-settur tal-laħam fl-Ungerija
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 606)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/206/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u partikolarment l-Anness X, Kapitolu 5, Sezzjoni B, paragrafu (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Ungerija ngħatat perjodi tranżitorji għal ċerti stabbilimenti elenkati fl-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni. |
|
(2) |
L-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/462/KE (1), 2004/472/KE (2) u 2005/665/KE (3). |
|
(3) |
Żewġ stabbilimenti tal-laħam irriżenjaw mill-proċess ta' titjib ta' l-impjanti tagħhom u applikaw għal klassifikazzjoni mill-ġdid minn stabbilimenti ta' kapaċità għolja għal stabbilimenti ta' kapaċità baxxa. Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Ungeriża, dawn l-istabbilmenti jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta' l-UE fir-rigward ta' stabbilimenti ta' kapaċità baxxa. Dawk l-istabbilimenti għandhom għalhekk jitneħħew mil-lista ta' stabbilimenti li qegħdin fi tranżizzjoni. |
|
(4) |
L-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-istabbilimenti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jitneħħew mill-Appendiċi B ta' l-Anness X għall-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 135; verżjoni kkoreġuta f'ĠU L 202, 7.6.2004, p. 92.
(2) ĠU L 160, 30.4.2004, p. 61; verżjoni kkoreġuta f'ĠU L 212, 12.6.2004, p. 34.
ANNESS
Lista ta' stabbilimenti li għandhom jitneħħew mill-Appendiċi A ta' l-Anness X ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003
STABBILIMENTI TAL-LAĦAM
Lista supplimentari
|
Nru |
Nru ta' approvazzjoni veterinarja |
Isem u indirizz ta' l-istabbiliment |
|
4. |
06528 |
Kalória Kft., Szabadbattyány |
|
8. |
16536 |
Hús Trió Kft., Simontornya |