Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
F'din it-taqsima, tista’ ssib strumenti prodotti mill-UE fl-eżerċizzju tal-kompetenzi esterni tagħha, inklużi:
Se ssib dawn il-ftehimiet internazzjonali tal-UE akkumpanjati minn analiżi legali rikka u links għal informazzjoni relatata (validità tal-att, dati ta’ meta daħlu fis-seħħ, relazzjonijiet ma’ dokumenti oħra u ħafna aktar).
In-naħa tax-xellug ta’ din il-paġna tagħti aċċess għal diversi għodod ta’ tfittxija.
Il-ftehimiet internazzjonali tal-UE huma legalment vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiż wieħed jew aktar mhux tal-UE jew organizzazzjoni internazzjonali. Jistgħu jiġu konklużi meta t-Trattati jipprevedu dan jew meta l-konklużjoni ta’ ftehim: (i) tkun neċessarja biex jinkiseb, fi ħdan il-qafas tal-politiki tal-UE, wieħed mill-objettivi msemmija fit-Trattati; (ii) tkun prevista f’att tal-UE legalment vinkolanti; jew (iii) x’aktarx li taffettwa regoli komuni jew tibdel l-iskop tagħhom.
L- azzjoni esterna tal-UE hi stabbilita fit-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fil-Parti 5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-proċedura għan-negozjar u l-adozzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali hi stabbilita fl-Artikoli 207 u 218 tat-TFUE għall-politika kummerċjali komuni u għall-oqsma l-oħrajn tal-azzjoni esterna, rispettivament.