EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Atti legali

F’din it-taqsima ssib it-tipi ewlenin ta’ atti legali tal-UE: regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet. Tista’ tfittex ukoll ċerti dokumenti oħra maħruġa minn istituzzjonijiet jew korpi tal-UE (pereżempju komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri).

Issib dawn id-dokumenti akkumpanjati minn analiżi legali rikka u links għal informazzjoni relatata (validità tal-att, dati ta’ meta daħlu fis-seħħ, proċeduri relatati, interpretazzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u ħafna aktar).

Kif tfittex f’din it-taqsima?

In-naħa tax-xellug ta’ din il-paġna tagħti aċċess għal diversi għodod ta’ tfittxija.

  • Fittex fl-atti legali tiddireġik mill-ġdid għal formola ta’ tfittxija avvanzata li toffri ħafna għażliet. It-tfittxijiet se jsiru biss fi ħdan il-mandat tat-taqsima “Atti legali”. Fin-naħa ta’ fuq tal-formola tat-tfittxija, għandek l-għażla li: (i) tillimita t-tfittxija tiegħek għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ; (ii) tillimita t-tfittxija tiegħek għall-atti bażiċi; jew (iii) teskludi l-corrigenda.

    Billi tikklikkja “Oħrajn” fit-tab “Referenza tad-dokument” tista’ tagħżel minn firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ dokumenti.

  • Id-Direttorju tal-atti legali fih id-dokumenti kollha ta’ din it-taqsima organizzati f’20 dominju ewlieni u diversi subdominji.
  • It-tfittxija f’Ippubblikati reċentement tagħti aċċess għad-dokumenti ppubblikati kollha f’din it-taqsima fl-aħħar 14-il jum.
  • Atti legali – statistika tipprovdi ċifri annwali u ta’ kull xahar dwar atti legali li jistgħu jiġu kklassifikati skont diversi kriterji.