Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32005D0148
Council Decision 2005/148/CFSP of 21 February 2005 concerning the implementation of Common Position 2004/694/CFSP on further measures in support of the effective implementation of the mandate of the International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia (ICTY)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/148/PESK tal- 21 ta' Frar 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ġodda għas-sostenn tad-dħul fis-seħħ effettiv tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/148/PESK tal- 21 ta' Frar 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ġodda għas-sostenn tad-dħul fis-seħħ effettiv tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 49, , pp. 34–36
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, , pp. 142–144
(MT)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validità: 17/04/2005; Impliċitament imħassar minn 32005D0316
|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
142 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/148/PESK
tal-21 ta' Frar 2005
dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ġodda għas-sostenn tad-dħul fis-seħħ effettiv tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri għall-iffriżar tal-kapital u r-riżorsi ekonomiċi kollha tal-persuni fiżiċi li ġew akkużati mill-Qorti Kriminali Internazzjonali ta' dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY). |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/900/PESK li timmodifikal-lista stabbilita fl-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK. |
|
(3) |
Wara t-trasferiment tas-Sur Savo Todovic u s-Sur Vladimir Lazarevic fl-unitajiet ta’ detenzjoni ta' l-ICTY, huma għandhom jitneħħew mill-lista. |
|
(4) |
Il-lista annessa mal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi emendata għaldaqstant, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni stabbilita fl-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi sostitwita b’dik stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum li fih tiġi adottata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/900/PESK (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 108).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem: BOROVCANIN Ljubomir Data tat-twelid: 27.2.1960 Post tat-twelid: Han Pijesak, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: BOROVNICA Goran Data tat-twelid: 15.8.1965 Post tat-twelid: Kozarac, muniċipalità ta’ Prijedor, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: DJORDJEVIC Vlastimir Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Vladicin Han, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: GOTOVINA Ante Data tat-twelid: 12.10.1955 Post tat-twelid: Il-Gżira ta’ Pasman, muniċipalità ta’ Zadar, Repubblika tal-Kroazja
|
|
Isem: HADZIC Goran Data tat-twelid: 7.9.1958 Post tat-twelid: Vinkovci, Repubblika tal-Kroazja Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: JANKOVIC Gojko Data tat-twelid: 31.10.1954 Post tat-twelid: Trbusce, muniċipalità ta’ Foca, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: KARADZIC Radovan Data tat-twelid: 19.6.1945 Post tat-twelid: Petnjica, Savnik, Montenegro, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Bosnja u Herzegovina |
|
Isem: LUKIC Milan Data tat-twelid: 6.9.1967 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: LUKIC Sredoje Data tat-twelid: 5.4.1961 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: LUKIC Sretn Data tat-twelid: 28.3.1955 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: MLADIC Ratko Data tat-twelid: 12.3.1942 Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: NIKOLIC Drago Data tat-twelid: 9.11.1957 Post tat-twelid: Bratunac, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: PANDUREVIC Vinko Data tat-twelid: 25.6.1959 Post tat-twelid: Sokolac, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: PAVKOVIC Nebojsa Data tat-twelid: 10.4.1946 Post tat-twelid: Senjski Rudnik, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: POPOVIC Vujadin Data tat-twelid: 14.3.1957 Post tat-twelid: Sekovici, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: ZELENOVIC Dragan Data tat-twelid: 12.2.1961 Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: ZUPLJANIN Stojan Data tat-twelid: 22.9.1951 Post tat-twelid: Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina” |