Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Dan jistabbilixxi proċeduri u kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir fiż-żona Schengen ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum.
Dan jistabbilixxi wkoll regoli dwar il-viżi ta’ tranżitu minn ajruport.
PUNTI EWLENIN
Proċeduri u kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi
L-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) li huwa l-unika destinazzjoni jew id-destinazzjoni ewlenija taż-żjara huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal viża. Jekk id-destinazzjoni ewlenija ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, issir ir-responsabbiltà tal-pajjiż tal-ewwel dħul fiż-żona Schengen.
Applikazzjonijiet
Applikazzjoni għal viża tista’ tiġi sottomessa mill-applikant, minn intermedjarju kummerċjali akkreditat jew minn assoċjazzjoni jew minn istituzzjoni professjonali, kulturali, sportiva jew edukattiva f’isem il-membri tagħha.
L-applikazzjonijiet għandhom ġeneralment jiġu sottomessi fi żmien 6 xhur sa 15-il ġurnata miż-żjara maħsuba (9 xhur għall-baħħara).
Viża uniformi (valida għaż-żona Schengen kollha) tista’ tkun għal dħul multiplu b’validità massima ta’ 5 snin.
Viża b’validità territorjali limitata (limitata għal Stati Membri partikolari) tista’ tinħareġ eċċezzjonalment f’każijiet fejn l-applikant ma jissodisfax il-kondizzjonijiet kollha tad-dħul, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali, minħabba obbligi internazzjonali jew f’sitwazzjonijiet fejn pajjiżi oħra ta’ Schengen ikkonsultati joġġezzjonaw għall-ħruġ ta’ viża.
Ammissibbiltà
Wara li tivverifika jekk l-applikazzjoni hijiex ammissibbli (jiġifieri sottomessa skont ir-regoli), l-awtorità kompetenti għandha:
twettaq eżami ulterjuri tal-applikazzjoni biex tivverifika li l-applikant:
jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (ara s-sommarju),
ma joħloqx riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew theddida għas-sigurtà tal-pajjiż, u
għandu l-intenzjoni li jitlaq qabel ma tiskadi l-viża.
Skont ir-Regolament (UE) 2021/1134 emendatorju, il-kontrolli tal-isfond fuq l-applikanti jissaħħu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti ta’ viża. Huma stabbiliti regoli u proċeduri għal tfittxijiet f’bażijiet ta’ data sensittivi u mhux sensittivi tal-UE li fihom informazzjoni dwar is-sigurtà u l-migrazzjoni. Ladarba jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jkunu jeħtieġu li jiġbru identifikaturi bijometriċi tal-applikant li jinkludu immaġni tal-wiċċ u 10 marki tas-swaba’ (għall-ħżin fil-VIS) u, meta tiġi sottomessa l-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, l-applikant għandu jidher personalment.
Jekk l-applikazzjoni tkun inammissibbli, l-awtorità jkollha:
tirritorna l-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn mingħajr ma tkun eżaminathom aktar;
teqred kwalunkwe data bijometrika miġbura; u
tħallas lura t-tariffa tal-viża.
Viża ta’ tranżitu minn ajruport
Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE elenkati fl-Anness IV jeħtieġu viża ta’ tranżitu minn ajruport biex jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali minn ajruporti fiż-żona Schengen. F’każijiet urġenti ta’ influss bil-massa ta’ immigranti illegali, kwalunkwe Stat Membru jista’ jestendi dan ir-rekwiżit għal ċittadini ta’ pajjiżi oħra mhux tal-UE.
Meta japplika għal viża ta’ tranżitu minn ajruport, l-applikant għandu jippreżenta prova tal-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni, il-koerenza tal-itinerarju u l-prova tal-vjaġġ ’il quddiem lejn id-destinazzjoni finali.
