Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord - regoli u proċeduri għall-operazzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li jassigura li ż-żieda tat-traffiku tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot madwar l-Unjoni Ewropea (UE) huwa bla periklu u sigur għan-nies fuq l-art u fl-ajru.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi r-regoli għall-operazzjoni ta’ droni (li jirreferu għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u t-tagħmir biex dan jiġi kontrollat) u għall-persunal, inkluż piloti remoti u organizzazzjonijiet involuti f’tali operazzjonijiet.

Awtorizzazzjoni operazzjonali

Ir-regolament jiddefinixxi tliet kategoriji ta’ operazzjonijiet ta’ droni.

  • Operazzjonijiet miftuħa. Dawn m’għandhomx bżonn awtorizzazzjoni jew dikjarazzjoni mill-operatur qabel it-titjira.
  • Operazzjonijiet speċifiċi. Dawn jeħtieġu awtorizzazzjoni għall-operazzjoni li tinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti b’ċerti eċċezzjonijiet.
  • Operazzjonijiet ċertifikati. Dawn jeħtieġu li d-dron ikun ċertifikat skont att delegat adottat mill-Kummissjoni Ewropea, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/945 (ara s-sommarju). Dawn jeħtieġu wkoll iċ-ċertifikazzjoni tal-operatur u, fejn applikabbli, il-liċenzja tal-bdot mill-bogħod.

Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-operazzjonijiet f’kull kategorija; ir-regoli u l-proċeduri għall-kategoriji miftuħa u speċifiċi operazzjonali kif stabbiliti fl-Anness A.

Bdoti mill-bogħod

  • Regoli ta’ kompetenza għall-bdoti mill-bogħod fil-kategoriji miftuħa u speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness A.
  • L-età minima ta’ 16-il sena hija meħtieġa għal operazzjonijiet fil-kategoriji miftuħa u speċifiċi. Madanakollu hemm ċertu eċċezzjonijiet.
  • L-Istati Membri tal-UE jistgħu jniżżlu l-età minima b’mhux iktar minn 4 snin fil-kategorija miftuħa u b’mhux iktar minn sentejn fil-kategorija speċifika.

Regoli u proċeduri operazzjonali

Ir-regolament ikopri r-regoli u l-proċeduri dwar numru ta’ aspetti, inkluż:

  • l-affidabilità fl-ajru tad-dron;
  • il-valutazzjonijiet tar-riskju operazzjonali;
  • l-awtorizzar ta’ operazzjonijiet f’kategorija speċifika;
  • kategorija“speċifika” għall-operazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri tal-UE jew li jseħħu parzjalment jew kompletament fi Stat Membru minbarra dak fejn ġie reġistrat;
  • reġistrazzjoni tal-operaturi u ċertifikazzjoni tad-dron;
  • definizzjoni ta’ żoni ġeografiċi*;
  • regoli għall-għaqdiet u għall-assoċjazzjonijiet tal-mudelli tal-inġenji tal-ajru.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Żona ġeografika. Parti mill-ispazju tal-ajru stabbilit mill-awtorità kompetenti li tiffaċilita, tillimita jew teskludi operazzjonijiet ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord sabiex tindirizza r-riskji li għandhom x’jaqsmu mas-sikurezza, mal-privatezza, mal-protezzjoni ta’ data personali, mas-sigurtà jew mal-ambjent, li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 ir-regoli u l-proċeduri għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, pp. 45–71).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/947 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, pp. 1–40).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1–122).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.12.2021

Top