Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62023CN0419

Kawża C-419/23, Nemzeti Földügyi Központ: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – CN vs Nemzeti Földügyi Központ

ĠU C, C/2023/13, 9.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/13/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/13/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/13

9.10.2023

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Törvényszék (l-Ungerija) fis-6 ta’ Lulju 2023 – CN vs Nemzeti Földügyi Központ

(Kawża C-419/23, Nemzeti Földügyi Központ)

(C/2023/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CN

Konvenut: Nemzeti Földügyi Központ

Intervenjent: GW

Domanda preliminari

L-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-mument tal-iskrizzjoni mill-ġdid fir-reġistru ta’ dritt ta’ użufrutt ordnata bħala riżultat ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tal-Istat — wara l-kanċellazzjoni ta’ dan id-dritt ta’ użufrutt irreġistrat b’mod illegali iżda b’mod definittiv—, ma tistabbilixxix il-ħtieġa li jiġi eżaminat b’mod obbligatorju jekk ir-reġistrazzjoni tad-dritt ta’ użufrutt inizjalment saritx b’mod legali?


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/13/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Início