Viżi għal dħul multiplu
Viżi għal dħul multiplu b’validità twila jistgħu jinħarġu għal dħul wieħed, tnejn jew dħul multiplu. Il-Kodiċi dwar il-Viżi jistabbilixxi regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’tul ta’ validità progressivament itwal:
sena, jekk l-applikant ikun uża tliet viżi fl-aħħar sentejn;
sentejn, jekk l-applikant ikun diġà uża viża għal dħul multiplu ta’ sena fl-aħħar sentejn;
5 snin, jekk l-applikant ikun diġà uża viża għal dħul multiplu ta’ sentejn fl-aħħar 3 snin.
Viżi ta’ tranżitu minn ajruport u viżi limitati għal pajjiżi partikolari ma jitqisux meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu b’validità twila.
Viżi maħruġa fil-fruntieri esterni
Eċċezzjonalment, applikazzjoni għal viża għal żjara massima ta’ 15-il jum, jew biex tkopri ż-żmien meħtieġ għat-tranżitu, tista’ ssir applikazzjoni għaliha fil-fruntiera esterna tal-pajjiż destinatarju fis-Schengen.
Ċittadin mhux tal-UE li l-verifika tal-hits tiegħu li jirriżultaw minn verifiki awtomatizzati fil-bażijiet tad-data tal-UE ma tkunx tlestiet, fil-prinċipju, ma tinħariġx viża fil-fruntiera esterna. Madankollu, tista’ tinħareġ viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru emittenti għal tali persuni f’każijiet eċċezzjonali.
Deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal viża
L-awtorità tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen humiex issodisfati.
Viża tiġi miċħuda jekk l-applikant:
jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar falz;
jagħti ġustifikazzjoni inadegwata għaż-żjara prevista;
jipprovdi prova insuffiċjenti tal-mezzi għaż-żjara jew għar-ritorn lura lejn pajjiżu;
kien is-suġġett ta’ twissija fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/1860 (ara s-sommarju) għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul;
huwa meqjus bħala theddida għall-politika pubblika tal-UE, għas-sigurtà interna, għas-saħħa pubblika jew għar-relazzjonijiet interni tal-pajjiżi tal-UE;
Id-data ta’ skadenza ġenerali għal deċiżjoni hija ta’ massimu ta’ 15-il jum, li tista’ tiġi estiża sa massimu ta’ 45 jum f’każijiet individwali, b’mod partikolari fejn ikun meħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.
Deċiżjoni dwar ir-rifjut u r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom tiġi nnotifikata lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI.
Il-persuni li l-viża tagħhom tkun ġiet miċħuda għandhom id-dritt li jappellaw.
Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni
Il-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-kooperazzjoni minn pajjiżi mhux tal-UE dwar ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari, filwaqt li tqis il-ġestjoni tal-fruntieri u l-prevenzjoni, il-kontroll tal-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, kif ukoll it-tranżitu ta’ migranti irregolari.
Fejn pajjiż mhux tal-UE ma jkunx qed jikkoopera, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill biex jiġu applikati temporanjament ċerti regoli b’mod restrittiv. Min-naħa l-oħra, fejn pajjiż ikun qed jikkoopera b’mod suffiċjenti, ċerti regoli jistgħu jiġu applikati b’mod aktar ġeneruż.
Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali
Ir-Regolament emendatorju (UE) 2021/1134 jintroduċi wkoll stipulazzjonijiet li l-persunal tal-awtoritajiet konsulari u ċentrali tal-Istati Membri għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. M’għandux jiddiskrimina kontra persuni minħabba s-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilitajiet, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.
Emendi u tħassir
Ir-Regolament emendatorju (UE) 2021/1134 jemenda wkoll ir-regolament VIS stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 (ara s-sommarju) u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, kif ukoll l-Artikoli 9–17 tal-konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, , pp. 1–58).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2021/1134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, , pp. 11–87).
Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, , pp. 1–13).
Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, , pp. 14–55).
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, , pp. 39–58).
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, , pp. 1–71).
Ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- (ĠU L 311, , pp. 13–19).
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, , pp. 1–52).
Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, , pp. 60–81).
Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, , pp. 4–23).